Wikipedija
mtwiki
https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali
MediaWiki 1.45.0-wmf.8
first-letter
Medja
Speċjali
Diskussjoni
Utent
Diskussjoni utent
Wikipedija
Diskussjoni Wikipedija
Stampa
Diskussjoni stampa
MediaWiki
Diskussjoni MediaWiki
Mudell
Diskussjoni mudell
Għajnuna
Diskussjoni għajnuna
Kategorija
Diskussjoni kategorija
Portal
Diskussjoni portal
TimedText
TimedText talk
Module
Module talk
Event
Event talk
Ruġġieru I ta' Sqallija
0
1138
323858
323852
2025-07-04T12:27:31Z
ToniSant
4257
/* Konti Ruġġieru u Malta */ banda
323858
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija}}
'''Ruġġieru I ta' Sqallija''' (1031-1101), li kien l-iżġħar iben ta' [[Tankredi ta' Altavilla|Tankredi ta' Hauteville fi Franza]].
[[Goffredu Malaterra]], is-segretarju u bijografu ta' Ruġġieru I, kiteb fuq il-Konti Ruġġieru hekk: "Kien żaġħżuġħ mibni sabiħ u għaref fil-kliem u l-pariri li jagħti, iħares lejn il-futur, u gwerrier qalbieni."
Ruġġieru u ħuh Robert Giscard, bħala gwerriera u espansjonisti tas-saltna tagħhom, kienu ilhom jattakkaw u jaħkmu belt wara l-oħra fl-Italja, sakemm, fl-1055 waslu fl-Italja ta' Isfel. Wara li fl-1057 kienu attakkaw u ħakmu lill-ħakmu l-Kalabrija fl-105hom il-ħsieb li jaqsmu l-istrett ta' Messina u jinvadu lil Sqallija. Dak iż-żmien, din il-gżira kienet immexxija mill-Għarab Musulmani, waqt li l-popolazzjoni kienet fil-biċċa l-kbira magħmula minn Insara Biżantini Griegi. Sa dan iż-żmien, il-kbarat [[Għarab]] kienu saru indipendenti mis-sultan ta’ [[Tunis]]. F'Mejju 1061, l-aħwa de Hauteville, Robert u Roger, qasmu minn Reggio għal Messina biex jibdew jaħkmu partijiet mit-teritorju Sqalli. F'Ġunju 1063, Ruġġieru għeleb armata Musulmana fil- battalja ta' Cerami. Fl-1068, kiseb rebħa oħra fil-battalja ta' Misilmeri. F’Jannar tal-1072, l-aħwa ħadu taħt idejhom Palermo. Ħafna mis-suċċessi militari ta’ Robert kienu dovuti għall-appoġġ ta’ ħuh Ruġġieru. F’dan il-punt, Robert Guiscard, bħala sużeran, investa lil ħuh Ruġġieru bħala Konti ta' Sqallija. Robert żamm [[Palermo]], nofs [[Messina]], u l-parti tal-Grigal (il-Val Demone).
Fl-1085, Ruġġieru beda bil-mod il-mod jaħkem partijiet oħra ta' Sqallija, waħda wara l-oħra, f’kampanja militari kontinwa li baqgħet sejra għal bosta żmien b’konkwista wara l-oħra. F’Marzu 1086, [[Sirakusa]] ġiet mirbuħa, u fi Frar 1091, [[Noto]]. B’hekk wieħed jista’ jgħid li issa, Sqallija kollha kienet taħt il-ħakma tan-Normanni. Il-ħakma ta’ Ruġġieru fi Sqallija saret aktar assoluta u libera minn dik ta’ Robert Guiscard fl-Italja. Barra minn hekk, minħabba l-immigrazzjoni mill-[[Lombardi]] u n-[[Normanni]], il-[[Kristjaneżmu]] Latin gradwalment issostitwixxa t-twemmin tat-tradizzjoni Biżantina Griega.
Matul il-ħakma tiegħu Ruġġieru, bħala kap suprem, sar ukoll il-’mexxej’ tal-knisja Nisranija ta’ Sqallija. Il-Papa, kien bi pjaċir kbir irrikonoxxa lil Ruġġieru b’dan it-titlu, minħabba li dan kien irnexxielu jaħtaf ill-Sqallija minn mexxejja ta’ twemmin Musulman u tar-rit Biżantin. Fl-1098, il-Papa ta lil Ruggieru u lill-eredi tiegħu l-Legat Apostoliku ta’ Sqallija. Ruġġieru ħoloq isqfijiet tar-rit Latin, f'Sirakusa, Girgenti u bnadi oħra, hu kellu s-setgħa li jinnomina lill-isqfijiet il-ġodda, filwaqt li biddel l-Arċisqof ta' Palermo f'sede tad-djoċesi.
Fl-istess ħin, il-Konti Ruġġieru, żamm fit-tmexxija tiegħu sens ta’ tolleranza lejn dawk il-popli ta’ twemmin ieħor, bħal ma kienu l-[[Griegi Ortodossi]] u l[[-Għarab]] [[Musulmani]]. Saħansitra, Ruġġieru anki għen finanzjarjament il-bini ta ' aktar minn tnax-il monasteru Grieg fir-reġjun ta' Val Demone. Fl-ibliet, il-Musulmani, kienu kisbu dawn l-istess drittijiet u żammew il-moskej tagħhom, u l-libertà tal-kummerċ. Biss l-istatus tagħhom issa kien sar dak ta’ servi. Paradossalment, Ruġġieru kien ġabar il-massa tal-infanterija tiegħu mill-poplu Musulman. Sant Anselmu jgħid li meta żar lill-Konti Ruġġieru waqt l-assedju ta’ Kapua, fl-1098, innota “numru kbir ta’ tined kannella tal-Għarab”. Fl-istess żmien, il-Lombardi u nies oħra mill-Italja ta’ Fuq kienu bdew jimigraw lejn in-Nofsinhar tal-Italja u Sqallija. Dan it-taħliet ta’ nies kompla naqqas il-qawwa u l-influenza Għarbija Musulmana fi Sqallija.
== Konti Ruġġieru u Malta ==
Jeżistu bosta leġġendi dwar il-miġja tal-Konti Ruġġieru f’Malta. Fost dawn il-leġġendi hemm dik li tgħid li l-Konti Ruġġieru żbarka bl-armata tiegħu f’Miġra l-Ferħa, sisien li huma impossibbli li wieħed jitla’ magħhom mil-livell tal-baħar. Skont xi wħud, il-Konti Ruġġieru feda l-poplu [[Kristjaneżmu|Nisrani]] [[Maltin|Malti]] mill-ħakma Għarbija Musulmana. Illum nafu li l-Insara li kien hawn f’Malta dak iż-żmien kienu x’aktarx barranin u meqjusa bħala lsiera. Fil-parti l-kbira tagħha, il-popolazzjoni ta’ Malta kienet Musulmana. Leġġenda oħra tgħid li l-Konti Ruġġieru rregala parti mill-kuluri tal-bandiera tiegħu lill-poplu Malti. Ħafna jsostnu li kien il-Konti Ruġġieru li reġa’ saħħaħ il-Kristjaneżmu f’Malta u anki stabbilixxa l-isqfijiet Insara wara ż-żmien tal-jasar Musulman. Ħafna minn dawn l-istejjer ġew mogħtija xeħta fattwali mill-ewwel [[Kittieb|kittieba]] tal-istorja ta’ Malta, fosthom [[Ġan Anton Vassallo]] (''Storia di Malta'', 1854). Nistgħu ngħidu li l-Konti Ruġġieru spiċċa elevat bħala l-aktar feddej importanti tal-Maltin wara [[Pawlu l-Appostlu|San Pawl]], tant li sa ftit żmien ilu fil-Katidral tal-Imdina, kull 4 ta’ Novembru, kien isir talb għal ruħu. Fir-[[Rabat (Malta)|Rabat]], wieħed mill-każini tal-banda hu msemmi għall-Konti Ruġġieru. Fil-[[Birgu]], fl-1990 kienu saru tifkiriet mit-twaqqif tal-parroċċa għax, skont bosta, kien mal-wasla ta’ dan il-gwerrier li l-Birgu kien sar parroċċa.
Illum nafu li wara li żbarka f’Malta, dan ġiegħel il-mexxeja tal-gżira juru l-alleanza tagħhom lejh, u wara salpa immedjatament lejn [[Għawdex]] u dlonk irritorna lejn Sqallija. Fil-ftit żmien li l-Konti Ruġġieru dam f’Malta ma biddel xejn mill-amministrazzjoni u l-ħajja ta’ kuljum tal-Maltin.
Leġġenda Maltija tgħid kif meta niżel l-art il-Konti Ruġġieru sab xi Maltin jilqgħuh u li riedu jgħinuh jikseb il-gżejjer u talbuh jagħtihom bandiera. Il-Konti qabad l-istandard tieghu li jingħad li kien jikkonsisti f'kaxxi bojod u ħomor, qasam biċċa minnu u rregalaha lil Maltin. Jingħad ukoll li dak ir-raġel li ħa l-bandiera kien jismu Ben Said. Fir-[[Rabat]] il-banda ċittadina u popolari tas-[[Soċjetà Mużikali ta' San Pawl]] hi msemmija għall-Konti Ruġġieru.
Ruggieru miet fit-22 ta’ Ġunju 1101, f’Mileto, fl-Italja ta' Isfel, u ġie midfun fl-Abbazija Benedittina tas-Santissima Trinità. Mal-mewt ta’ Ruggieru, ibnu, Simon ta’ Hauteville, sar il-Konti ta’ Sqallija, b’ommu, Adelaide del Vasto, taġixxi bħala r-reġent tiegħu. Fit-28 ta’ Settembru 1105, fl-età ta’ 12-il sena, Simon miet, u t-titlu ta’ konti għadda lil ħuh iż-żgħir, Roger, li iventwalment sar Ruġġieru II ta’ Sqallija, b’Adelaide tkompli bħala reġent.
== Biblijografija ==
* Cassar Carmel, ''Society, Culture and Identity in Early Modern Malta''.
*Chiarelli Leonard C., ''A History of Muslim Sicily''. Midsea Books. 2010.
*Dalli Charles, ''Malta - The Medieval Millennium''. Midsea Books Ltd. 2006.
*Vassallo G.A., S''torja ta’ Malta'' ta’ Ġ.A. Vassallo, 1862;
*Wettinger Godfrey, ‘The Norman Heritage of Malta’,''Treasures of Malta'', Summer 1995, Vol. 1 n. 3.
[[Kategorija:Storja ta' Malta]]
[[Kategorija:Normanni]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1031]]
[[Kategorija:Mietu fl-1101]]
skkdmw5hfqiqwuz3coyblbgjezpff3v
Francesco Azopardi
0
6530
323862
277091
2025-07-05T07:51:07Z
2A06:C701:7157:F400:15AF:B120:F40C:1C8F
/* Bijografija */
323862
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija|caption=Plakka r-[[Rabat (Malta)|Rabat]]}}
''' Francesco Azopardi ''' (5 ta’ Mejju, [[1748]] – 6 ta’ Frar [[1809]]) kien [[kompożitur]], teoriku tal-[[mużika]] u organista [[Maltin|Malti]].<ref>Spiridion Vincent Buhagiar, ''Francesco Azopardi (1748–1809): A Maltese Classical Composer, Theorist, and Teacher'', Mediterranean Institute, l-Università ta' Malta, l-Imsida, Malta, 1999, Teżi</ref>
==Bijografija==
Francesco Azzopardi (magħruf aktar bħala Azopardi) twieled ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]], [[Malta]]. L-ismijiet tal-magħmudija kienu Giovanni Battista Agostino Francesco Giuseppe.
Kellu l-ewwel tagħlim fil-mużika minn [[Michelangelo Vella]]. Mill-1763 sal-1774 kien [[Napli]], l-ewwel biex jistudja fil-Conservatorio di Sant'Onofrio ta' Porta Capuana taħt it-tmexxija ta’ [[Carlo Cotumacci]] u [[Joseph Doll]], imbagħad, mill-1767, biex ikompli jipperfezzjona ruħu ma' [[Niccolò Piccinni]].
Fl-1768 Azzopardi kien diġà kkompona l-ewwel xogħol liturġiku tiegħu, il-Quddiesa fil-Fa (Ms 339). F'Napli offrewlu l-post ta' Maestro di Capella imma xtaq li jmur lura Malta.
Fl-1774 reġa' lura Malta u fit-12 ta' April inħatar organista tal-Katidral ta' [[Pawlu l-Appostlu|San Pawl]], l-[[Mdina|Imdina]], bid-dritt li jsir Maestro di Cappella. Il-Maestro di Cappella dak iż-żmien kien Don [[Benigno Zerafa]] (1726-1804). Wara l-1789 kien attiv ukoll fil-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|Knisja Konventwali]] tal-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Kavalieri ta' Malta]] il-[[Valletta|Belt Valletta]]. Francesco Azzopardi nħatar Maestro di Cappella fil-Katidral tal-[[Mdina|Imdina]], wara Benigno Zerafa, fit-8 ta' Diċembru 1783.
Ikkompona xi 250 xogħol, il-parti kbira mużika sagra: 31 quddiesa, 76 salm, 6 Magnificat, 2 Passjonijiet, 6 Lamentazzjonijiet, 70 Motett, 16-il Antifona u biċċiet għall-orgni għall-[[Milied]]. Imma l-ikbar xogħol tiegħu kien it-trattat pedagoġiku, ''Il musico prattico I'' tal-1786. Minħabba dan kiseb fama internazzjonali meta [[Nicolas-Étienne Framery]] ttraduċih għall-[[Lingwa Franċiża|Franċiż]] u Le Duc ippubblikah bit-titlu ''Le Musicien Pratique''. Jidher li s-suċċess tiegħu dam ħafna għax fl-1824 il-mużikoloġista Franċiż [[Alexandre Choron]] ħareġ edizzjoni ġdida bl-istess isem. Azzopardi baqa' jfittex teoriji ġodda u fl-1809 ħareġ verżjoni oħra, ''Il musico prattico II,'' fejn espanda l-prinċipji tal-ewwel verżjoni u żied magħhom.
Azzopardi kien wieħed mill-[[Għalliem|għalliema]] ta' [[Nicolò Isouard]]. Miet ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]], Malta.
== Xogħlijiet==
=== Mużika vokali profana ===
*''Malta felice'' (cantata, 1775)
*''La magica lanterna'' (opra buffa, 1791)
=== Mużika vokali sagra ===
*''La passione di Cristo'' (oratorju, librett ta’ Pietro Metastasio, 1802)
*Bosta quddisiet komposti mill-1768 sal-1806
*Bosta xogħlijiet sagri komposti mill-1772 sal-1796
*Kanti, innijiet, salmi komposti mill-1772 sal-1807
=== Mużika strumentali ===
*Ouverture għal 2 oboi, 2 vjolini, 2 korni, basso u orgni (1782)
*Sinfonija għal 2, 2 vjolini, vjola, 2 korni u basso continuo (1797)
*Sinfonija għal oboe obbligato, oboe, 2 vjolini, 2 korni u basso continuo (1799)
=== Trattati ===
*''Il musico prattico
*''Il musico prattico II''
*''Dissertazione sulla risoluzione della quinta falsa in 6/4 rivolto dell'armonia di 5/3''
*''Dissertazione sulla musica greca''
== Bibljografija ==
*P. Pullicino - ''Notizia biografica di Francesco Azzopardi'' - Malta, 1876
*D. Buhagiar - ''Francesco Azopardi (1748-1809): A Maltese Classical Composer, Theorist, and Teacher'' - Mediterranean Institute, l-Università ta' Malta, l-Imsida, Malta, 1999, Teżi
*F. Bruni - ''Musica sacra a Malta'' - Malta, 1993
== Diskografija ==
* ''Unveröffentlichte Manuskripte aus der Kathedrale von Malta, Francesco Azopardi, Nisi Dominus'' - Tölzer Knabenchor, Wolfgang Schady - ISBN: B0000285YX
== Referenzi ==
{{DEFAULTSORT:Azzopardi, Francesco}}
[[Category:Twieldu fl-1748]]
[[Category:Mietu fl-1809]]
[[Category:Kompożituri Maltin]]
[[Kategorija:Azzopardi (kunjom)|Francesco]]
q626q28677p1f649s4s6gut2lvyz8sj
Innijiet ta' Dun Karm Psaila
0
16384
323857
323853
2025-07-04T12:25:10Z
ToniSant
4257
Modifiki annullati ta' [[Speċjali:Kontribuzzjonijiet/46.11.130.91|46.11.130.91]] ([[Diskussjoni utent:46.11.130.91|diskussjoni]]) għall-aħħar verżjoni ta' [[Utent:Iketsi|Iketsi]]
270513
wikitext
text/x-wiki
== Innu Ewkaristiku (''T’Adoriam Ostia Divina'') ==
Fost il-bosta innijiet reliġjużi li kiteb [[Dun Karm Psaila|Dun Karm]], wieħed li sar popolari anke barra minn Malta kien: “T’Adoriam Ostia Divina” jew “Nadurawk ja Ħobż tas-Sema”. Is-Surmast [[Ġużeppi Caruana]] kien talbu jikteb innu għall-okkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku li sar f’Malta fl-1913. L-innu tant intgħoġob mill-isqfijiet preżenti għall-Kungress li ħaduh magħhom u xerrduh mad-dinja kollha, tant li llum dan l-innu huwa maqlub f’diversi lingwi, pereżempju bl-Ingliż għandu t-titlu "Host Divine, we bow in worship ". Inqaleb għall-Malti mill-istess poeta fl-1924.
T'adoriam, Ostia divina,

t'adoriam, Ostia d'amor.

Tu dell'angelo il sospiro,

tu dell'uomo sei l'onor.
'''T'adoriam, Ostia divina,'''

'''t'adoriam, Ostia d'amor.'''
T'adoriam, Ostia divina,

t'adoriam, Ostia d'amor.

Tu dei forti la dolcezza,

tu dei deboli il vigor.
'''T'adoriam, Ostia divina,'''

'''t'adoriam, Ostia d'amor.'''
''(l-ewwel żewġ strofi bit-Taljan)''
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,

Frott l-imħabba l-iżjed bnin;

Jalla d-dinja tagħraf tħobbok,

Fik il-qlub huma henjin.
'''Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,'''

'''Frott l-imħabba l-iżjed bnin.'''
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,

Frott l-imħabba l-iżjed bnin,

Insellmulek, Alla moħbi,

Inti biss taħkem is-snin.
'''Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,'''

'''Frott l-imħabba l-iżjed bnin.'''
''(l-aħħar żewġ strofi maqlubin għall-Malti)''
== L-Innu ta' Filgħodu u l-Innu ta' Filgħaxija ==
=== L-Innu ta' Filgħodu ===
Reġa’ sebaħ, ja Mulejja,

Agħti tiegħek dan il-Jum:

Lejk nittajjar bil-ħsieb tiegħi

Kull filgħodu malli nqum.

Fix-xemx jiddi l-ġmiel ta’ wiċċek,

Inti ssebbaħ il-ħolqien;

Isellmulek l-art u s-sema

Kull filgħodu bl-ogħla lsien.
Rit:

'''Ja Mulejja niżżikħajr,'''

'''Għaliex int tal-ħajja s-Sid:'''

'''Fik is-setgħa, fik il-ħniena,'''

'''Int fawwara ta’ kull ġid.'''
F’dan il-lejl li għadda fuqi

Int ħaristni, Alla ħanin;

Int wennistni minn kull biżgħa,

Warrabt minni l-ħolm ħażin.

Bħal missier f’telfa ta’ mħabba

It-taħbit ta’ qalbi smajt;

Xħitt is-saħħa ġewwa sidri

Ma’ kull nifs li jiena tajt.
Rit:
F’dan il-jum tħallix, Mulejja,

Li jitnissel f’qalbi d-dnub;

Inti taf li l-għadu tagħna

Għandu x-xbiek dejjem minsub.

Tini l-Omm tal-Iben tiegħek

Biex tħarisni mit-tiġrib,

U tgħallimni b’imħabbitha

Kif inħaddan is-salib.
Rit:
=== L-Innu ta' Filgħaxija ===
Riesaq il-lejl, Mulejja,

Bil-wegħda tal-mistrieħ;

Ġa beda s-sema jħammar

Fi nżul ix-xemx sabiħ:
Dalwaqt jixirfu l-kwiekeb,

Fil-għoli tas-smewwiet;

Dalwaqt il-ħajja torqod,

Kull ħoss imut fis-skiet.
Rit:

'''Inti, li dejjem tgħammar,'''

'''Fis-sebħ ta’ jum bla tmiem,'''

'''Fid-dlam tal-lejl ħarisna,'''

'''Xerred ġo qlubna s-sliem.'''
Temmejna l-jum, Mulejja,

Imqassam ħidma u serħ,

Xi waqt miksur bin-niket;

Mogħni xi waqt bil-ferħ.
Kollox mit-tieba tiegħek,

Għax int Missier ħanin,

Li trid il-ħlejjaq kollha

Bi mħabbtek biss henjin.
Rit:
Ieqaf, Mulej, mal-fqajjar,

’Tih l-għata, ’tih l-għajxien,

Sabbar lil min hu mibki,

Serraħ lil min għajjien.
Iġbed bil-ħlewwa l-midneb,

Li regħxek mingħajr jedd,

Tħalli lil ħadd fil-biża’,

Tal-ħaqq imur jimtedd.
Rit:
== Innu lill-Madonna (Fil-Ħlewwa ta' Mejju) ==
Fil-ħlewwa ta’ Mejju, Omm tagħna Marija

O kemm idoqq ħlejju dak ismek sabiħ

Kemm toħroġ qawwija dil-kelma minn qalbna

Bit-tama li talbna jagħtik l-akbar ġieħ.
'''Rit:'''
'''Int l-għaxqa tas-sema'''

'''Ix-xemx tal-ħolqien'''

'''Int l-omm ta’ min ħalqek'''

'''Bik mimli kull żmien.'''
Jekk tiftaħ fil-ġonna il-warda Maltija

Tfakkarna o Madonna fil-lewn ta’ ħaddejk

Jekk tidħak id-dija tal-kwiekeb irżina

Tfakkarna o ħanina fid-dawl ta’ għajnejk. '''Rit:'''
Minn dejjem bint Alla, nadifa mill-ħtija

Infrixt bħal qawsalla fuq ras il-bnedmin

Int ftaħt o Marija l-għejun ta’ kull ħniena

Fuq l-aħwa ħosbiena, fuq l-aħwa ħatjin. '''Rit:'''
Għalhekk ja sultana tal-ħlewwa Marija

Int biss tama tagħna, int qawwa tar-ruħ

Bil-grazzja mimlija kull waqt insellmulek

Bil-ħrara ngħajtulek fis-siegħa tad-dmugħ. '''Rit:'''
== Innu lill-Qalb ta' Ġesù (Tina l-Ħlewwa) ==
Tina l-ħlewwa tal-ilsna tas-sema

Biex il-ġieħ li jixraqlek nagħtuk,

Qalb ħanina li taħfer li tagħder,

Kif ħabbejtna nixtiequ nħobbuk.
'''Rit:'''

'''Qalb imqaddsa ta' Ġesù'''

'''Li berikt lit-tfal ċkejknin'''

'''Kebbes fina n-nar ta' mħabbtek'''

'''Żommna miegħek imħaddnin.'''
Biex tifdina mill-jasar ewlieni,

ta' missierek l-għamara ħallejt

Int li tgħaxxaq is-sema bi ġmielek,

ta' suritna fil-faqar inħbejt.
'''Rit:'''
L-aħħar qatra ta' demmek tajthielna,

Meta b'daqqa ta' lanza nifduk,

Int għallimtna tan-niket il-hena,

Int għallimtna fil-hemm inberkuk.
'''Rit:'''
== Innu tal-Papa (Għalxejn l-għedewwa jridu...) ==
Oh Kbir Sultan tas-Slaten

Mill-għoli tas-Smewwiet

San Pietru jmexxi d-dgħajsa

Fil-koroh dlamijiet.
U fuq it-tron ta' Pietru

Isaltan Re Divin

Le qatt ma niċħdu lilu

Dan huwa r-re Divin.
Għalxejn l-għedewwa jridu

Iġarrfu il-ħitan

Tal-Belt tiegħek imqaddsa

Il-belt tal-Vatikan.
[[Kategorija:Kristjaneżmu]]
[[Kategorija:Letteratura bil-Malti]]
[[Kategorija:Innijiet reliġjużi]]
m29mck0xzqi9r05mbanqx8jfm9k4vej
Antonio Vivaldi
0
25372
323860
322566
2025-07-04T21:08:12Z
ZeWXeilaQ&Q
25531
323860
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija|caption=Ir-ritratt famużissmu preżunt ta' Antonio Vivaldi (anonimu, seklu 18, madwar l-1723) miżmum fil-Museo internazionale e biblioteca della musica ta' Bolonja. Tliet ritratti ta' Vivaldi tpinġew f'ħajtu.}}
'''Antonio Lucio Vivaldi''' (Venezja, 4 ta' Marzu 1678 – Vjenna, 28 ta' Lulju 1741) kien kompożitur u vjolinista Taljan <ref name=grove>Peter Ryom et al. ara l-Bibljografija.</ref><ref name=italia>Xi drabi Vivaldi jirreferi għalih innifsu espliċament bin-nazzjonalità Taljana: fid-dedika lill-konti Venceslao Morzin ta' ''Il cimento dell'armonia e dell'inventione'', pereżempju jiddefinixxi ruġu bħala "Maestro di Musica in Italia" waqt li d-dedika tal-opra ''L'Adelaide'' lil Antonio Grimani tgħid: ''Era parimente convenevole, che ad un Veneto Patricio fosse questo Dramma dedicato, imperciocché non potendo la Storia, ond'è ricavata l'Azione, che sommamente dispiacere ad un buon'Italiano, che non sia, come tanti sono oggidì, di sua Nazione inimico, facendogli sovvenire, come discacciati gli ultimi Italiani Ré, ricadde la misera Italia, per non più liberarsene, sotto giogo straniero, a tale deplorabilissima sciagura solo dà qualche compenso l'inclita Veneta Republica, in cui dal suo nascimento fino a' nostri giorni l'Italiana libertà si conserva, e voglia Iddio sino al finire de' secoli conservarla ...'', Strohm, ''The operas...'', II, p. 558 ara l-Bibljografija. </ref><ref>''Dizionario biografico degli italiani'', 1960, ISBN: 9788812000326</ref>, li kien jgħix fir-Repubblika ta' Venezja, meqjus bħala wieħed mill-aqwa esponenti tal-Barokk mużikali.
Kien qassis imma ma kienx iqaddes għal raġunijiet tas-saħħa. Kellu l-laqam ta' "il Prete rosso" (il-qassis l-aħmar) minħabba li kellu xagħru aħmar.
Kien wieħed mil-vjolinisti l-aktar ''vituosi'' ta' żmienu u wieħed mill-aqwa kompożituri tal-mużika barokka. Hu meqjus bħala l-mużiċista l-aktar importanti, influwenti u oriġinali tal-epoka tiegħu. Vivaldi għamel kontribut sinjifikattiv fl-iżvilupp tal-kunċert, fuq kollox dak solistiku (ġeneru mibdi minn [[Giuseppe Torelli]]), u fit-teknika tal-vjolin u tal-[[orkestrazzjoni]]. Ħadem ukoll fil-qasam tal-opera lirika u x-xogħol vast tiegħu jinkludi ħafna kunċerti, sonati, u mużika saġra.
Ix-xogħlijiet tiegħu fi żmienu influwenzaw għad kbir mill-kompożituri, fosthom il-ġenju kbir tal-barokk [[Johann Sebastian Bach]], imma wkoll [[Johann Georg Pisendel|Pisendel]], [[Johann David Heinichen|Heinichen]], [[Jan Dismas Zelenka|Zelenka]], [[Joseph Bodin de Boismortier|Boismortier]], [[Michel Corrette|Corrette]], [[Willem de Fesch|De Fesch]], [[Johann Joachim Quantz|Quantz]] u wara influwenzaw mużiċisti klassiċi kbar bħal [[Wolfgang Amadeus Mozart]], [[Gioacchino Rossini]] u [[Ludwig van Beethoven]] (pereżempju s-[[Sinfonija nru 6 (Beethoven)|Sinfonija Pastorali]]). Mill-kompożizzjonijiet tiegħu l-aktar magħrufa huma l-erba' kunċerti għall-vjolin bl-isem ta' ''[[L-erba' Staġuni]]'', eżempju famuż ta' mużika bis-suġġett. Kif ġaralhom ħafna komożituri barokki, wara mewtu ismu u l-mużika tiegħu intesew. Kien biss bis-saħħa tar-riċerka ta xi mużikoloġi tes-seklu 20, bħal [[Arnold Schering]], [[Marc Pincherle]], [[Alberto Gentili]] u [[Alfredo Casella]], [[Gian Francesco Malipiero]] li Vivaldi reġa' ġie skopert u sar wieħed mill-kompożituri l-aktar magħrufin u esekwiti.
== Bijografia ==
Id-dokumenti dwar il-ħajja ta' Vivaldi huma skarsi ħafna għaliex qabel is-seklu 20 l-ebda bijografu ma interessa ruħu li jirrikostruwixxiha. Il-bijografija għad fiha ħafna lakuni u ineżattezzi; xi perjodi minn ħajtu għadna ma nafu xejn fuqhom, bħall-vjaġġi li suppost għamel fl-[[Italja]] u fl-[[Ewropa]]. Allura wieħed irid jirreferi għax-xhieda diretta tal-epoka, b'mod partikulari dik ta' [[Charles de Brosses]], [[Carlo Goldoni]], tal-arkitett Ġermaniż [[Johann Friedrich Armand von Uffenbach]], li kienu iltaqgħu mal-kompożitur. Tagħrif ieħor ġej minn xi manuskritti u dokumenti misjubin f'diversi arkivji fl-Italja u f'pajjiżi oħra.<ref>Id-dokumenti kollha misjubin s'issa (atti, stampi u manuskritti) huma miġburin fil-ktieb ta' Michael Talbot, ''Vivaldi. Fonti u letteratura kritika'', iċċitat fil-bibljografia</ref> Biex nagħtu żewġ eżempji konkreti: Kien biss fl-1938 li setgħet tiġi determinata id-data ta' mewtu, mill-att misjub Vjenna. u fl-1963 instabet id-data t-twelid fuq l-att tal-magħmudija (qabel is-sena ta' twelidu, 1678, kienet biss dedotta mill-fażijiet magħrufin tal-karriera ekkleżjastika tiegħu).
=== It-tfulija u ż-żogħżija ===
[[Stampa:Chiesa di San Giovanni in Bragora - Venezia.jpg|thumb|Knisja ta' San Giovanni in Bragor, fejn tgħammed Antonio Vivaldi]]
Antonio Vivaldi twieled nhar il-Ġimgħa l-4 ta' Marzu f'[[Venezja]] u tgħammed id-dar mill-majjistra Margarita Veronese għax kien fil-periklu tal-mewt. Rega' tgħammed formalment xagħrejn wara fis-6 ta' Mejju fil-knisja ta' San Giovanni in Bragora, mhux 'il bogħod minn fejn jaħsbu li kien joqgħod Vivaldi, f'bini fil-proprjetà tal-familja nobiljari Salamon, fil-parroċċa ta' La Bragora, fis-''sestiere'' ta' Castello. Il-parrinu tal-magħmudija kien Giovanni Antonio Veccellio, sid ta' spiżerija popolari fuq ir-Riva degli Schiavoni, l-ispiżerija "all'Insegna del Doge", kien ilu għarmel sentejn mill-kuġina ta' omm Antonio.<ref>Margherita Gianola, 2017, ''La più antica firma autografa di Antonio Vivaldi'', Studi Vivaldiani, vol 16, p. 17 [https://web.archive.org/web/20210618092107/https://www.cini.it/wp-content/uploads/2017/03/Pagine-da-Studi-vivaldiani-16-2016-def_Parte_prima.pdf]</ref>
Missieru Giovanni Battista Vivaldi (madwar l-1655-1736), kien bin ħajjat minn Brescia, li wara mewtu l-familja marret toqgħod Venezja. Kienu joqoqħdu fil-post imsejjaħ "il-fran tal-Arsenale", fil-parroċċa ta' San Martino fejn Giovanni kien jaħdem ta' barbier u vjolinista. Ommu, Camilla Calicchio (1653-1728), kienet bint Camillo Calicchio, ħajjat minn Pomarico, provinċja ta' Matera,<ref>Gianfranco Formichetti, ''Venezia e il prete col violino. Vita di Antonio Vivaldi'', 2006, Bompiani, Milan, ISBN=978-88-452-5640-0 </ref> li fl-1651, ta' tnejn u għoxrin sena kien mar Venezja, u Zanetta Temporini, mara ta' karattru qawwi , kellha tletin sena meta żżewġet fl-istess sena 1651.<ref name=":0">Eleanor Selfridge-Field u Margherita Gianola, 2015, ''La famiglia materna di Antonio Vivaldi'', Studi Vivaldiani, vol. 15, p. 13-53 [https://web.archive.org/web/20200921020502/https://www.cini.it/wp-content/uploads/2016/07/Parte-1.pdf]</ref> Camilla u Giovanni Battista żżewġu fil-11 ta' Ġunju 1676 u kellhom b'kollox tnax-il wild, li fosthom tlieta mietu żgħar. Dawn kienu: Gabriela Antonia (1676-1678), Antonio Lucio (1678-1741), Margarita Gabriella (1680-1750), Cecilia Maria (1683-1767), Bonaventura Tomaso (1685-post 1718), Zanetta Anna (1687-1762), Francesco Gaetano (1690-1752), Iseppo Santo (1692-1696), Gerolama Michela (1694-1696) u Iseppo Caetano (1697-post 1729).<ref>Margherita Gianola, 2017, ''La più antica firma autografa di Antonio Vivaldi'', Studi Vivaldiani, vol.16, p.30, [https://web.archive.org/web/20210618092107/https://www.cini.it/wp-content/uploads/2017/03/Pagine-da-Studi-vivaldiani-16-2016-def_Parte_prima.pdf]</ref> Minn dawn Antonio biss għażel il-karriera mużikali.
[[File:Francesco Guardi 044.jpg|thumb|left|upright=1.4|[[Francesco Guardi]]: ''Piazza San Marco, Venezja'' (circa 1776), Vjenna, Kunsthistorisches Museum; il-knisja ta' San Geminiano ta' [[Jacopo Sansovino]], li twaqqgħet fir-risistemazzjoni Napoleonika kienet fil-Piazza San Marco, quddiem il-bażilka.]]
Missieru kien x'aktarx interessat ħafna aktar fil-mużika milli fix-xogħol ta' barbier, infatti fl-1685 aċċetta x-xogħol pretiġjuż ta' vjolinista tal-basilka ta' San Marco, li dak iż-żmien kienet għadha kappella privata tad-Doge u mhux sede veskoviliu fiha kienu jiċċelebraw biss f'okkażjonijiet speċjali. Fl-istess sena nħatar il-famuż [[Giovanni Legrenzi]] bħala Maestro ta' din il-kappella. Flimkien ma' dan u mal-kollega tiegħu [[Antonio Lotti]], Giovanni Battista Vivaldi waqqaf is-''Sovvegno dei musicisti di S. Cecilia'', konfraternità ta' mużiċisti Venezjani. Ma' dan l-impen fl-1689 żied dak ta' għalliem tal-vjolin fl-isptar ''dei Mendicanti''.
Antonio Vivaldi x'aktarx tgħallem idoqq il-vjolin minn missieru. Wera talent kbir kmieni ħafna u kien jitħalla jmur għand il-mużiċisti tal-Kappella tad-Doge. X'aktarx kien jgħallmu l-Maestro di Cappella Giovanni Legrenzi, però dan ma setax kellu influwenza kbira billi miet fl-1690 meta Vivaldi kellhom xi 12-il sena. Immma m'hemmx dubju li Vivaldi tgħallem ħafna mill-mużiċisti tal-kappella ta' San Marco mindu kien għadu żgħir. Ftit ftit ħa post missieru Giovanni Battista Vivaldi, vjolinista ta' xi fama, li rwol tiegħu fil-ħajja u l-karriera ta' ibnu bilfors kien importanti u fit-tul, billi miet xi ħames snin qabel ibnu.
Il-karriera ekkleżjastika taż-żagħżugħ Antonio bdiet fit-18 ta' Settembru 1693, meta laħaq l-età minima għat-tonsura, minn idejn il-patrijarka ta' Venezja, li sar il-Kardinal Badoero. Kompla l-istudji tiegħu fil-knisja ta' San Geminiano u ta' San Giovanni in Oleo. Kif kienet id-drawwa baqa' jgħix mal-familja fil-parroċċa ta' San Giovanni Battista f'Bragora. Il-mużika ma abbandunahiex; anzi minħabba l-ħila tiegħu fuq il-vjolin fl-1696 kien diġà ġie impjegat bħala vjolinista soprannumerarju matul il-funzjonijet tal-miled fil-kappella tal-bażilka ta' San Marco, fejn deher l-ewwel darba fil-pubbliku. Fl-istess żmien kien jagħmel parti mill-grupp tal-'''Arte dei sonadori''.
Fl-4 ta' April 1699 ħa l-ordni minuri ta' suddjaknu fil-knisja ta' S. Giovanni in Oleo u, fit-18 ta' Settembru 1700 ġie ordnat djaknu. Fit-23 ta' Marzu 1703 ġie ordnat qassis. Baqa' jgħix id-dar u jaħdem ma' missieru. Laqqmuh ''il Prete Rosso'' (il-Qassis l-Aħmar) minħabba l-kulur ta' xagħru, allavolja kien moħbi bil-parrokka kif kienet il-moda dak iż-żmien.
Mill-1704 waqaf iqaddes minħabba raġunijiet tas-saħħa. X'aktarx kien ibati minn xi forma ta' ażma ("għafsa tas-sider") li kien ilu jbati biha mit-twelid,<ref>Robson Gonçalves, ''Uma Breve Viagem pela História da Ópera Barroca'', Joinville (BRA), Clube de Autores, 2011, p. 95.</ref> u minħabba tagħha ma kienx jista' jkompli l-quddiesa sal-aħħar mingħajr ma jħalli l-artal.
=== L-attività fi ħdan il-''Pio Ospedale della Pietà'' ===
[[File:Pinacoteca Querini Stampalia - La cantata delle orfanelle per i duchi del nord - Gabriele Bella.jpg|thumb|Gabriele Bella: ''La cantata delle putte delli Ospitali'' (1720 circa) - Venezja, Palazzo Querini Stampalia]]
Minkejja li kien għadu żaghżugħ, il-fama tiegħu malajr bdiet tinfirex u fl-1 ta' Settembru 1703 nħatar bħala ''maestro'' tal-vjolin mill-awtorità tal-''Pio Ospedale della Pietà'' bi stipendju ta' 60 dukat fis-sena; baqa' hemm sal-1720. Il-''Pio Ospedale della Pietà'' li twaqqaf fl-1346 kien l-isptar l-aktar prestiġjuż mill-erba' sptarijiet femminili ta' Venezja (it-tlieta l-oħra kienu l-''Ospedale degli Incurabili'', l-''Ospedale dei Mendicanti'' u l-''Ospedale dei Derelitti ai SS. Giovanni e Paolo''), u fih kienu jieħdu ħsieb it-tfal orfni jew minn familji fqar ħafna li kienu jitgħallmu sengħa u jħallu l-istitut ta' 15-il sena. Il-bniet minflok kienu jirċievu edukazzjoni mużikali u dawk ta' talent kienu jsiru membri tal-isptar. Dawn kienu jinqasmu fi tlieta skont l-abbiltà tagħhom: ''figlie di coro'', ''privilegiate di coro'', u ''maestre di coro'' li kienu jgħallmu. Il-kronista dilettant tal-mużika, Charles de Brosses, kien impressjonat: {{Iċċita|''Hemm mużika eċċezzjonali u dik hi tal-Ospedali fejn il-"putte" jkantaw qishom anġli u jdoqqu l-vjolin, l-orgni, l-oboe, il-vjolinċell, il-fagott, insomma m'hemmx istrument li jibżgħu minnu.''}}
F'Awwissu ta' 1704 l-istipendju tiegħu sar ta' 100 dukat u miegħu żid il-pożizzjoni ta' għalliem tal-viola da gamba u fl-1705 ngħata l-inkarigu tal-kompożizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-kunċerti, b'salarju akbar ta' 150 dukat, somma modesta ħafna li kien miżjud magħha l-ħlas tal-quddies ta' kuljum għall-''Pietà'' u l-familji għanja patrizji.
F' ''Les Confessions '', [[Jean-Jacques Rousseau]] jagħti xhieda oħra ral-kwalità tal-kwalità ta' dawn it-tfajliet tal-orkestra, li hu seta' jappreza personalment matul iż-żmien li għadda Venezja, meta mill-1743 sal-1744 kien segretarju tal-ambaxxatur Franċiż f'Venezja:
{{Iċċita|''Hemm mużika li fl-opinjoni tiegħi hi aqwa minn dik tal-opri, u li m'hawnx bħala la fl-Italja u lanqas fil-bqija tad-dinja, u dik hi tal-iskejjel. L-iskejjel huma opri tal-karità biex jedukaw il-bniet li m'għandhomx flus u r-repubblika tagħtihom id-dota biex jiżżewġu jew jidħlu sorijiet. Il-mużika hi t-talent l-aktar ikkultivat f'dawn it-tfal. Kull nhar ta' Ħadd fil-knisja tal-erba' skejjel, matul l-għasar, jitkantaw mottetti b'kor kbir u b'orkestra kbira, komposti u diretti mill-aqwa maestri tal-Italia, esegwiti minn wara l-gradilji minn tfajliet li l-akbar waħda fosthom għandha inqas minn għoxrin sena.''}}
[[File:Francesco Guardi 052.jpg|thumb|left|[[Francesco Guardi]]: ''Concerto di dame al Casino dei Filarmonici'' (1782), [[Munich]], Alte Pinakothek]]
Il-fatt li kellu għad-diżpożizzjoni tiegħu dawn l-istrumentalisti u kantanti esperti mingħajr ħsieb ta' numru, ħin jew spejjeż kien ta' vantaġġ kbir għall-kompożitur billi hekk kellu libertà kbira fil-kreatività u l-isperimentazzjoni f'kull tip ta' kumbinazzjoni tal-organiku strumentali. F'din l-epoka il-''maestro'' tal-vjolin żagħżugħ kien żgur beda il-karriera tiegħu ta' kompożitur u kien qiegħed isir magħruf għall-ewwel opri tiegħu mifruxin f'manuskritti, u l-fama li kien beda jieħu setgħet tiġġustifika ntgħażel biexjiġi afdat dan il-post importanti. Id-direzzjoni mużikali tal-Pietà kinet affdata mill-1801 lil [[Francesco Gasparini]], "''maestro di coro''". Dan il-mużiċista ta' talent kbir , attiv ħafna fil-kompożizzjoni, kien jiddeika l-parti l-kbira ta' ħinu jaħdem fuq l-opri fit-Teatro Sant'Angelo.<ref>Tella' tmien opri ġodda fl-istaġun tal-1704-1705</ref> Allura kien iħalli f'idejn Vivaldi għad kbir, dejjem jikber, ta' dmirijiet li fl-aħħar Vivaldi fil-vrità sar l-animatur mużikali prinċipali tal-''Ospedale''.
Ir-relazzjonijiet tiegħu mal-kunsill direttiv tal-Ospedale, jekk noqgħodu fuq il-ftit dokumenti li baqa', jidhru li kienu jvarjaw. Kull sena it-tmexxija tal-istitut Venezjan kienu jiltaqgħu biex jivvutaw fuq il-post ta' maestro. Vivaldi kien rarament spostat imma fl-1709 tilef il-post b'7 voti kontra u 6 favur. Però wara li baqa' jaħdem għal rasu bħala mużiċista għal sena oħra, fl-1711 reġa' nħatar fil-Pietà wara votazzjoni tal-kunsill tal-istitut. Dan kien x'aktarx għax id-direzzjoni kienu fehmu l-importanza tiegħu fl-iskola. Fl-1713 sar risponsabli għall-attività mużikali tal-istitut u fl-1716 "maestro de' concerti". L-istudjużi tal-ħajja ta' Vivaldi, bħal Michael Talbot u Micky White, jiddubitaw jekk kienx qata' formalment kull inpen min mal-Pietà matul is-snin li ma kienx jgħallem hemm. Hemm probabbiltà kbira li Vivaldi kompla jforni l-Pietà b'kunċerti u kompożizzjonijiet oħra matul ħajtu kollha, anki privatament.
[[File:Ospedale della Pietà.jpg|thumb|left|upright|''Il Pio Ospedale della Pietà sulla Riva Degli Schiavoni'' (1686), Venezja, kollezzjoni privata]]
Kien matul dawn is-snin li Vivaldi kiteb il-parti l-bira tal-mużika tiegħu, li tikkonsisti f'ħafna opri u anke għadd kbir ta' kunċerti. fl-1705 ġiet ippubblikata l-ewwel ġabra tiegħu, Opus 1, ġabra ta' 12-il sonata għal tlieta ddedikata lin-nobbli Venezjan Annibale Gambara, li kienu għadhom fl-istil neocorrelljan . Fl-1708<ref name="sardelli">Federico Maria Sardelli, introduzione critica a: Antonio Vivaldi, ''Sonate a violino e basso per il cembalo - opera seconda'', facsimile, Firenze S.P.E.S., 2000, Kapitlu 1.</ref> dehret ġabra oħra ta' 12-il sonata għall-vjolin u l-basso continuo (Opus 2), imma l-fama laħqet il-livell internazzjonali bil-kollezzjoni ta' 12-il kunċert għall-arki, ''[[L'estro armonico]]'' (Opus 3), li ġie stampat [[Amsterdam]] fl-1711 bis-saħħa tal-editur Estienne Roger, li kien aktar 'il quddiem fit-teknika ġdida tal-istampa mill-edituri Venezjani Sala u Bortoli. Il-ħarġa tagħha ġiet ippubblikizzata b'avviż f'''The Post Man'' ta' Londra. Dawn il-kunċerti kellhom suċċess tremend fl-Ewropa kollha u kienu segwiti fl-1714 minn ''La stravaganza'' (Opus 4), ġabra ta' kunċerti.
Fi Frar tal-1711 Vivaldi, flimkien ma' missieru mar [[Brescia]], fejn ikkonsinna l-i''Stabat Mater'' RV 621 lill-Kongregazzjoni tal-Oratorju ta' San Filippu Neri li kienu kkommissjonawha. Fl-1718 beda perjodu ta' vjjaġġi ta' sikwit, imma qatt ma qata' r-rabtiet li kellu mal-Pietà. Mill-atti reġistrati nistgħu naraw li bejn l-1723 u l-1729 tħallas għall-kompożizzjoni ta' mill-inqas 140 kunċert.
=== Impreżarju tal-opra fit-Teatru Sant'Angelo ===
F'Venezja tal bidu tas-seklu XVIII l-opra kienet id-divertiment mużikali l-aktar popolari u l-aktar ta' qligħ għall-kompożituri. Kien hemm bosta teatri jikkompetu bejniethom. Sa ftit snin ilu kienu jaħsbu li l-ewwel xogħol teatrali Vivaldjan kien ''Ottone in villa'' (RV 729), irrappreżentat fit-Teatro delle Grazie ta' Vicenza f'Mejju tal-1713. Però wara riċerki ġodda instab li Vivaldi kiteb l-ewwel opra fl-1705 jew qabel għax f'din is-sena lesta ''Creso tolto alle fiamme'' (RV Anh. 138) ta' Girolamo Polani għat-Teatru Sant'Angelo ta' Venezja. Fl-1714 sar impreżarju kif ukoll ''direttore delle musiche'' f'dan it-teatru fejn lesta it-tielet opra tiegħu ''Orlando finto pazzo'' (RV 727). Madankollu ma jidhirx li d-dramm kellu s-suċċess mistenni, u biex "isalva" l-istaġun, l-impreżarju Vivaldi kellu jirranġa b'xi tibdiliet u b'xi żididiet ''Orlando'' ta' Giovanni Alberto Ristori, li kienet ġa ppreżentata s-sena ta' qabel. Fl-1715 tela' pastiċċ, ''Nerone fatto Cesare'' (RV 724, mitluf), bil-mużika ta' diversi kompożituri u 11-il arja minn Vivaldi stess.
Is-sena 1716 rat ir-rappreżentazzjoni ta' ''Arsilda, regina di Ponto'' (RV 700), li x'aktarx kienet suċċess billi wara l-opra ta' warajha ''(L'incoronazione di Dario, RV 719''), ġew proposti rappreżentazzjonijiet bl-istess atturi żagħżagħ ħafna (l-aqwa fosthom Annibale Pio Fabri, Anna Vicenza Dotti u Maria Teresa Cotte jew Cotti)<ref>L-ipoteżi, avanzata minn Remo Giazotto, li fl-1715 waħda mir-rappreżentazzjonijiet ġiet impedita minn wieħed miċ-ċensuri minħabba l-materja tal-librett, m'hemm xhieda xejn għaliha fid-dokumenti magħrufin s'issa: cfr. Eleanor Selfridge-Field, ''A new chronology of Venetian opera and related genres, 1660-1760'', Stanford, Stanford University Press, 2007. ISBN 978-0-8047-4437-9</ref>. Fl-istess sena ġiet rappreżentata ''La costanza trionfante degli amori e degl'odii'' (RV 706), fit-teatru żgħir San Moisè.
Fl-istess perjodu il-Pietà ikkommissjonatlu diversi xogħlijiet liturġiċi. L-aktar importanti fosthom kienu żewġ oratorji: l-ewwel wieħed, ''Moyses Deus Pharaonis'' (RV 643), li sfortunatament intilef u it-tieni, ''Juditha triumphans devicta Holofernis barbarie'' (RV 644), kompost fl-1716, li hu wieħed mix-xogħlijiet sagri l-aktar magħrufin ta' Vivaldi. It-tieni wieġed kien ikkommissjonat biex jiċċelebra il-vittorja tar-Repubblika ta' Venezja kontra t-[[Imperu Ottoman|Torok]] u r-rikonkwista tal-ġżira ta' Corfù. Il-ħdax-il parti, kemm maskili kif ukoll femminili, kienu interpretati mill-bniet tal-Pietà u ħafna arji kellhom partijiet għal strumenti solisti bħal flauti dolci, obwejiet, klarinetti, viola d'amore, mandolini, biex juru t-talent tat-tfajliet anke fi strumenti partikularment rari u li ma jinkisbux faċilment f'dik l-epoka.
[[File:Teatro alla moda.jpg|left|thumb|''Il teatro alla moda'' ta' Benedetto Marcello]]
Bħala rappreżentant l-aktar jidher tal-istil operistiku modern, Vivaldi kien wieħed mill-bersalji tal-fuljett satiriku ''Il teatro alla moda'', ippubblkat anonimament fl-1720, imma magħruf li kien miktub mill-mużiċista u letterat Benedetto Marcello. Benedetto Marcello, patrizju u maġistrat Venezjan, li kien ukoll mużiċista apprezzat minn ħafna mill-kontemporanji tiegħu (fosthom [[Johann Sebastian Bach]]), kien jappoġġa viżjoni aristokratika u elitista tal-mużika, u ma kienx lest li japprezza l-aspetti aktar "popolari" tal-produzzjoni operistika tal-epoka tiegħu. Madankollu l-unika referenza espliċita għal Vivaldi fit-''Teatro alla moda'' hi moħbija fil-frontespizju, fejn sensiela ta' anagrammi li jaħbu l-ismijiet ta' xi persunaġġi magħrufin ħafna fl-epoka, fosthom, ''"ALDIVIVA"'' li tirreferi ċarament għal Vivaldi. Fl-istess frontespizju jidher grupp ta' personaġġi fuq dgħajsa u r-raġel bilwieqfa fuqha liebes kappell tal-qassisin u jdoqq il-vjolin seta' kien karikatura ta' Vivaldi. Fil-bqija, il-fuljett jikkritika u jirridikola aspetti tat-teatru mużikali li kienu mifruxin ħafna dak-ż-żmien imma mhux speċifikament diretti kontra l-attività ta' Vivaldi.
=== Is-snin tal-maturità ===
[[File:Vivaldi1.jpg|thumb|upright|Antonio Vivaldi f'ritratt postum ta' Lambert Jeune]]
Fl-1718 lil Vivaldi offrewlu l-inkarigu prestiġjuż ta' ''maestro di cappella da camera'' fil-qorti ta' Filippu t'Assia-Darmstadt, gvernatur ta' Mantova u dilettant kbir magħruf tal-mużika. Allura mar joqgħod fil-belt Lombarda u baqa' hemm madwar tliet snin.<ref>Michael Talbot, ''Vivaldi'', Torino, EDT, 1978, p.63-64</ref> Min dan il-perjodu, biex inkunu eżatti mill-istaġun 1720-1721, baqa' xhieda ta' almenu tliet opri, fosthom ''Tito Manlio'' (RV 738), u diversi kantati u serenati. Wara Vivaldi mar [[Milan]], fejn fl-1721 ippreżenta id-dramma pastorali ''La Silvia'' (RV 734) u fl-1722 l-oratorju ''L'adorazione delli tre re magi al bambino Gesù'' (RV 645, mitluf). Ukoll fl-1722 il-kompożitur Venezjan mar [[Ruma]], fejn kien mistieden mill-Papa Benedettu XIII biex idoqq fil-preżenza tiegħu. Fl-1725 tmar lura Venezja, fejn fl-istess sena pproduċa erba' xogħlijiet teatrali.
Dan kien ukoll li-perjodu li fih kiteb ''[[Le quattro stagioni]]'', erba' kunċerti għall-vjolin li jirrappreżentaw ix-xeni tan-natura bil-mużika. X'aktarx l-idea li jikkomponi dawn il-kunċerti ġietu meta kien fil-kampanja madwar Mantova. Dawn kienu konċezzjoni revoluzzjonarja fil-mużika, fihom Vivaldi jirrappreżenta l-ħoss tal-ilma fin-nixxigħat, l-għana tal-għasafar, l-inbiħ tal-klieb, iż-żarżir tan-naħal, l-għajjat tar-rgħajja, it-tempesta, iż-żeffiena fis-sakra, il-lejl sieket, il-festi tal-kaċċa, il-mogħdija bis-silġ, it-tfal jiżżerżqu fuq is-silġ u l-ħoss tan-nar jaqbad. Ma kull kunċert hemm assoċjat sunett miktub minn Vivaldi stess, li jiddesktivi x-xena raffigurata fil-mużika. Dawn ġew ippubblikati bħala l-ewwel erba' kunċerti f'ġabra ta' tnax: ''Il cimento dell'armonia e dell'inventione'' Opus 8, ippubblikata [[Amsterdam]], fl-1725, minn Michel-Charles Le Cène, li ssuċċieda lil Estienne Roger fl-attività editorjali.
X'aktarx matul dan il-perjodu f'Mantova Vivaldi sar jaf 'il [[Anna Girò]], li dak iż-żmien kienet għadha tifla (jaħsbu li twieldet madwar l-1710), li 'l quddiem kellha ssir l-istudenta tiegħu u takkwista fama kbira bħala kantanta lirika. Vivaldi tella' mill-inqas 15-il rappreżentazzjoni operistika bil-parteċipazzjoni ta' Anna Girò bejn l-1723 u l-1740. Minkejja li hemm ħafna letteratura li ħolqot ipoteżi fantasjuża dwar ir-relazzjoni ta' mħabba li seta' kien hemm bejniethom, sa issa m'hemm l-ebda prova minnn dokumentazzjoni storika.
=== L-aħħar snin u l-mewt ===
[[File:Pier Leone Ghezzi - Caricature of Vivaldi with text.jpg|left|thumb|upright|
Karikatura ta' Vivaldi
minn Pier Leone Ghezzi (1723),
li għandha l-kitba:
''Il Prete Rosso Compositore di Musica che fece L'opera a Capranica del 1723''<ref>L-opera li kien jirreferi għaliha hi ''Ercole su'l Termodonte''</ref>
Biblioteca Apostolica vaticana

Fil-quċċat tal-karriera, Vivaldi rċieva għadd kbir ta' kummissjonijiet mill-familji nobbli u rjali tal-Ewropa. Is-serenata ''La Gloria, Imeneo'' (RV 687) kitibha għaż-żwieġ ta' [[Lwiġi XV ta' Franza|Lwiġi XV]]. L-Opus 9, ''La cetra'', kien iddedikat lill-[[Karlu VI ta' Asburgu|Imperatur Karlu VI]]. Vivaldi kellu l-opportunità li jiltaqa' mal-Imperatur fl-1728, meta dan mar Trieste biex jissuperviżża l-bini ta' port ġdid. Carlo tant kien jammira x-xogħol tal-Prete Rosso, kif kellu d-drawwa li jsejjaħlu, li dam ikellmu aktar milli kien dam ikellem il-ministri tiegħu f'sentejn. Tah it-titlu ta' Kavallier u midalja tad-deheb u stiednu jmur il-qorti ta' [[Vjenna]]. Min-naħa tiegħu Vivaldi ppreżenta l-Imperatur b'dik li suppost kienet kopja tal-manuskritt ta' ''La cetra''. Però din il-ġabra ta' kunċerti hi kważi kompletament differenti minn dik ippubblikata bl-istess titlu, bħala Opus 9. X'aktarx minħabba dewmien fl-istampar Vivaldi ħoloq bl-aħjar mod li seta' ġabra improvviżata ta' kunċerti.
Fl-1730, flimkien ma' missieru vvjaġġa għal [[Vjenna]] u [[Praga]], fejn ġiet rappreżentata, fost oħrajn, l-opra tiegħu ''Farnace'' (RV 711). Xi xogħlijiet oħra ta' dan il-perjodu juru li kien iltaqa' ma' tnejn mill-aqwa librettisti Taljani tal-epoka: ''L'Olimpiade'' u ''Catone in Utica'' kienu komposti fuq librett ta' [[Pietro Metastasio]] li kien diġa famuż u li fl-1730 kien inħatar "Poeta Ċesarew" fil-qorti ta' Vjenna, waqt li l-librett ta' ''Griselda'' kien adattament, miż-żagħżużgħ [[Carlo Goldoni]], ta' librett antik tal-predeċessur ta' Metastasio, Apostolo Zeno.
[[File:Charles VI (1685-1740), Holy Roman Emperor.jpg|thumb|upright|[[Karlu VI ta' Asburgu]]]]
Il-ħajja ta' Vivaldi, bħal ta' ħafna kompożituri ta' żmienu, spiċċat ħażin minħabba l-kondizzjonijiet ekonomiċi u umani. L-opri tiegħu ma baqgħux partikularment apprezzati Venezja minħabba bidla mgħaġġla fil-gosti u minħabba d-dħul tal-opra Naplitana ma baqgħux moda. Allura fl-1737 iddeċieda li jmur [[Vjenna]], fejn kien stiednu Karlu VI u fejn kien jispera li jsib xi pożizzjoni uffiċjali fil-qorti. Barra minnhekk x'aktarx li Vivaldi kellu f'moħħu li jtella' xi opri fil-Kärntnertortheater. Biex iħallas l-ispejjeż biex imur Vjenna ma ħasibhiex darbten biex ibigħ għadd konsiderevoli ta' manuskritti b'irħis. Imma fiż-żmien meta ddeċieda li jmur joqgħod fil-belt kapitali Asburġika u hekk iħalli l-Talja għal dejjem, ġara episopdju spjaċevoli li affettwa r-ruħ tal-mużiċista profondament.
Lejliet il-ftuħ tal-istaġun tal-opra f'Ferrara, li bih Vivaldi kien jispera li joħroġ mid-diffikutajiet li kien iltaqa' magħhom f'pajjiżu, ġie msejjaħ min-nunzju appostoliku ta' Venezja li għarrfu li kien hemm projbizzjoni li jmur Ferrara, deċiża fid-diskussjonijiet li kellu mal-Kardinal Arċisqof ta' dik il-belt, Tommaso Ruffo.<ref>Strohm, ''The operas...'', II, p. 625. ara l-Biblijografija</ref> Din id-deċiżjoni li kienet katastrofika minħabba l-istat avvanzat tal-proġett u l-impenji finanzjarji li kien diġà ħa Vivaldi, kienet motivata mill-fatt li l-''Prete Rosso'' ma kienx iqaddes u kellu d-drawwa li jivjaġġa ma' Girò u nisa oħra, barra li l-arċisqof kien kontra li l-qassisin jieħdu sehem fl-affarijiet tal-ispettaklu.<ref>Strohm, ''The operas...'', II, pp. 625-626.</ref> Dan hu għall-inqas dak li jidher mill-ittra mibgħuta minn Vivaldi lill-protettur Ferrariż tiegħu, il-Markiż Guido Bentivoglio, biex jitlob l-appoġġ tiegħu biex jipprova jikseb revoka tal-interdizzjoni veskovili. F'din l-ittra Vivaldi jispjega r-raġuni tas-saħħa li minħaba fiha kien ilu ma jqaddes għal ħafna snin, u l-korrettezza perfetta fl-imġiba tiegħu man-nisa li jikkumpanjawh, kollha ta' devozzjoni u onestà jleqqu u bil-provi.<ref>Salvatore Caruselli (kura ta'), ''Grande enciclopedia della musica lirica'', Roma, Longanesi & C. Periodici, IV, ''Vivaldi, Antonio'', p. 1251</ref> Minkejja l-isforzi tiegħu kollha Vivaldi ma rnexxielu jikseb xejn u barra mit-telf ekonomiku dan qisu affront kbir li ġiegħlu jitlaq mill-Italja għal dejjem.
[[File:Tafel Vivaldi Grabstaette TU Wien DSC 6740w.jpg|thumb|left|upright=1.4|Plakka kommemorativa ta' Vivaldi fl-Università Teknika ta' Vjenna]]
Diżgrazzjatament, ftit wara li wasal Vjenna f'Ottobru tal-1740, Karlu VI miet. Imbagħad segwiet gwerra ta' dimensjonijiet Ewropej, Il-[[Gwerra tas-suċċessjoni Awstrijaka]] li ġiegħlet it-tifla, l-imperatriċi futura [[Marija Tereża tal-Awstrija]], li taħrab għall-[[Ungerija]]. Din kienet daqqa ta' ħarta traġika għal Vivaldi għaliex barra li minħabba l-gwerra, it-teatri Vjenniżi għalqu sas-sena ta' wara, hu baqa' mingħajr protezzjoni Imperjali u mingħajr flus. Vivaldi, forsi għax kien marid wisq u fqir wisq ma seta' jagħmel xejn ħlief li jibqa' Vjenna, ibigħ il-manuskritti b'irħis biex jgħix sakemm fil-lejl bejn is-27 u t-28 ta' Lulju 1741, miet b'infezzjoni intestinali (jew forsi anki minħabba b'dik l-asma bronkjali li kien ilu jbati biha minn twelidu) f'appartment qrib ħafna tal-Kärntnertortheater. Fit-28 ta' Lulju Vivaldi indifen f'fossa komuni fl-iS''pitaller Gottsacker'' ta' Vjenna, b'funeral sempliċi imsejjaħ "tal-fqar". Iċ-ċimiterju m'għadux jeżisti, il-post fejn kien il-qabar tiegħu qiegħed maġenb il-Karlskirche, fejn hemm is-sede ċentrali tal-Università Teknika ta' Vjenna. Fil-bidu il-mużika tiegħu kienet sfortunata wkoll u waqgħet fl-oskurità, fejn baqgħet sa nofs is-seklu 20, meta l-figura ta' Vivaldi reġgħet saret importanti ħafna fil-panorama tal-istorja tal-mużika Ewropea.
== Il-mużika ta' Vivaldi ==
Vivaldi jemfasizza ħafna l-istruttura formali u ritmika tal-kunċert, ifittex ripetutament kontrasti armoniċi u jivvinta temi u melodiji mhux tas-soltu. It-talent tiegħu kien jikkonsisti fil-kompożizzjoni ta' mużika mhux akkademika, ċara u espressiva b'mod li tista' tiġi apprezzata mill-pubbliku ġenerali u mhux mill-minoranza ta' speċjalisti biss. Vivaldi kien apprezzat mill-kritiċi Ġermaniżi kontempoanji. Fosthom insibu 'l Johann Adam Hiller, Ernst Ludwig Gerber u l-flawtista u kompożitur Johann Joachim Quantz. Dan qal li kien sema' xi kunċerti (probabilment ''L'estro armonico'') tal-''Prete Rosso'' f'Pirna fl-1714 u ddeskrvihom bħala ''ġeneru ġdid ta' biċċiet mużikali b'ritornelli manjifiċi'' (dan kien wieħed mir-rikonoxximenti kbar lil Vivaldi minn personalità ta' żmienu.) Il-mużika tiegħu kellha influwenza kbira fuq diversi kompożituri Awstrijaċi u Ġermaniżi. Fost dawn l-aktar famuż kien [[Johann Sebastian Bach]], li kien influwenzat ħafna mill-forma tal-kunċert Vivaldjan: xi kunċerti Vivaldjani tant assimulahom li ttraskriviehom għall-orgni, il-klaveċimbalu solista jew għal klaveċimbalu wieħed jew aktar mal-orkestra. Fost dawn kien hemm il-famuż ''Kunċert għal erba' vjolini, arki u klaviċembalu op. 3 n. 10'' (RV 580). Bach ma ttraskriviehomx biss imma żejjen sistematikament in-nisġa Vivaldjana mill-punto di vista kontrappuntistiku.
Kien apprezzat ukoll fl-ambjent mużikali Franċiż, li fih kienu jispikkaw Pierre Gaviniès u l-organista Michel Corrette. Il-fama tiegħu fi Franza kompliet għal ċertu żmien anke wara mewtu, infatti [[Jean-Jacques Rousseau]] fl-1775 għamel riarranġament għall-flawt tal-''Primavera''.
[[File:Young Bach2.jpg|thumb|[[Johann Sebastian Bach]]: il modello di Vivaldi è stato determinante per l'evoluzione del suo stile]]
Min-naħa l-oħra kien attakkat bl-aħrax mill-Ingliżi, pereżempju Charles Avison kien isostni li l-mużika tiegħu kienet addattata biex "tidiverti t-tfal". Madankollu f'ħajtu il-mużika strumentali tiegħu kellha suċċess fl-Ewropa kollha u kienet stampata bosta drabi kemm mill-Franċiżi kif ukoll mill-Ingliżi.
L-Italja minkejja li kellu influwenza qawwija u li ġedded il-mużika strumentali tal-epoka, kien kważi injorat għal kollox mill-istudjużi ta' żmienu u wara mewtu x-xogħlijiet tiegħu intesew totalment. Dan kien minħabba l-moda li kien hemm l-Italja tas-seklu 18 fejn kienu dejjem iridu awturi ġodda u mużika ġdida. Vivaldi hu meqjus bħala wieħed mill- ''maestri'' tal-iskola Barokka Taljana, ibbażata fuq kontrasti sonori qawwija u fuq armoniji sempliċi u suġġestivi. Kien prattikament minsi matul iż-żmien tal-[[Klassiċiżmu (mużika)|Klassiċiżmu]], imma beda jintgħoġob mir-[[Romanticismo|Romantiċiżmu]] tardiv u fil-bidu tas-seklu 20. Wara r-riskoperta tax-xogħlijiet tiegħu wara t-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]] (bis-saħħa wkoll tat-twaqqif ta' entitajiet bħall-''Istituto Italiano Antonio Vivaldi'' dedikati għall-istudju u għat-tifrix tal-mużika Vivaldjana), Vivaldi sar wieħed mill-kompożituri l-aktar popolari u mismugħin tal-[[Barokk]]<nowiki/>anke jekk mhux il-mużiċisti kollha tas-seklu 20 urew l-istess entużjażmu: Luigi Dallapiccola qal provokatorjament li Vivaldi ma kitibx 400 kunċert, "imma l-istess kunċert għal erba' mitt darba". Din reġa' qalha [[Igor' Fëdorovič Stravinskij]], u issa saret proverbjali.
[[File:Antonio Vivaldi.jpg|left|thumb|upright|Antonio Vivaldi (ritratt minn François Morellon de la Cave ''Effigies Antonii Vivaldi'', għall-edizzjoni Le Cène tal-op. 8 tal-1725)]]
== Katalogu tax-xogħlijiet ==
Il-katalgu tax-xogħlijiet ta' Vivaldi hu partikularment vast u kompless. Minħabba l-fama kbira li kellu mal-Ewropa kollha il-manuscritti tigeħu infirxu mal-irkejjen kollha tal-kontinent. Allura mhuwiex rari li f'xi riorganizzazzjoni tal-kollezzjonijiet tal-manuskritti ta' biblijoteka titfaċċa xi kompożizzjoni mhux pubblikata li kienet intilfet għal sekli sħaħ, kif ġara reċentement Dresden. Element ieħor ta' konfużjoni ġej mill-eżistenza ta' diversi katalgi li ma jaqblux bejniethom f'dak li jirrigwarda in-numerazzjoni u l-kronoloġija tax-xogħlijiet. Fosthom, dal-aħħar il-Katalgu Ryom (different mill-ittri RV) jidher li sar ir-riferiment universali. Madankollu anke issa mhux rari li tiltaqa' ma' pubblikazzjoni mużikali li tagħmel riferiment għal katalogazzjoni differenti. Fil-"corpus" tal-kompożiizzjonijiet Vivaldjani insibu madwar 600 kunċert u sonata li kważi 300 minnhom huma għall-vjolin wieħed jew aktar, madwar 30 għall-vjolinċell, 39 għall-faggot, 25 għall-flawt u 25 għall-oboe, u l-bqija għall-strumenti bħal-ljutu, il-mandolina u strumenti oħra li jintużaw rarament ħafna fil-funzjoni konċertistika tal-epoka Mal-kompożizzjonijiet mużikali rridu nżidu 'l madwar 100 xogħol ta' mużika sagra u 100 xogħol ieħor ta' mużika vokali. Il-kompożizzjonijiet operistiċi nstabu mill-ġdid riċentement. Dawn jkkonsistu f'madwar 45 titlu li għal ħafna minnhom intilfet il-parti mużkali tagħhom.
== Reputazzjoni wara mewtu ==
[[File:(Venice) Vivaldi plaque on Chiesa della Pietà.jpg|upright=1.4|thumb|Lapida b'memorja tal-kompożitur f'Calle della Pietà, Venezja]]
Vivaldi baqa' mhux magħruf għall-kunċerti ppubblikati u injorat għal kollox sa wara li reġa' beda jkun hemm interess fil-mużika ta' [[Johann Sebastian Bach|Bach]], bis-saħħa ta' [[Felix Mendelssohn|Felix Mendelssohn-Bartholdy]]. Anke x-xogħol famuż tiegħu, ''[[Le quattro stagioni]]'', ma kienx inkluż fl-edizzjoni oriġinali. Fil-bidu tas-seklu 20 il-kunċert fl-istil Vivaldjan kompost fl-1913 minn [[Fritz Kreisler]] li għaddieh bħala xogħol oriġinali tal-''Prete Rosso'' (RV Anh. 62),<ref>Franco Sciannameo, ''Experiencing the Violin Concerto'', Lanham, Rowman & Littlefield, 2016, p. 1, {{ISBN|978-0810888852}}</ref> ikkontribwixxa għall-irxoxtar tal-fortuna ta' Vivaldi. Dan ta spinta lill-istudjuż Franċiż Marc Pincherle, biex jibda xogħol akkademiku fuq ix-xogħlijiet tal-kompożitur Venezjan. I-sejba ta' bosta manuskritti ta' Vivaldi u l-akkwiżizzjoni tagħhom mill-''Biblioteca Nazionale Universitaria di Torino'' wasslet għal interess ġdid fil-mużika ta' Vivaldi.
It-twelid mill-ġdid tax-xogħlijiet mhux pubblikati ta' Vivaldi fis-seklu 20 sar l-aktar bis-saħħa tad-dedikazzjoni ta' Alfredo Casella, li fl-1939 organizza is-''Settimana di Vivaldi'', issa storika, li fiha instabu mill-ġdid il-''Gloria RV 589'' u ''L'Olimpiade'' (RV 725). Mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn il-kompożizzjonijiet ta' Vivaldi kellhom suċċess universali. Fl-1947 il-kummerċjant Venezjan Antonio Fanna waqqaf l-''Istituto Italiano Antonio Vivaldi'', bil-kompożitur Gian Francesco Malipiero bħala direttur artistiku, bl-intenzjoni li jimppromwovi l-mużika ta' Vivaldi u l-pubblikazzjoni ta' edizzjonijiet ġodda tax-xogħlijiet tiegħu.
== Il-mużika strumentali ==
Għalkemm Il-kunċert solistiku, li ġej mill-concerto grosso, kien bdieh [[Giuseppe Torelli]] xorta lil Vivaldi għandna nattribwixxu l-elaborazzjoni ta' forma li kienet użatat bħala mudell sat-twelid tal-kunċert klassiku.<ref>Kolneder, 1978, p.77 u p.89</ref> Il-parti l-kbira mill-kunċerti tiegħu hi kkaratterizzata minn żewġ movimenti mgħaġġlin b'alternazzjoni ta' "kollha" bbażati fuq ritornell, li jerġa' jiġi propost f'diversi tonalitajiet ta' soli modulanti ta' karattru tematiku ħieles. Din il-forma, li ma kinetx invenzjoni Vivaldjana,<ref name=grove/> intużat mill-kompożitur Venezjan b'libertà kbira; pereżempju matul il-moviment iqassar ir-ritornell waqt li fl-istess ħin itawwal is-soli, jew jirrepeti darbtejn ir-ritornell finali bl-inserzjoni ta' episodju soliistiku qasir li juża materjal mużikali mill-ewwel solo.<ref>Walter Kolneder, ''op. cit.'', pp. 89-95</ref> Fil- movimenti bilmod, kultant juża forma ta' ritornell semplifikata, u drabi oħra juża forma b'tema waħda u b'żewġ partijiet maħruġa mis-sonata.
Vivaldi kkompona 329 kunċert għal strument solista wieħed u arki, li 220 minnhom huma għal vjolin, 37 għal fagott, 27 għal vjolinċell, 19 għal obwe, 13 għal flawt travers, 2 għal flawt dritt, 3 għal ''flautino'' (flawt dritt sopran irqieq), wieħed għal mandolina u 7 għal ''viola d'amore''. Barra minn dawn hemm xi erbgħin kunċerti għall-żewġ strumenti u arki, l-aktar għal żewġ strumenti ugwali (żewġ vjolini jew żewġ obwejiet), imma fosthom hemm ukoll il-famuż kunċert għal viola d'amore u ljutu. Imbagħad hemm aktar minn tletin kunċerti multipli, għal aktar minn tliet solisti. Ma dawn irridu nżidu xi sittin "kunċert mimli" (kunċert għall-arki mingħajr solisti), jixbhu ħafna s-sinfoniji tal-opra, li fihom kultant insibu attenzjoni għall-elaborazzjoni kontrappuntistika 'l bogħod ħafna mill-immaġini stereotipata ta' Vivaldi bħala kompożitur "faċli" u superficjali.<ref name="grove" /> Hemm numru żgħir ta' kunċerti b'solista u żewġ orkestri, infatti din hu qsim tal-orkestra f'żewġ gruppi separati, fit-tradizzjoni tal-polikoralità sagra Venezjana fli fjorixxiet bejn l-aħħar tas-seklu 16 u l-bidu tas-sbatax. Fl-aħħar hemm xi għoxrin "kunċert mingħajr orkestra", miktubin għal grupp ta' numru ta' strumenti, minn tnejn sa sitta, akkompanjati mill-basso continuo: dawn mhumiex tal-forma li fiha jiġu trattati s-soltu dawn il-gruppi, jiġifieri il-forma tas-"sonata da camera" jew tas-"sonata da chiesa", imma f'dik tal-kunċert "bir-ritornelli".<ref>Noriko Ohmura, ''«Kunċerti senza Orkestra»''</ref>
Ħafna kunċerti huma programmatiċi jew onomatopejċi: fost dawn hemm pereżempju l-fumużissmi ''Stagioni'' (Staġuni, RV269, 315, 293, 297) li huma l-ewwel erba' kunċerti fl-opra 8, ''Il Gardellino'' (Il-Gardell, RV90, 428), ''La Tempesta di Mare'' (It-Tempesta tal-Baħar, RV98, 433, 570), ''Il cornet[t]o da posta'' (Il-Kurunetta tal-Posta, RV363), ''La Caccia'' (Il-Kaċċa, RV 362), ''La notte'' (Il-Lejl, RV104, 501). Imbagħad ħafna kunċerti oħra għandhom titlu li jista' jirreferi għall-istil mużikali, bħall-''Concerto madrigalesco'' (Kunċert madrigalesk, RV129) jew il-''Concerto alla rustica'' (Kunċert bi stil rustiku, HRV151), jew għall-emozzjoni ġenerali tal-mużika, bħal ''L'inquietudine'' (RV23) jew ''L'amoroso'' (RV271), għall-modalità partikulari tal-eżekuzzjoni bħal ''L'ottavina'' (RV763), li fiha is-soli kollha jindaqqu fuq l-ottava l-għolja, jew anke għall-eżekutur li jkun ħa jdoqqu, bħal ''Il Carbonelli'' (RV366) jew għall-okkażżjoni li jkun kompost għaliha tkun bħall-kunċerti "per lal-la solennità di S Lorenzo" (RV286, 556, 562).<ref>Walter Kolneder, ''op. cit.'', p. 133 segg.</ref>
Waslulna madwar 90 sonata, li jippreżentaw stil inqas innovattiv min tal-kunċerti. Kemm fis-sonata solistika (għal strument wieħed u basso continuo) kif ukoll fis-sonata "għal tlieta" (għal żewġ strumenti u basso continuo) tintuża sistema formali u kitba marbuta mal-mudelli komuni tal-musica da camera ta' dak iż-żmien ([[Arcangelo Corelli]], [[Tomaso Albinoni]], l-iskola Bolonjiża u dik Venezjana). Is-sonati għal tlieta, miġburin fl-opra 1 u l-opra 5, huma influwenzati ħafna mix-xogħlijiet da camera ta' Arcangelo Corelli, anke jekk huma "dinamizzati" mill-vitalità tal-kitba strumentali Venezjana, filwaqt li s-sonati għall-istrument wieħed, miktubin l-aktar għall-vjolin, jew għall-vjolinċell, jew għal strument tan-nifs, għandhom stil tipikament da camera personalizzat minn żvilupp partikolari tal-kantabilità fil-movimenti bil-mod u minn distakkament progressiv fir-ritmu mill-mudelli taż-żfin.
Fost is-sonati tiegħu, ta' min jiftakar ir-RV 68, RV 70, RV 71 u RV 77, miktubin għall-żewġ vjolini u kontrabaxx ''ad libitum'', li x'aktarx kienu komposti qabel id-dwetti għall-żewġ vjolini op. 3 ta' [[Jean-Marie Leclair]]<ref name=grove/>u allura huma fost l-ewwel u l-aktar eżempji interessanti ta' sonati għall-żewġ vjolini mingħajr akkompanjament mill-''basso continuo''.
{| class="wikitable" style="font-size:90%;"

|colspan="5" style="padding-left:10px; font-size:150%; line-height:150%; border: 1px solid #888;"| '''Sonati'''<ref>M. Talbot, EDT, p. 120</ref>

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;" id="61_sonati_per_uno_strument_e_basso"| '''61 sonata għal strument wieħed u kontrabaxx'''

! N° !! Strument

| 40 || vjolin

| 9 || vjolinċell

| 6 || musette jew ghironda, vjolin, obwe, flawt<ref name=pastor/>

| 4 || flawt

| 1 || obwe

| 1 || flawt dritt

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;"| '''27 sonati għal tlieta (żewġ strumenti u kontrabaxx)'''

! N° !! Strument

| 20 || żewġ vjolini

| 5 || żewġ strumenti diversi

| 1 || żewġ obwejiet

| 1 || żewġ flauti

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;"| '''3 sonati għal erba' (erba' partijiet strumentali)'''

| 2 || żewġ vjolini, vjola u kontrabaxx

| 1 || żewġ strumenti diversi, obwe, chalumeau u organo obbligato

|colspan="5" style="padding-left:10px; font-size:150%; line-height:150%; border: 1px solid #888;"| '''Kunċerti'''<ref>M. Talbot, EDT, p. 132</ref>

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;"| '''329 kunċert bi strument solista wieħed'''

! N° !! Strument

| 220 || vjolin

| 37 || fagott

| 27 || vjolinċell

| 19 || obwe

| 13 || flawt

| 7 || viola d'amore

| 3 || ''flautino''

| 2 || flawt dritt

| 1 || mandolina

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;"| '''45 kunċert doppji (żewġ strumenti solisti, orkestra tal-arki u continuo)'''

! N° !! Strument

| 25 || żewġ vjolini

| 11 || żewġ strumenti diversi

| 3 || żewġ obwejiet

| 2 || żewġ korni

| 1 || żewġ vjolinċelli

| 1 || żewġ mandolini

| 1 || żewġ flauti

| 1 || żewġ truombetti

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;"| '''34 kunċert għal grupp (aktar minn żewġ strumenti solisti, orkestra tal-arki u continuo)'''

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;"| '''4 kunċerti għal lżewġ orkestri tal-arki u solista (jew solisti)'''

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;"| '''22 kunċerti da camera (minn 3 sa 6 strumenti solisti u continuo)'''

|colspan="5" style="padding-left:15px; font-size:120%; border: 1px solid #999;"| '''44 kunċert għal orkestra tal-arki u continuo'''

=== Ġabriet li ġew stampati f'ħajtu ===
Meta neżaminaw x-xogħijiet ippubblikaati waqt li Vivaldi kien għadu ħaj, mal-ewwel nindunaw li fl-ewwel snin tal-karriera tiegħu kien hemm prevalenza ta' sonati, waqt li fit-tieni parti ta' ħajtu, meta kien diġa kompożitur stabilit, kien hemm maġġoranza assoluta ta' kunċerti. L-aħħar żewġ pubblikazzjonijiet, Opus XIII u oħra bla numru, li jikkonsistu f'sonati huma każijiet partikolari. L-ewwel waħda hi żgur falza u min id Franċiża imma fiha jintużaw elementi tematiċi ta' oriġni Vivaldjana. It-tieni waħda min-naħa l-oħra hi pubblikazzjoni magħmula mingħajtr il-kontroll tal-kompożitur, kif jidher ċar mill-fatt li m'għandhiex numru u skont Kolneder x'aktarx fiha mużika komposta ħafna snin qabel.<ref>W. Kolneder, ''op. cit.'', p. 26</ref> Ta' min jgħid li l-pubblikazzjoni tal-kunċerti kienet tqum ħafna iżjed minn pubblikazzjoni ta' sonati u allura kienet operazzjoni kummerċjali ħafna iżjed ta' riskju għal kompożitur żagħżugħ. Għalhekk ma nistgħux neskludu l-possibbiltà li Vivaldi kkompona l-kunċerti fl-ewwel snin tas-sarvizz tiegħu mal-Ospedale della Pietà, kif forsi jista' jidher mill-fatt li ngħata aktar responsabbiltà fl-1705, miż-żieda fl-istipendju li kiseb fl-1708<ref>W. Kolneder, ''op. cit.'', p. 66</ref> u minn diversi affinitajiet stilistiċi bejn is-sonati għal vjolin u ċimbalu f' Opus II (1708) u xi kunċerti ta' ''l'Estro Armonico'' (Opus III, 1711).
{| class="wikitable" style="font-size:100%;width:100%;"

|- bgcolor="#efefef"
! Opus!! Titlu!! Editur

| Opus I || 12 sonati għal żewġ vjolini u basso continuo|| Venezja, G. Sala, 1703

| Opus II || 12 sonati għal vjolin e basso continuo|| Venezja, A. Bortoli, 1708<ref name= sardelli />

| Opus III ||''L'estro armonico'', 12-il kunċert||[[Amsterdam]], E. Roger, 1711

| Opus IV ||''La stravaganza'', 12-il kunċert||[[Amsterdam]], E. Roger, 1716

| Opus V || 6 sonati għal vjolin jew tnejn u basso continuo||[[Amsterdam]], J. Roger, 1716

| Opus VI || 6 kunċerti għal vjolin, arki u basso continuo ||[[Amsterdam]], J. Roger, 1719

| Opus VII || 12-il kunċert||[[Amsterdam]], J. Roger, 1720

| Opus VIII ||''Il cimento dell'armonia e dell'inventione'', 12-il kunċert||[[Amsterdam]], M.-C. Le Cène, 1725

| Opus IX ||''La cetra'', 12-il kunċert||[[Amsterdam]], M.-C. Le Cène, 1727

| Opus X || 6 kunċerti għall-flawt travers, arki u basso continuo ||[[Amsterdam]], M.-C. Le Cène, 1729

| Opus XI || 6 kunċerti ||[[Amsterdam]], M.-C. Le Cène, 1729

| Opus XII || 6 kunċerti ||[[Amsterdam]], M.-C. Le Cène, 1729

| (Opus XIII) ||''Il pastor fido'', 6 sonati għal musette jew ghironda, flawt travers, obwe, vjolin u basso continuo.<ref name="pastor">"Il pastor fido", ''sonatis pour la musette, viele, flûte, hautbois, violon avec la basse continüe''. Skont studji reċenti dan ix-xogħol mhuwiex attribwibbli lil Vivaldi, imma hu taħlita ta' biċċiet Vivaldjani maħdumin f'forma ta' movimenti ta' sonata, x'aktarx minn Nicolas Chédeville</ref> ''(falza)''|| Pariġi, Mme Boivin, 1737

| Mingħajr numru|| 6 sonati għal vjolinċell u basso continuo || Pariġi, edizzjoni Le Clerc le cadet - Le Clerc-Boivin, 1740

== Il-mużika vokali ==
=== Opri ===
Vivaldi kien isostni li kien ikkompona 94 opra. Fir-realtà, ġew identifikati inqas minn 50 titlu, u xi 20 biss għadhom jeżistu. Min-naħa l-oħra, il-kalolu tal-kompożizzjonijiet hu magħmul aktar kompless mid-drawwa tal-epoka li jieħdu opri qodma u jbiddlulhom it-titlu u li jikkomponu pastiċċi<ref>It-terminu '''pastiċċ''', fil-mużika ifisser kompożizzjoni mużikali, ġeneralment ta' opra, miktuba minn bosta awturi jew komposta minn biċċiet meħuda minn xogħlijiet diversi li kienu jeżistu qabel.</ref> li jkun fihom mużika ta' diversi awturi, kemm miktuba għall-okkażżjoni u kemm adatta minn opri ta' qabel.
Waslulna 21 opra minn Vivaldi, xi wħud sħaħ o oħrajn le, kollha drammi għall-mużika li mill-punto di vista drammatiku jsegwu il-kanoni tipiċi tal-''opera seria'' tal-epoka. Madankollu l-mużika hi dinamika u rikka fl-invenzjoni. Però mhux rari li nsibu f'xi pastiċċi tard fil-ħajja tal-''Prete Rosso'', arji ta' kompożituri kontemporanji, bħal [[Leonardo Leo]], [[Geminiano Giacomelli]], [[Johann Adolf Hasse]] u [[Giovanni Battista Pergolesi]].
* ''Creso tolto alle fiamme'' (RV Anh. 138), [[Venezja]] 1705
* ''Ottone in villa'' (RV 729-A), librett: Domenico Lalli, Vicenza 1713
* ''Orlando furioso'' (RV Anh. 84), librett: Grazio Braccioli; mużika: Giovanni Alberto Ristori; opra li nkitbet għall impreża Vivaldi modifikata ħafna drabi minn Antonio Vivaldi, Venezja 1713
* ''Orlando finto pazzo'' (RV 727), librett: Grazio Braccioli, Venezja 1714
* ''Orlando furioso'' (RV 819), librett: Grazio Braccioli; fiha wkolli xi tratti mill-opra omonima ta' Ristori tal-1713 (RV Anh. 84), Venezja 1714
* ''Nerone fatto Cesare'' (RV 724), librett: Matteo Noris, Venezja 1715
* ''La costanza trionfante degl'amori e degl'odii'' (RV 706-A), librett: Antonio Marchi, Venezja 1716
* ''Arsilda, regina di Ponto'' (RV 700), librett: Domenico Lalli, Venezja 1716
* ''L'incoronazione di Dario'' (RV 719), librett: Adriano Morselli, Venezja 1717
* ''Tieteberga'' (RV 737), libretto: Antonio Maria Lucchini, j717
* ''Il vinto trionfante del vincitore'' (RV Anh. 58), librett: Antonio Marchi, Venezja 1717
* ''Artabano, re de' Parti'' (RV 701/706-B), librett: Antonio Marchi, Venezja 1718
* ''Armida al campo d'Egitto'' (RV 699-A), librett: Giovanni Palazzi, Venezja 1718
* ''Scanderbeg'' (RV 732), librett: Antonio Salvi, [[Firenze]] 1718
* ''Armida al campo d'Egitto'' (RV 699-B), librett: Giovanni Palazzi, Mantova 1718
* ''Teuzzone'' (RV 736), librett: Apostolo Zeno, Mantova 1719
* ''Artabano, re de' Parti'' (RV 701/706-C), librett: Antonio Marchi, Vicenza 1719
* ''Tito Manlio'' (RV 738), librett: Matteo Noris, Mantova 1719
* ''Tito Manlio'' (RV 778), librett: Matteo Noris, [[Ruma]] 1720
*''La verità in cimento'' (RV 739), librett: Giovanni Palazzi, Venezja 1720
* ''La Candace, o siano Li veri amici'' (RV 704), librett: Francesco Silvani u Domenico Lalli, Mantova 1720
* ''Filippo, re di Macedonia'' (RV 715), librett: Domenico Lalli, Venezja 1720
* ''La Silvia'' (RV 734), librett: Enrico Bissari, Milan 1721
* ''Ercole su'l Termodonte'' (RV 710), librett: Giacomo Francesco Bussani, Ruma 1723
* ''La virtù trionfante dell'amore, e dell'odio, overo Il Tigrane'' (RV 740), librett: Francesco Silvani, Ruma 1724
* ''Giustino'' (RV 717), librett: conte Nicolò Beregan (1683), irranġat minn Pietro Pariati (1711) għal [[Tomaso Albinoni]], u b'modifiki serji oħra (forsi minni Antonio Maria Lucchini), Ruma, 1724
* ''L'Artabano'' (RV 706-D), librett: Alessandro Marchi, Mantova 1725
* ''L'inganno trionfante in amore'' (RV 721) (pasticcio), librett: Matteo Noris, irtokkat minn G. M. Ruggieri, mużiċiista u kittieb dilettant, Venezja 1725
* ''Venezia (nascente?)'' (RV Anh. 139) mużika ta' Antonio Vivaldi, ippreparata għall-1726 f'Sant'Angelo, imma mbagħad ma tlestietx.
* ''Cunegonda'' (RV 707) x'aktarx pastiċċ), librett: Agostin Piovene, Venezja 1726
* ''La fede tradita e vendicata'' (RV 712), librett: Francesco Silvani, Venezja 1726
* ''La tirannia gastigata'' (RV Anh. 55) (pastiċċ, bi ħdax-il arja ta' Vivaldi), librett di Francesco Silvani, Praga 1726
* ''Dorilla in Tempe'' (RV 709-A), librett: Antonio Maria Lucchini, Venezja 1726
* ''Ipermestra'' (RV 722), librett: Antonio Salvi, Firenze 1727
* ''Farnace'' (RV 711-A), librett: Antonio Maria Lucchini, Venezja 1727
* ''Farnace'' (RV 711-B), librett: Antonio Maria Lucchini, Venezja 1727
* ''Siroe, re di Persia'' (RV 735-A), librett: [[Pietro Metastasio]], Reggio Emilia 1727
* ''Orlando'' (RV 728), librett: Grazio Braccioli, Venezja 1727
* ''Rosilena ed Oronta'' (RV 730), librett: Giovanni Palazzi, Venezja 1728
* ''L'Atenaide'' (RV 702-A), librett: Apostolo Zeno, Firenze 1728
* ''Farnace'' (RV 711-C), librett: Antonio Maria Lucchini, [[Praga]] 1730
* ''Argippo'' (RV 697), libretto: Domenico Lalli, Praga 1730
* ''L'Atenaide'' (RV 702-B), librett: Apostolo Zeno, Firenze 1731/1732
* ''Farnace'' (RV 711-D), librett: Antonio Maria Lucchini, Pavia 1731
* ''Alvilda, regina de' Goti'' (RV Anh. 88), librett: Apostolo Zeno, Praga 1731
* ''Dorilla in Tempe'' (RV 709-B), librett: Antonio Maria Lucchini, b'modifiki sostanzjali kkomparata mal-verżjoni oriġinali tal-1726, Praga 1732
* ''Farnace'' (RV 711-E), librett: Antonio Maria Lucchini, Mantova 1732
* ''Semiramide'' (RV 733), librett: Francesco Silvani, Mantova 1732
* ''La fida ninfa'' (RV 714), librett: Scipione Maffei, Verona 1732
* ''Argippo'' (RV Anh. 137), librett: Domenico Lalli, Praga 1733. Misjuba riċentement fi Praga.
* ''Motezuma'' (RV 723), librett: Girolamo Alvise Giusti, Venezja 1733
* ''Dorilla in Tempe'' (RV 709-C) (pastiċċ, b'żewġ arji ta' Hasse, tnejn ta' Giacomelli, waħda ta' Leo u tlieta ta' kompożituri mhux magħrufin), librett: Antonio Maria Lucchini, b'modifikiazzjoni sostanzjali kkomparata mal-verżjoni oriġinali, Venezja, 1734
* ''La Dorilla'' (RV 709-D), librett: Antonio Maria Lucchini, l-unika partitura kkonservata (Torino) mid-diversi verżjonijiet ta' ''La'' ''Dorilla in Tempe'' (ibbażata fuq l-edizzjoni Venezjana tal-1734, b'xi żidiet u tħassir)
* ''L'Olimpiade'' (RV 725), librett: Pietro Metastasio, Venezja 1734
* ''Il Bajazet (Tamerlano)'' (RV 703), librett: Agostin Piovene, Verona 1735
* ''L'Adelaide'' (RV 695), librett: Antonio Salvi, Verona 1735
* ''Griselda'' (RV 718), librett: Apostolo Zeno u [[Carlo Goldoni]], Venezja 1735
* ''Aristide'' (RV Anh. 89), librett: Carlo Goldoni, Venezja 1735
* ''Ginevra, principessa di Scozia'' (RV 716), librett: Antonio Salvi, Firenze 1736
* ''La bottega da cafè'' (RV Anh. 43), librett: Carlo Goldoni, Venezja 1736
* ''Il giorno felice'' (RV Anh. 92), librett: Scipione Maffei, [[Vjenna]] 1737 (reviżjoni ta' ''La fida ninfa'')
* ''Farnace'' (RV 711-F), librett: Antonio Maria Lucchini, Treviso 1737
* ''Catone in Utica'' (RV 705), librett: Pietro Metastasio, Verona 1737
* ''L'oracolo in Messenia'' (RV 726), librett: Apostolo Zeno, Venezja 1737
* ''Rosmira (fedele)'' (RV 731), librett: Silvio Stampiglia, Venezja 1738
* ''Armida al campo d'Egitto'' (RV 699-D), librett: Giovanni Palazzi, Venezja 1738
* ''Farnace'' (RV 711-G), librett: Antonio Maria Lucchini, Ferrara 1738
* ''Siroe, re di Persia'' (RV 735-B), librett: [[Pietro Metastasio]], Ancona 1738
* ''Siroe, re di Persia'' (RV 735-C), librett: [[Pietro Metastasio]], Ferrara 1739
* ''Feraspe'' (RV 713), librett: Francesco Silvani, Venezja 1739
* ''Ernelinda'' (RV Anh. 45) x'aktarx pastiċċ magħmul minn arji, barra ta' Vivaldi, ta' Gasparini u Galuppi, speċjalment minn ''La fede tradita e vendicata'', Venezja 1750
* ''Medea e Giasone'' (RV 749.21)
=== Kantati u serenati ===
Vivaldi ikkompona l-kantati tiegħu jibbaża ruħu prinċipalment fuq il-manjiera Naplitana tipika tal-kompożituri ta' wara [[Alessandro Scarlatti]] u [[Benedetto Marcello]]: huma magħmulin minn sensiela ta' tnejn jew iżjed ''arie da capo'' li jalternaw ma' reċitattivi. Ix-xenarju hu meħud dejjem minn temi mill-[[Arkadja]]: rgħajja fid-dwiefer tat-turmenti tal-imħabba u ta' ninfi infidili (jew kontra) li [[Kupidu]] jagħmel straġi minn qalbhom.<ref>M. Talbot, EDT, pp. 168 e 169</ref>
Instabu dawn il-kantati ta' Vivaldi:
* 22 kantati għal soprano u basso continuo;
* 8 għal contralto u basso continuo;
* 5 għal soprano u akkumpanjament strumentali;
* 4 għal contralto u akkumpanjament strumentali.
Ikkomparata mal-cantata, is-serenata kienet xogħol ta' dimensjonijiet aktar importanti b'ouverture orkestrali, arji solistiċi, reċitattivi u kultant anki korijiet. Is-serenati kollha ntilfu ħlief tlieta: is-''Serenata a tre'' RV 690, is-serenata taż-żwieġ, ''Gloria e Himeneo'' RV 687 u fuq kollox ''La Sena festeggiante'' RV 693, ikkommissjonata lil Vivaldi fl-1726 minn Jean-Vincent Languet, konti ta' Cergy u ambaxxatur ta' Franza f'Venezja, għal xi okkażjoni li ma nafux x'kienet, forsi għaċ-ċerimonji tal-insedjament tal-amaxxatur stess jew forsi għaż-żjara tal-Kardinal Pietro Ottoboni, protettur uffiċjali tal-interessi ta' Franza fis-Santa Sede.<ref>{{en}}Michel Talbot, ''The serenata and Vivaldi'', test introduttiv tas-CD ''Antonio Vivaldi, La Seine en Fête'', Collot, Kàrolyi, Mac Leod, Le Parlement de Musique, Martin Gester, CD Accord 206172, 1997</ref>
=== Mużika sagra ===
Il-mużika sagra ta' Vivaldi kient ftit magħrufa barra mill-Italja u, bħax-xogħlijiet kollha tiegħu wara mewtu intesit għal kollox u ftit ftit ftit reġgħet saret magħrufa u apprezzata ħafna fil-bidu tat-tletinijiet tas-seklu 20. Waslulna madwar 50 xogħol ta' mużika sagra ta' ġeneri differenti: partijiet mill-Quddiesa Tridentina u l-introduzzjonijiet tagħhom (Kyrie, Gloria, Credo), salmi, innijiet, antifoni, mottetti. L-impenn tal-''Prete Rosso'' fir-repertorju sagru kien ftit jew xejn okkażjonali billi la kellu kommissjonijiet u lanqas qatt ħa b'mod fiss il-kariga prestiġjuża ta' ''maestro'' f'San Marco.<ref>Anelide Nascimbene, ''Vita e opere di Antonio Vivaldi'' f'I classici della musica. Antonio Vivaldi, p. 136</ref> Il-mużika sagra tiegħu kien f'dak li jgħidulu l-i''stil modern'' (jiġifieri kunċertat, tipiku tal-mużika Venezjana, b'kuntrast mal-i''stil antik'' jew ''osservat'' sever tal-mużika ta' [[Giovanni Pierluigi da Palestrina|Palestrina]]), anke jekk hekk jew hekk bosta movimenti tax-xogħlijiet tiegħu baqgħu marbutin mal-i''stil osservat''. Anke x-xogħlijiet tiegħu ''a cappella'' bħall-''Lauda Jerusalem'' b'4 vuċijiet u l-''Credidi'' b'5 vuċijiet jimxu mal-istil kunċertat fejn l-istrumenti bilkemm jastakkaw ruħhom mill-gruppi tal-kor. Barra minn hekk dan ir-repertorju kien suġġett għall-influwenzi operistiċi tal-epoka. Dan nistgħu nosservawh fuq kollox fil-mottetti tiegħu għal vuċi waħda.
Barra minn hekk Vivaldi ikkompona tmien mottetti ta' "introduzzjoni" li kienu jservu bħala daħla għal xogħlijiet fuq skala akbar (''Gloria'', ''Dixit Dominus'', ''Miserere''); dan is-sottoġeneru rari kien jintuża minn kompożituri oħra. Partikularità oħra li tiddistingwi l-mużika sagra tal-''Prete Rosso'' hi li kien sikwit jassenja l-parti melodika għall-vjolin fil-movimenti korali, b'hekk iħalli l-kor ikanta f'omofonija fl-isfond (pereżempju l-ewwel u l-aħħar moviment tal-''Credo'' RV 591). B'dan il-mod Vivaldi antiċipa l-quddies sinfoniku tal-ġenerazzjoni ta' [[Franz Joseph Haydn|Haydn]]. Anke l-inflwenzi tal-kunċert jidhru ċarament. Biżżejjed ninnotaw il-''Beatus vir'' RV 598, li fiha intervall twil ta' 420 battuta fil-forma ta' ritornell. Fost ix-xogħlijiet sagri l-aktar famużi tiegħu hemm il-''Gloria'' RV 589, iż-żewġ ''Magnificat'' RV 610 u RV 611, l-i''Stabat Mater'' RV 621 u l-oratorju ''Juditha triumphans''.
== Influwenza kulturali ==
Il-kratere Vivaldi fuq [[Merkurju (pjaneta)|Merkurju]] hu msemmi għal Vivaldi.<ref>[ http://planetarynames.wr.usgs.gov/Feature/6415 ] ''Gazetteer of Planetary Nomenclature''</ref>
== Noti ==
<references/>
== Biblijografija ==
=== Kotba ===
* Anna Laura Bellina, Bruno Brizi e Maria Grazia Pensa, ''I libretti vivaldiani'', Firenze, Olschki, 1982. ISBN 88-222-3089-2
* Lorenzo Bianconi e Giovanni Morelli (kura ta'), ''Antonio Vivaldi, Teatro musicale, cultura e società'' (vol. 2), Firenze, Leo S. Olschki editur, 1982. ISBN 88-222-3090-6
* Gianfranco Formichetti, ''Venezja e il prete col violino. Vita di Antonio Vivaldi'', Milan, Bompiani, 2006. ISBN 88-452-5640-5
* Remo Giazotto (katalgu tax-xogħlijiet kura ta' Agostino Girard, diskografija kura ta' Luigi Bellingardi), ''Antonio Vivaldi'', Torino, ERI, 1973.
* {{fr}} [[Carlo Goldoni]], ''Mémoires de M. Goldoni, pour servir à l'histoire de sa vie, et à celle de son théatre'', (3 volumi), Pariġi, Veuve Duchesne, 1787 (aċċessibbli ''online'' f' ''books.google'': [http://books.google.it/books?id=PZlDAAAAcAAJ&printsec=frontcover&dq=Carlo+Goldoni,+M%C3%A9moires+de+M.+Goldoni+pour+servir+%C3%A0+l'histoire+de+sa+vie+et+%C3%A0+celle+de+son+th%C3%A9%C3%A2tre&source=bl&ots=D-IKWvYmeR&sig=gEv8hudivsZ4Ck4FlZpUaKFN_D4&hl=it&ei=gNIfTbzeFMeX8QOEwKnRBQ&sa=X&oi=book_result&ct=result&resnum=1&ved=0CBcQ6AEwAA#v=onepage&q&f=false Tomo primo] e [http://books.google.it/books?id=xwY6AAAAcAAJ&printsec=frontcover&source=gbs_ge_summary_r&cad=0#v=onepage&q&f=false Tomo terzo] - Edizioni storiche in italiano pure aċċessibbli ''online'' in ''books.google'': [http://books.google.it/books?id=QPoUAAAAQAAJ&printsec=frontcover&dq=related:BCUL1092421023&lr=#v=onepage&q&f=false L-ewwel tom], Venezja, Zatta, 1788, [http://books.google.it/books?id=Ess8AyyRpVgC&printsec=frontcover&dq=related:BCUL1092421023&lr=#v=onepage&q&f=false It-tieni volum], Firenze, Barbèra, 1861, u [http://books.google.it/books?id=bWFDAAAAYAAJ&printsec=frontcover&dq=related:BCUL1092421023&lr=#v=onepage&q&f=false Tom III], Lucca, Bertini, 1811)
* Walter Kolneder, ''Vivaldi'', Milan, Rusconi, 1978 (prima ed.: 1965). ISBN 88-18-70060-X
* Gian Francesco Malipiero, ''Antonio Vivaldi, il Prete Rosso'', Milan, Ricordi, 1958
* Benedetto Marcello (stampat anonimament), ''Il teatro alla moda - o sia - Metodo Sicuro, e facile per ben comporre, & esequire l'Opere Italiane in Musica all'uso moderno - Nel quale - Si danno Avvertimenti utili, e necessarij à Poeti, Compositori di Musica, Musici dell'uno e dell'altro sesso, Impresarj, Suonatori, Ingegneri e Pittori di Scena, Parti buffe, Sarti, Paggi, Comparse, Suggeritori, Copisti, Protettori e Madri di Virtuose & altre Persone appartenenti al Teatro'', Venezja, "Stampato ne Borghi di Belisania per Aldiviva Licante all'Insegna dell'Orso in Peata", 1720 (ristampat fl-epoka moderna: ''Il teatro alla moda - 1720'', Milan, Il Polifilo, 2006. ISBN 978-88-7050-332-6)
* {{fr}} Marc Pincherle, ''Vivaldi et la musique instrumentale'', Pariġi, Floury, 1948
* Egidio Pozzi, ''Antonio Vivaldi'', Palermo, L'Epos (Porti di Ulisse), 2007. ISBN 978-88-8302-242-5
* Eduardo Rescigno (kura ta'), ''Antonio Vivaldi'' (testi ta' Eduardo Rescigno, Anelide Nascimbene u Luigi Di Fronzo), Milan, SKIRA, 22/02/2007
* Mario Rinaldi, ''Antonio Vivaldi'', Milan, Istituto d'Alta Cultura, 1943
* {{fr}} Peter Ryom, ''Répertoire des œuvres d'Antonio Vivaldi. Les compositions instrumentales'', Copenaghen, Engstrøm & Sødring, 1986. ISBN 87-87091-19-4
* Federigo Stefani (kura ta'), ''Sei lettere di Antonio Vivaldi Venezjano maestro compositore di musica della prima metà del secolo XVIII'', Venezja, Visentini, 1871 (aċċessibbli b'xejn ''on-line'' bħala [http://books.google.it/books?id=1W2dxGsiTKgC&pg=PA21#v=onepage&q&f=false ebook-gratis Google])
* {{en}} Reinhard Strohm, ''The operas of Antonio Vivaldi'', 2 vol., Firenze, Olschki, 2008. ISBN 978-88-222-5682-9
* Michael Talbot, ''Vivaldi'', Londra, Dent & Sons, 1978)
* Michael Talbot (kura ta'), ''Vivaldi. Fonti e letteratura critica'', Firenze, Olschki, 1991. ISBN 978-88-222-3846-7
=== Katalgi u dokumenti ===
* {{de}} Wilhelm Altmann, ''Thematischer Katalog der gedruckten Werke Antonio Vivaldis'', «Archiv für Musikwissenschaft», 1922, vol. IV, 262/279
* Piero Damilano, ''Inventario delle composizioni musicali manoscritte di Antonio Vivaldi esistenti presso la Biblioteca Nazionale di Torino'', «Rivista Italiana di Musicologia», 1968, vol. III, 109/179
* Antonio Fanna, ''Antonio Vivaldi: Catalogo numerico-tematico delle opere strumentali'', Milano, Ricordi, 1968 (seconda ed. riv. e ampl.: 1986. ISBN 88-7592-022-2)
* Fabio Fano, ''Una traccia prossima alla prima origine della raccolta di musiche vivaldiane conservata alla Biblioteca Nazionale di Torino'', «Medioevo e umanesimo», 1976, vol. XXVI, 83-93
* {{de}} Alois Fuchs, ''Thematisches Verzeichniss über die Compositionen von: I. Antonio Vivaldi, II. [[Arcangelo Corelli]], III. [[Giuseppe Tartini]]'', anno di compilazione: 1839
* {{de}} Karl Heller, ''Die deutsche Überlieferung der Instrumentalwerke Vivaldis'', Lipsia, Deutscher Verlag für Musik, 1971
* {{en}} Arlan Stone Martin, ''Vivaldi violin concertos: a handbook'', Metuchen (N.J.), Scarecrow Press, 1972
* Giacomo Manzoni, ''Guida all'ascolto della musica sinfonica'', Milano, Universale Economica Feltrinelli, 1998. ISBN 978-88-07-80539-4
* Noriko Ohmura, ''A reference work concordance table of Vivaldi's instrumental works'', Tokyo, Academica Music Limited, 1972
* Livia Pancino, ''Le caratteristiche grafiche della mano di Vivaldi secondo il metodo grafologico'', «Informazioni e Studi Vivaldiani. Bollettino dell'Istituto Italiano Antonio Vivaldi» (ISV), 1992, vol. XIII, 67-95
* {{fr}} Marc Pincherle, ''Inventaire - Thématique'', in ''id.'', ''Antonio Vivaldi et la musique instrumentale'', ''op. cit''., volume secondo
* Mario Rinaldi, ''Catalogo numerico tematico delle composizioni di Antonio Vivaldi'', Roma, Editrice Cultura moderna, 1945
* Franca Porticelli e Susan Orlando (a cura di), ''Vivaldimania. Una storia torinese. Catalogo della mostra (Torino, 23 aprile-8 giugno 2008)'', Milano, Silvana Editoriale, 2008. ISBN 978-88-366-1118-8
* {{fr}} Peter Ryom, ''Antonio Vivaldi: table de concordances des œuvres (RV)'' Copenaghen, Engstrøm & Sødring, 1973. ISBN 87-87091-00-3
* {{fr}} Peter Ryom, ''Inventaire de la documentation manuscrite des œuvres de Vivaldi, I. Biblioteca Nazionale di Torino, Première Partie: le fonds Foà'', «Vivaldi Informations», 1973, vol. II, 61-112
* Peter Ryom, ''RV 749'', «Informazioni e Studi Vivaldiani. Bollettino dell'Istituto Italiano Antonio Vivaldi» (ISV), 1993, vol. XIV, 5-49
* {{de}} Peter Ryom, ''Antonio Vivaldi Thematisch-systematisch Verzeichnis seiner Werke'', Wiesbaden, Breitkopf & Härtel, 2007. ISBN 978-3-7651-0372-8
* {{de}} Reinhard Strohm, ''Italienische Opernarien des frühen Settecento (1720-1730)'' (2 voll.), Colonia, Volk, 1976. Primo volume: ISBN 3-87252-095-4; secondo volume: ISBN 3-87252-098-9
== Ħoloq esterni ==
* [https://web.archive.org/web/20140506075736/http://www.haendel.it/compositori/vivaldi.htm Bijografija kompluta u xogħlijiet]
* [http://www.kantoreiarchiv.de/archiv/choir_orchestra/gloria/ Partitura tal-Gloria RV 589]
{{DEFAULTSORT:Vivaldi, Antonio Lucio}}
[[Kategorija:Kompożituri Barokki]]
[[Kategorija:Kompożituri Taljani]]
[[Kategorija:Kompożituri Venezjani]]
[[Kategorija:Vjolinisti klassiċi]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1678]]
[[Kategorija:Mietu fl-1741]]
[[Kategorija:Mużiċisti Barokki]]
d0og5gjxweojy67f0xcy84c2otjeh4e
Katidral ta' Roskilde
0
29646
323861
313500
2025-07-04T21:52:29Z
CommonsDelinker
257
[[c:COM:CDC|Bot]]: il-fajl RoskildeDomkirke-SanktAndreasKapelAltertavle.jpg ġie mħassar minn fuq [[Wikimedia Commons|Commons]] minn [[c:User:Infrogmation|Infrogmation]] minħabba: per [[:c:Commons:Deletion requests/File:RoskildeDomkirke-SanktAndreasKapelAl
323861
wikitext
text/x-wiki
[[Stampa:Christian IX Kapel 2013 Roskilde.jpg|daqsminuri|Il-Katidral ta' Roskilde.]]
Il-'''Katidral ta' Roskilde''' (bid-[[Lingwa Daniża|Daniż]]: ''Roskilde Domkirke''), fil-belt ta' [[Roskilde]] fuq il-gżira ta' Zealand (''Sjælland'') fil-Lvant tad-[[Danimarka]], huwa [[katidral]] tal-Knisja [[Luteraniżmu|Luterana]] tad-Danimarka.
Il-katidral huwa l-iżjed knisja importanti fid-Danimarka, il-knisja tal-oqbra rjali uffiċjali tal-monarki Daniżi, u [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]].<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/695/|titlu=Roskilde Cathedral|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-02-07}}</ref> Dan bis-saħħa tal-arkitettura tal-katidral li toħroġ fid-dieher 800 sena ta' stili arkitettoniċi [[Ewropa|Ewropej]], u peress li hija waħda mill-iżjed eżempji bikrin fl-Iskandinavja ta' katidral [[Gotiku]] mibni bil-brikks; il-binja ħeġġet it-tifrix tal-istil Gotiku bil-brikks fit-Tramuntana tal-Ewropa kollha. Mibni fis-sekli 12 u 13, il-katidral jinkorpora karatteristiċi Gotiċi u [[Rumanesk|Rumaneski]] fid-disinn tiegħu. Il-katidral ilu l-post tad-dfin prinċipali għall-monarki Daniżi mis-seklu 15. Matul is-sekli ġie estiż u mmodifikat b'mod estensiv biex jiġu akkomodati għadd konsiderevoli ta' [[Kappella|kappelli]] funebri u l-bosta kappelli ta' ġo fih inbnew b'diversi stili arkitettoniċi.
Il-katidral huwa attrazzjoni turistika ewlenija u kull sena jattira iżjed minn 165,000 viżitatur. Mill-1995 tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minħabba l-arkitettura unika tiegħu.<ref name=":0" /> Il-katidral għadu jintuża bħala knisja u matul is-sena jospita wkoll għadd ta' kunċerti.
== Storja ==
=== Knejjes preċedenti ===
[[File:View_of_Roskilde_Domkirke_from_Bishop's_house.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:View_of_Roskilde_Domkirke_from_Bishop's_house.jpg|xellug|daqsminuri|Veduta tal-katidral mill-Bispegården (Dar l-Isqof).]]
Roskilde saret il-[[belt kapitali]] l-ġdida tad-Danimarka bis-saħħa tar-Re Harald Bluetooth għall-ħabta tad-960. Preċedentement, ir-re kien irresjeda f'Jelling, fejn bena knisja u l-[[Ħaġar ta' Jelling]], iżda wara li wassal għall-unifikazzjoni tad-Daniżi u tan-[[Norveġja|Norveġiżi]], kienet meħtieġa mossa biex il-monarka seta' jibqa' qrib iċ-ċentru tal-poter fir-renju l-ġdid. Skont sorsi bil-miktub, meta ttrasferixxa ruħu lejn Roskilde, Bluetooth bena residenza rjali u maġenbha knisja żgħira tal-[[injam]], iddedikata lit-[[It-Trinità Mqaddsa|Trinità Mqaddsa]]. Ma tantx nafu wisq dwar il-Knisja tat-Trinità; wisq iktar nafu dwar l-arkitettura tagħha. Iżda minkejja l-[[Storja|istorja]] qasira tagħha huwa magħruf li seħħew żewġ avvenimenti hemmhekk. Fil-''Gesta Hammaburgensis ecclesiae pontificum'' ta' Adam ta' [[Bremen]], hemm rendikont ta' kif iben ir-re, [[Sweyn Forkbeard]], qajjem ribelljoni kontrih, u ġiegħel lil missieru jaħrab lejn Jomsborg. Meta Bluetooth miet fid-985/986, l-armata li kienet daret kontrih ġabet il-katavru tiegħu lura lejn Roskilde u difnitu fil-knisja li huwa kien bena.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. p. 10.</ref> Fil-[[Milied]] tal-1026, il-Konti Ulf inqatel minn wieħed li kien midħla sew ta' Cnut il-Kbir. Minkejja xi differenzi bejn id-diversi sorsi, dan seħħ fil-knisja (''Chronicon Roskildense'') jew fir-residenza rjali (''Gesta Danorum'' ta' [[Saxo Grammaticus]]). Ulf kien iżżewweġ lil oħt Cnut il-Kbir, Estrid, li nkorlat għall-qtil ta' żewġha u talbet li tingħata kumpens b'''weregild''.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. p. 13.</ref>
Hemm xi dubji dwar meta Roskilde saret is-sede tal-Isqof ta' Roskilde. Meta Sweyn Forkbeard ħakem l-[[Renju Unit|Ingilterra]] fl-1013, huwa beda jibgħat isqfijiet Ingliżi lejn id-Danimarka, proċess li tkompla mis-suċċessur tiegħu Cnut il-Kbir. Dan ikkawża ftit kunflitt mal-Arċisqof ta' [[Amburgu]], li kien iqis li l-Iskandinavja kienet parti mill-Arċidjoċesi ta' Bremen. L-iżjed isqof bikri magħruf ta' Roskilde kien Gerbrand, li kien fil-kleru ma' Cnut il-Kbir, u li ġie interċettat mill-irġiel tal-Arċisqof ta' Amburgu-Bremen meta baħħar lejn id-Danimarka fl-1022. Tħalla jkompli l-vjaġġ tiegħu wara li ħalef li jkun leali għall-arċisqof. L-arċisqof x'aktarx li kellu kull raġun li jissuspetta fih, peress li d-dokumenti ta' dak iż-żmien jissuġġerixxu li Cnut il-Kbir jaf kien ippjana li joħloq arċidjoċesi f'Roskilde, b'Gerbrand bħala l-arċisqof.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. p. 12.</ref>
[[File:Roskilde_kathedraal_12.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Roskilde_kathedraal_12.jpg|xellug|daqsminuri|Il-Kappella ta' Kristjanu IX (lemin) u l-Kappella ta' Federiku IX (xellug).]]
Bil-finanzjament mogħti lil Estrid Svendsdatter bħala kumpens, il-Knisa l-antika tat-Trinità twaqqgħet u minflokha nbdiet il-kostruzzjoni ta' katidral sempliċi tal-ġebel għall-ħabta tal-1026. Dan jaf ifforma l-bażi tal-katidral li nbena wara, iżda diffiċli li wieħed isostni dan b'ċertezza, peress li sussegwentement inbnew żewġ katidrali fl-istess sit. Madankollu, minn skavi [[Arkeoloġija|arkeoloġiċi]] li saru fl-1968 ħareġ li l-bażijiet taż-żewġ binjiet kellhom l-istess għoli, xi ħaġa li ma kinitx tagħmel sens li kieku żewġ binjiet separati kienu nbnew fi żmien 50 sena.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. p. 15.</ref>
Madankollu, nafu fiċ-ċert li nbena katidral tal-ġebel f'dan is-sit. Il-kostruzzjoni kienet inbdiet mill-Isqof Wilhelm bejn l-1060 u l-1073, u tlestiet mis-suċċessur tiegħu [[Svend Nordmand]] għall-ħabta tal-1080. Il-katidral il-ġdid inbena bil-ġebla tat-travertin, ġebla li hemm abbundanza tagħha fl-inħawi ta' Roskilde. Il-katidral inbena bħala bażilika bi stil Rumanesk, bi ħnejjiet fuq ġewwa nofshom għat-tond biex jirfdu s-saqaf ċatt fuq ġewwa, u b'żewġ torrijiet fuq kull naħa tad-daħla tal-faċċata tal-Punent. Lejn it-Tramuntana, inbena monasteru tal-ġebel bi tliet naħat għall-patrijiet u għal oħrajn li kienu assoċjati mal-katidral. Is-suċċessur ta' Svend Nordmand, Arnold, żied ħajt madwar il-binja, li serva bħala garanzija ta' sikurezza għal kull min kien ifittex il-kenn hemmhekk. Madankollu, Arnold kien ikkunsidrat ukoll bħala l-isqof li tilef l-Arċidjoċesi tal-Iskandinavja favur il-Katidral ta' Lund, minħabba n-nuqqas ta' qilla u ta' motivazzjoni tiegħu.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. pp. 16-18.</ref>
Meta tlesta l-katidral il-ġdid, kien hemm ix-xewqa li tinkiseb relikwa għalih. Żewġ kanoniċi (membri tal-kleru tal-katidral) intbagħtu minn [[Ruma]] biex isibu relikwa xierqa. Skont leġġenda jingħad li huma u jistrieħu wara l-wasla tagħhom, San Lucius, li kien [[Papa]] mill-253 sal-255, deherilhom u qalilhom li kien intgħażel biex ikun il-qaddis patrun ta' Roskilde sal-aħħar taż-żminijiet. L-għada, iż-żewġ kanoniċi ttieħdu lejn Santa Cecilia in Trastevere biex jagħżlu fost il-bosta relikwi li kien hemm. Huma raw kranju jleqq li kien dak ta' San Lucius. Meta rritornaw, huma u jbaħħru, il-bastiment tagħhom spiċċa attakkat minn dimonju b'saħħtu li kien jgħix moħbi fl-ilmijiet Daniżi. L-ekwipaġġ għażel bix-xorti min kien se jiġi ssagrifikat, u b'hekk intgħażel il-kanonku li kien qed iġorr il-kranju ta' San Lucius. Huwa offra talba lill-qaddis, ħasel il-kranju tliet darbiet, tefa l-ilma fl-oċean, u qabeż fil-baħar. Kulħadd baqa' mistagħġeb li l-kanonku rnexxielu jimxi fuq l-ilma. Id-dimonju għeb qalb it-twerżiq fil-fond tal-oċean u qatt ma deher iktar.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. pp. 19-21.</ref>
Is-sena eżatta meta r-relikwa waslet f'Roskilde mhix magħrufa; id-data biss hija magħrufa, il-25 ta' Awwissu, peress li f'dakinhar dejjem kienet tiġi ċċelebrata l-wasla tar-relikwa. L-ewwel tismija bil-miktub tar-relikwa tmur lura għal żmien Ælnoth, patri f'Odense, li ddeskriviha f'xogħol dwar il-ħajja ta' Canute l-Qaddis fl-1122. Oġġett ieħor ta' dak iż-żmien, siġill imnaqqax minn nejba ta' walrus, li turi lil San Lucius bejn iż-żewġ torrijiet tal-katidral, imur lura għall-bidu tas-seklu 12. Dan x'aktarx li kien inxtara sabiex jgħin biex tintrebaħ l-arċidjoċesi ta' Roskilde, li ngħatat lil Lund fl-1103/1104.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. p. 21.</ref>
=== Katidral attwali ===
[[File:Altar,_Roskilde_Cathedral_2017-08-18.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Altar,_Roskilde_Cathedral_2017-08-18.jpg|daqsminuri|250x250px|L-artal.]]
Ġie aċċettat li ftit wara li sar l-Isqof ta' Roskilde fl-1157, Absalon beda jkabbar il-katidral tat-travertin.<ref>Horskjær, Erik (1970). ''De Danske kirker. Bind 3. Nordsjælland''. Gads Forlag. p. 30.</ref> Fl-1160, is-[[sengħa]] tal-produzzjoni tal-brikks waslet fid-Danimarka mill-[[Italja]] permezz tal-patrijiet, u b'hekk beda jintuża dan il-materjal ġdid. Ir-riċerkaturi ddeċidew li jibnu katidral madwar dak eżistenti, biex b'hekk is-servizzi setgħu jibqgħu jsiru matul il-kostruzzjoni. Ilu jingħad li l-Isqof Absalon kien beda l-kostruzzjoni, u meta Absalon ġie mġiegħel iċedi l-kariga tiegħu bħala Isqof ta' Roskilde fl-1191, kienu tlestew biss iż-żewġ sulari tal-apsida, it-torrijiet tal-kor u parti mit-transett.<ref>Horskjær, Erik (1970). ''De Danske kirker. Bind 3. Nordsjælland''. Gads Forlag. pp. 30-31.</ref> Is-suċċessur ta' Absalon, [[Peder Sunesen]], li kellu għall-qalbu l-istil Gotiku Franċiż ġdid, iktar 'il quddiem wettaq bidliet sinifikanti fil-pjanta tal-katidral, u neħħa t-torrijiet tal-kor u ċekken il-wisa' tat-transett.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. p. 28.</ref> Iżda riċerka ġdida tindika li Peder Sunesen kien dak li beda l-kostruzzjoni iktar milli dak li beda r-rikostruzzjoni. Il-katidral inbena fil-perjodu ta' tranżizzjoni bejn ir-Rumanesk u l-Gotiku, u fih jidhru elementi miż-żewġ stili.
Il-kor tlesta u ġie inawgurat fl-1225, u b'hekk is-servizzi setgħu jiġu ċċelebrati hemmhekk, filwaqt li l-katidral l-antik tat-travertin twaqqa'. Ix-xogħol fuq in-navata kompla għaddej għal 55 sena oħra, fid-dawl tal-fondi limitati, nuqqas ta' fran għall-produzzjoni tal-brikks, u x-xtiewi qalila.<ref>Højlund, Ole (2010). ''Under stilladser og presenninger: Roskilde Domkirke 2005-2010''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-16-2</bdi>. p. 50.</ref> Bl-eċċezzjoni taż-żewġ torrijiet fil-faċċata tal-Punent, il-katidral tlesta sal-1280, u x-xogħol fuq ġewwa baqa' għaddej, għalkemm ġie mdewwem kemxejn minħabba nirien fl-1282 li qerdu wkoll diversi djar tal-kanoniċi fl-inħawi. Bosta kappelli ġew miżjuda mal-katidral, u fl-1405 tlesta x-xogħol fuq iż-żewġ torrijiet.
[[File:MargretheI-Sarkofag.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:MargretheI-Sarkofag.jpg|xellug|daqsminuri|250x250px|Is-sarkofagu tar-Reġina Skandinava Margrethe I.]]
Meta mietet Margrethe I fl-1412, indifnet fil-kappella tal-familja tagħha f'Sorø Klosterkirke. Iżda s-sena ta' wara, l-Isqof Peder Jensen Lodehat, li kien il-kanċillier u l-konsulent reliġjuż tar-reġina, ordna li l-katavru tagħha jindifen fil-Katidral ta' Roskilde. Il-patrijiet f'Sorø rrabjaw ferm, l-iktar minħabba li t-telfa tal-fdalijiet terrestri tar-reġina kienet se tfisser telf sinifikanti ta' introjtu mill-offerti — dak iż-żmien il-patrijiet u l-membri tal-kleru kienu jitħallsu biex jiċċelebraw quddiesa għal persuna mejta, u għal reġina dawn il-quddisiet kienu jiġu mitluba fuq bażi regolari u b'mod perpetwu; b'hekk kienu jqallgħu ħafna flus — kif ukoll telf ta' prestiġju. Minkejja li spiss il-ħtija tingħata lill-isqof, jista' jkun ukoll li dan it-trasferiment ġie orkestrat mill-iben adottiv tar-reġina, Eric ta' Pomerania. Din it-teorija hija rinfurzata permezz tal-kitba mnaqqxa fuq is-sarkofagu, li tiddeskrivi din l-għażla li saret mir-re l-ġdid, Eric VII, fl-1423.
Fil-''Chronica novella'' tiegħu, il-kronista [[Ġermanja|Ġermaniż]] [[Hermann Korner]] jiddeskrivi ċ-ċerimonja funebri enormi li damet tlett ijiem u li kienet tinvolvi lir-Re Eric VII, diversi nobbli, l-Arċisqof ta' Lund, u l-isqfijiet Daniżi kollha. Hemm ġrajja dwar kif il-purċissjoni tat doni sostanzjali lil kull wieħed mill-50 artal fil-katidral. Fl-ewwel jum, il-koppja rjali kienet tagħti ornament tad-deheb, antipendlu tad-deheb u kalċi tal-fidda lil kull artal; kull wieħed min-nobbli kien jagħti fjorin għal kull artal; u l-kavallieri, l-assistenti tagħhom, u kull min kien jixtieq jagħti xi doni kien jagħti muniti tal-fidda minn [[Lübeck]]. Fit-tieni u fit-tielet jum, il-koppja rjali kienet talloka żewġ nobbli għal kull artal, in-nobbli kienu jagħtu fjorin għal kull artal, u l-kumplament tal-purċissjoni kienet tagħti muniti tal-fidda. Dawn il-muniti tal-fidda mbagħad kienu jitpoġġew fi skutella u kienu jinqasmu fost il-foqra f'Roskilde.
Fl-14 ta' Mejju 1443, Roskilde nħakmet min-nirien li qerdu l-biċċa l-kbira tal-belt u d-djar kollha tal-kleru għajr tlett idjar biss. In-nirien tant kienu qawwijin li l-[[ħġieġ]] tat-twieqi xxaqqaq, u ċ-ċomb tas-saqaf dab. Il-katidral ġarrab ħsarat estensivi u kien biss fl-1463 li l-Isqof Oluf Mortensen seta' jerġa' jiddedikah. Sabiex jgħinu bir-rikostruzzjoni tal-katidral, kull wieħed mill-isqfijiet tad-Danimarka ffirma ittra biex jingħataw 40 jum ta' indulġenzi li kull min kien jagħmel tajjeb għall-kostijiet.<ref>Fang, Arthur (1960). ''Roskilde Domkirke gennem 1000 aar''. Flensborgs boghandel. p. 82.</ref> Ir-rikostruzzjoni setgħet ingħatat palata wkoll mid-deċiżjoni ta' Kristjanu I li tinbena kappella fil-katidral. Il-Kappella tal-Maġi nbniet matul is-snin 60 tas-seklu 15, u flimkien mas-sarkofagu ta' Margrethe I u l-fdalijiet mill-knejjes preċedenti, tħaddan fiha l-iżjed difniet irjali bikrin.
Ir-Riformazzjoni waslet fl-1536, u mmarkat żvolta negattiva ħafna għall-Katidral ta' Roskilde. Mhux talli l-Isqof ta' Roskilde, Joachim Rønnow, inżamm bħala priġunier fil-Kastell ta' [[Kopenħagen|Copenhagen]], talli d-djoċesi ġiet ittrasferita lejn Copenhagen u Peder Palladius sar is-Sovraintendent il-ġdid ta' Zealand u iktar 'il quddiem isqof. Hans Tausen, li kien ħadem qatigħ biex iħeġġeġ l-adozzjoni mifruxa tar-Riformazzjoni, intbagħat lejn Roskilde fl-1538 sabiex jagħti daqqa t'id biex jikkonverti lill-membri tal-kleru li kienu kontra dawn l-ideat ġodda. F'laqgħa tar-Riformazzjoni li saret fl-1540, ġie deċiż li l-proprjetà kollha tal-isqof kienet se tingħadda lir-re, kemm simbolikament kif ukoll fir-realtà bħala l-Kap tal-Knisja tad-Danimarka. Il-katidral kien diġà ġie mġiegħel iċedi parti mill-proprjetà tiegħu matul it-Taqbida tal-Konti, iżda wara li ttieħdet din id-deċiżjoni u fid-dawl ta' gwerra imminenti kontra l-[[Żvezja|Iżvediżi]], il-konfiska tal-proprjetà tal-knisja żdiedet. Fost il-pussessi l-iktar preġjati tal-katidral kien hemm [[statwa]] tal-injam ta' San Lucius, miksija bid-deheb u l-ħaġar prezzjuż. Il-kleru ssielet ferm biex jipprova jibqa' jżomm il-proprjetà tal-katidral, u saħansitra darba minnhom talba għal rendikont ta' wħud mill-oġġetti li ġew ikkonfiskati. Madankollu, ir-re wieġeb li r-re ma għandux għalfejn jagħti rendikont għal xi ħaġa li diġà hija proprjetà tiegħu.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. p. 110.</ref>
[[File:Roskilde_Cathedral_Interior_2017-08-18_5.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Roskilde_Cathedral_Interior_2017-08-18_5.jpg|lemin|daqsminuri|380x380px|In-navata tal-katidral.]]
Wara r-Riformazzjoni, il-katidral infetaħ għall-kongregazzjoni ordinarja, u b'hekk kien hemm bżonn li tinxtara għamara ġdida, speċjalment bankijiet tal-knisja. Bħalma ġara f'eks katidrali [[Knisja Kattolika|Kattoliċi]] oħra, il-kor, li kien ġie sseparat min-navata permezz ta' ħajt kbir, tħalla intatt bl-artal iserraħ mal-ħajt.
Filwaqt li l-katidral għadda minn diffikultà finanzjarja, minħabba li tilef il-proprjetà kollha tiegħu (li dak iż-żmien kienet tinkludi kwart tal-azjendi agrikoli f'Zealand u 30 proprjetà immobbli kbar), irċieva varjetà ta' doni minn Kristjanu IV: l-artal maġġuri (bejn l-1555 u l-1623), senduq irjali għall-ħabta tal-1600, il-pulptu fl-1610, il-kappella funebri tiegħu stess fl-1614, il-kostruzzjoni taż-żewġ spiri ikoniċi fl-1633 u finalment portal tad-daħla [[Rinaxximent|Rinaxximentali]] grandjuż tal-ġebel tar-ramel fl-1635.<ref>Fang, Arthur (1960). ''Roskilde Domkirke gennem 1000 aar''. Flensborgs boghandel. p. 124.</ref>
Fis-26 ta' Frar 1658, it-Trattat ta' Roskilde ġie ffirmat fil-katidral. Fis-serqa li wettqu l-Iżvediżi fi ħdan il-katidral, huma ħadu l-libsa tad-deheb ta' Margrethe I, li kienet imdendla qrib is-sarkofagu tagħha. Il-libsa ttieħdet mir-reġina konsorti Żvediża Hedwig Eleonora u issa tinsab fil-Katidral ta' [[Uppsala]]. Fl-1690, Kristjanu V ordna t-tneħħija tal-kor Kattoliku antik, sabiex seta' joħloq kripta taħtu għat-tfal li kellu barra ż-żwieġ mill-maħbuba tiegħu Sophie Amalie. B'hekk l-artal seta' jitressaq fejn jinsab attwalment.
Fl-1774, beda x-xogħol fuq it-tielet kappella funebri rjali, il-Kappella ta' Federiku V, bit-tneħħija tal-Kappella tal-[[Santa Marija|Madonna]] li kien hemm qabel. Il-flus malajr spiċċaw, u x-xogħol tlesta biss fl-1825. Sadanittant, fl-1806, il-katidral bigħ l-inventarju tiegħu miż-żminijiet Kattoliċi f'irkant rinomat. Fost l-oġġetti li nbigħu kien hemm kurċifiss grandjuż li ntrebaħ minn ħaddiem tas-sengħa lokali li kien jaħdem ir-ram. Hu u jisserra l-kurċifiss għall-ħatab, ras [[Ġesù]] nqasmet u minn ġo fiha waqa' salib patriarkali żgħir tad-deheb. Wara ħarsa iktar mill-qrib, ġie żvelat li s-salib ma kienx mastizz u li ġo fih kien hemm moħbija skalda mis-salib ta' Kristu. L-għajdut dwar din is-sejba malajr wasal għand il-Kollezzjoni Rjali tal-[[Arti]], li iktar 'il quddiem saret il-[[Mużew]] Nazzjonali tad-Danimarka, li xtratu minnufih.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. pp. 38-39.</ref>
Fl-1871, il-portal tad-daħla ġie sostitwit b'wieħed li jaqbel mal-istil kumplessiv tal-katidral, filwaqt li l-portal l-antik ingħata b'donazzjoni lill-Knisja ta' Holmen. Madankollu, meta wasal il-portal il-ġdid, il-purtinar tal-knisja baqa' mwaħħax meta nduna li kien kopja batuta tal-portal l-antik. Minkejja dan, ma kellu l-ebda triq oħra għajr li jibnih.
Ix-xogħol fuq ir-raba' kappella funebri rjali nbeda fl-1915, u qabel it-tlestija tagħha fl-1924, Roskilde reġgħet saret djoċesi. Fis-27 ta' Awwissu 1968, meta kien kważi tlesta x-xogħol ta' restawr fuq l-ispira ta' Margrethe, l-ispira ħadet in-nar, u heddet li tiġġarraf għalkollox fil-kor. Matul ix-xogħlijiet tat-tifi tan-nar, membri tad-difiża ċivili u membri tal-persunal tal-knisja għattew is-sedji tal-kanoniċi, l-artal u s-sarkofagi fil-kor ta' wara b'kutri niedja kontra n-nirien, bit-tama li ma ssirx ħsara lill-oġġetti ta' valur bla qies. Il-Ministru għad-Difiża tad-Danimarka ordna projbizzjoni totali fuq l-operazzjonijiet tal-ġettijiet fiż-żona, sakemm isiru investigazzjonijiet li setgħu jikkonfermaw jekk il-volti kinux f'periklu li jikkollassaw.<ref>{{Ċita web|url=http://www.e-pages.dk/politiken/8038/|titlu=E-Pages|sit=www.e-pages.dk|data-aċċess=2023-02-07}}</ref> Iktar 'il quddiem ġie skopert li minkejja li kien hemm projbizzjoni totali fuq kwalunkwe sors ta' sħana fiż-żona fejn kien qed isir ir-restawr, l-[[Artiġjan|artiġjani]] kienu qed ipejpu u jużaw tagħmir tat-tqabbid tan-nar fuq ġewwa.<ref>{{Ċita web|url=http://www.e-pages.dk/politiken/8037/|titlu=E-Pages. p. 2.|sit=www.e-pages.dk|data-aċċess=2023-02-07}}</ref> L-aħħar binja li żdiedet mal-katidral saret fl-1985, meta ġie inawgurat is-Sit Funebri l-Ġdid, magħruf ukoll bħala l-Post tad-Dfin ta' Federiku IX.
Fl-2018, il-post tad-dfin futur u l-[[monument]] għar-reġina attwali tad-Danimarka [[Margrethe II]] tlestew fil-Kappella ta' Santa Briġitta. Id-disinn tħejja mill-iskultur Daniż [[Bjørn Nørgaard]]. Hemm mudell għall-wiri fil-katidral flimkien ma' wirja dwar it-tradizzjoni tad-difniet irjali.<ref>{{Ċita web|url=https://roskildedomkirke.dk/besoeg/kongegrave/dronningens-gravmaele|titlu=Margrethe 2.s gravmæle|sit=roskildedomkirke.dk|data-aċċess=2023-02-07|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20230207084654/https://roskildedomkirke.dk/besoeg/kongegrave/dronningens-gravmaele|arkivju-data=2023-02-07|url-status=dead}}</ref>
== Deskrizzjoni ==
=== Kappelli ===
==== Kappella tal-Maġi (Kappella ta' Kristjanu I) ====
[[File:Royal_coats_of_arms_of_King_Christian_I_and_Queen_Dorothea_of_Denmark.tif|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Royal_coats_of_arms_of_King_Christian_I_and_Queen_Dorothea_of_Denmark.tif|alt=Christian I and Dorothea's coats of arms|xellug|daqsminuri|300x300px|Affreski tal-istemmi rjali ta' Kristjanu I u ta' Dorothea ta' Brandenburg fil-Kappella tal-Maġi.]]
Meta r-Re Kristofru III miet mingħajr ma kellu tfal fl-1448, l-armla tiegħu Dorothea ta' Brandenburg reġgħet iżżewġet lir-re l-ġdid, Kristjanu I. Wara ftit snin, huwa sar ir-Re tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Iżvezja, u Dorothea welldet lir-Re futur Ġwanni, u b'hekk ġiet stabbilita d-Dinastija ta' Oldenburg. F'dan l-isfond ta' avvenimenti, Kristjanu I iddeċieda li jibni kappella grandjuża fil-katidral.<ref>Arhnung, J. O. (1965). ''De hellige tre Kongers Kapel ved Roskilde Domkirke: 1459-1536''. G. E. C. Gad. p. 13.</ref> L-istrument tal-istabbiliment ġie ffirmat fit-28 ta' April 1459, li mhux biss ordna l-kostruzzjoni tal-kappella iżda ta wkoll irqajja' kbar ta' art lill-knisja.<ref>Arhnung, J. O. (1965). ''De hellige tre Kongers Kapel ved Roskilde Domkirke: 1459-1536''. G. E. C. Gad. p. 17.</ref> Fir-rebbiegħa tal-1462, ir-re appella lill-[[Papa Piju II]] għall-indulġenza talli bena l-kappella, u finalment din ingħatat wara li żar lill-[[Papa Sestu IV]] f'Ruma fl-1474.<ref>Arhnung, J. O. (1965). ''De hellige tre Kongers Kapel ved Roskilde Domkirke: 1459-1536''. G. E. C. Gad. p. 42.</ref>
Mibnija bi stil Gotiku bħall-kumplament tal-katidral, il-kappella tikkonsisti minn żewġ sulari; is-sular t'isfel maħsub bħala kappella funebri għal Kristjanu I u s-sular ta' fuq maħsub bħala Sala Kbira għall-membri tal-Fratellanza l-ġdida ta' Omm [[Alla l-Missier|Alla]], il-prekursur tal-Ordni attwali tal-[[Iljunfant]]. Iż-żewġ sulari jserrħu fuq pilastru ċentrali tal-granit, l-hekk imsejjaħ Pilastru tar-Re, fejn diversi rejiet kejlu t-tul tagħhom matul is-snin.<ref>Horskjær, Erik (1970). ''De Danske kirker. Bind 3. Nordsjælland''. Gads Forlag. p. 34.</ref> Fost dawn ir-rejiet kien hemm Pietru l-Kbir, li t-tul tiegħu tkejjel fl-1716, li kien l-itwal, filwaqt li Chulalongkorn tas-Siam, li t-tul tiegħu tkejjel fl-1907, kien l-iqsar. Huwa maħsub li l-marka tat-tul ta' Kristjanu I kienet żball tekniku, peress li r-re x'aktarx tassew kien twil, iżda mhux il-ġgant li jissuġġerixxi l-markatur.
Id-difniet ta' Kristjanu I u tar-Reġina Dorothea ġew immarkati b'par ġebliet sempliċi, peress li l-kappella stess kellha titqies bħala l-monument sepulkrali tagħhom, filwaqt li l-monumenti sepulkrali ta' Kristjanu III u ta' Federiku II jiddominaw is-sular t'isfel. Il-monument tal-alabastru Rouge Belge u Noir Belge ta' Kristjanu III inħoloq fl-1574-1575 mill-iskultur [[Cornelis Floris]] minn [[Antwerp (provinċja)|Anversa]]. Meta l-iskultur miet f'Ottubru 1575, il-monument kien kważi tlesta għalkollox; kien fadallu biss l-armi u l-kitbiet imnaqqxa, li mbagħad kellhom jiżdiedu minn [[Jan Baptist Guidetty]]. Fil-fatt, qatt ma ġew miżjuda, u meta l-[[Spanja|Ispanjoli]] serqu minn Anversa f'Novembru 1576, il-monument inżamm sal-ħlas ta' rahan mill-armla ta' Cornelis Floris. Imbagħad, l-armla bagħtet tinforma lill-qorti Daniża, sabiex il-monument jittieħed u tingħata l-ħlas tagħha, xi ħaġa li saret biss fl-1578. Meta l-monument wasal f'Elsinore, żewġ [[Bennej|bennejja]] lokali lestew ix-xogħol fuqu, u finalment fis-sajf tal-1580 tpoġġa fil-kappella.
[[File:Roskilde_Dom10.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Roskilde_Dom10.jpg|daqsminuri|267x267px|Monument sepolkrali ta' Federiku II magħmul minn Gert van Egen fil-Kappella tal-Maġi.]]
Il-monument ta' Federiku II, maħdum bl-istess materjali, inbena fl-1594-1598 mill-iskultur Fjamming [[Gert van Egen]], li kien student ta' Cornelis Floris u kien resident ta' Elsinore. Madankollu, iż-żewġ monumenti huma vojta, peress li l-oqbra ndifnu taħt l-art tal-kappella.<ref>Horskjær, Erik (1970). ''De Danske kirker. Bind 3. Nordsjælland''. Gads Forlag. pp. 47-48.</ref> Ir-Re Ġwanni suppost kellu jindifen ukoll fil-kappella, iżda lejn l-aħħar ta' ħajtu, hu u martu tant kienu għal qalbhom jgħixu fil-Kastell ta' Næsbyhoved qrib Odense, li r-re esprima l-preferenza tiegħu li jindifen fil-katidral Franġiskan tar-raħal. Madankollu, l-isqof u l-kanoniċi f'Roskilde sostnew li r-Re kien iddetermina li kellu jindifen f'Roskilde. L-armla tar-re, Kristina tas-Sassonja, bagħtet ittra lil [[Papa Ljun X]] biex titolbu l-assistenza, u fit-tweġiba tiegħu, il-Papa stqarr li wieħed għandu dejjem jirrispetta l-aħħar xewqa tad-deċedut, u b'hekk ir-re ndifen f'Odense.<ref>Arhnung, J. O. (1965). ''De hellige tre Kongers Kapel ved Roskilde Domkirke: 1459-1536''. G. E. C. Gad. pp. 228-229.</ref>
Il-volti u l-ħitan tal-kappella huma mżejna b'affreski rikki li jmorru lura għas-snin 60 tas-seklu 15, meta l-kappella nħolqot minn Kristjanu I u minn martu. Wara li ġew imbajda għalkollox, l-affreski ġew skoperti mill-ġdid fl-1826. Dirgħajn ir-re u r-reġina jżejnu l-ħajt tal-Lvant tal-kappella.<ref>{{Ċita web|url=http://www.astoft2.co.uk/sjaelland/roskildedomuk.htm|titlu=Roskilde cathedral|sit=www.astoft2.co.uk|data-aċċess=2023-02-07|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20230207105709/http://www.astoft2.co.uk/sjaelland/roskildedomuk.htm|arkivju-data=2023-02-07|url-status=dead}}</ref>
Attwalment is-sular ta' fuq jintuża bħala mużew, fejn jintwerew diversi artefatti bħall-ħġieġ ikkulurit antik tat-twieqi u tiġi spjegata l-istorja kollha tal-katidral.
==== Kappella ta' Kristjanu IV ====
[[File:RD_chr4s_kapel.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:RD_chr4s_kapel.jpg|lemin|daqsminuri|275x275px|Il-faċċata tal-Kappella ta' Kristjanu IV.]]
Il-kostruzzjoni tal-kappella ġiet ordnata minn Kristjanu IV innifsu fl-1613, wara l-[[mewt]] tar-Reġina Anna Katerina s-sena ta' qabel, u wara li rrealizza li l-ispazju fuq ġewwa tal-katidral kien qed jonqos ġmielu. Il-kappella nbniet bi Stil Rinaxximentali [[Pajjiżi l-Baxxi|Olandiż]] u x-xogħol fuq il-faċċata tal-kappella nbeda fl-1614 minn [[Lorenz van Steenwinckel]] u tlesta fl-1641 minn ħuh, [[Hans van Steenwinckel iż-Żgħir]].<ref>Horskjær, Erik (1970). ''De Danske kirker. Bind 3. Nordsjælland''. Gads Forlag. p. 36.</ref> Il-faċċata nbniet bil-brikks ħomor b'saqaf forfċi mtarraġ u tħares lejn it-Tramuntana. Fuq kull waħda mit-tarġiet tas-saqaf forfċi, tpoġġiet figura tal-ġebel tar-ramel, li tirrappreżenta kull waħda mill-virtujiet [[Kristjaneżmu|Kristjani]]. Maġenb it-twieqi tas-saqaf forfċi, hemm erba' pitti, u kull wieħed għandu simbolu tal-mewt: kranju, minġell, torċa tħares 'l isfel u klessidra. Fiċ-ċentru tas-saqaf forfċi, hemm is-siġill tar-re.<ref>Højlund, Ole (2010). ''Under stilladser og presenninger: Roskilde Domkirke 2005-2010''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-16-2</bdi>. p. 90.</ref>
Il-lavur tal-[[ħadid]] ferrobattut li jissepara l-kappella min-navata nħadem minn [[Caspar Fincke]] fl-1619, u fih kitba tal-ħallieq tiegħu:
:: Caspar Fincke bin ich benant
:: Dieser arbeit bin ich bekant
(''Traduzzjoni mhux uffiċjali: Jisimni Caspar Fincke I u jien magħruf għal dan ix-xogħol'').
[[File:Roskilde_Dom05.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Roskilde_Dom05.jpg|lemin|daqsminuri|200x200px|Il-Kappella ta' Kristjanu IV minn ġewwa.]]
Mal-mewt ta' Kristjanu IV fl-1648, il-kappella minn ġewwa kienet għadha ma tlestietx, u l-qabar tar-re minflok tqiegħed fil-kripta ta' taħt. Ir-re kien ikkummissjona l-monument għalih innifsu, fejn hu u r-reġina tiegħu jidhru għarkopptejhom quddiem kurċifiss, iżda peress li kien tlesta qabel mewtu, il-monument kien inħażen temporanjament fl-arsenal tar-re. Meta l-arsenal ħa n-nar fl-1647, kulma kien fadal mill-monument kien il-kurċifiss grandjuż tal-ġebel tar-ramel u ras skolpita mill-alabastru. Sussegwentement il-kurċifiss tpoġġa fil-Knisja ta' Holmen, filwaqt li r-ras ingħatat lill-Mużew Nazzjonali tad-Danimarka.<ref>Fang, Arthur (1960). ''Roskilde Domkirke gennem 1000 aar''. Flensborgs boghandel. p. 128.</ref> Is-suċċessuri tar-re ma rnexxilhomx jipprovdu post tad-dfin xieraq għar-re, u x-xogħol inbeda finalment fl-1840 taħt Kristjanu VIII. Huwa kien ittama li jara l-proġett jitlesta sal-1848, il-200 anniversarju tal-mewt ta' Kristjanu IV, iżda x-xogħol tlesta fl-1870.<ref>Cederstrøm, Elisabeth (1988). ''Kong Christian stod ved højen Mast in Danmarks Christian: Chr. IV i eftertiden''. Aarhus Kunstmuseums forlag. ISBN <bdi>978-87-88575-36-1</bdi>. p. 23.</ref>
[[File:Roskilde_kathedraal.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Roskilde_kathedraal.jpg|xellug|daqsminuri|308x308px|Monument sepulkrali ta' Kristjanu III magħmul minn Cornelis Floris.]]
Ix-xogħol fuq ġewwa nbeda fl-1840 meta Kristjanu VIII ordna statwa ta' Kristjanu IV mill-iskultur rinomat [[Bertel Thorvaldsen]]. Din kellha tkun parti mill-monument ippjanat għal Kristjanu IV, li kellu jiġi ddisinjat mill-[[arkitett]] G.F. Hetcsh, iżda kien għadu jrid jiġi deċiż min kien se jieħu ħsieb il-ħolqien tat-tiżjin. Fl-1845 kummissjoni inkarigat lil [[Heinrich Eddelien]], iżda x-xogħol mexa bil-mod, x'aktarx minħabba li Kristjanu VIII kien għassa ta' dan il-proġett u kkritika x-xogħlijiet proposti. Meta Kristjanu VIII miet fl-1848, il-proġett tilef l-ikbar forza motivazzjonali tiegħu, u r-re l-ġdid, Federiku VII, ma kienx wisq interessat li l-proġett jitlesta. Meta Eddelien miet fl-1852, kien tlesta biss ix-xogħol fuq is-saqaf bil-volta miksija bil-kwiekeb u l-motivi allegoriċi, u l-kumplament tax-xogħol waqaf ħesrem.<ref>Cederstrøm, Elisabeth (1988). ''Kong Christian stod ved højen Mast in Danmarks Christian: Chr. IV i eftertiden''. Aarhus Kunstmuseums forlag. ISBN <bdi>978-87-88575-36-1</bdi>. p. 24.</ref>
Fl-1856, [[Georg Hilker]] żied freġju taħt il-volta tas-saqaf, li kellu jservi biex jissepara t-tiżjin tas-saqaf u tal-ħitan. Meta Wilhelm Marstrand u Heinrich Hansen inħatru finalment fl-1860, il-Ministru għall-Finanzi C.E. Fenger kien responsabbli. Il-kummissjoni oriġinali rrabjat ferm li l-Ministru kien opera wara daharhom, iżda ż-żminijiet kienu nbidlu minn meta l-kummissjoni kienet issawret, u bil-Partit Liberali Nazzjonali kien fil-poter, kien hemm iktar attenzjoni lejn l-attitudni nazzjonali. Il-Ministru Liberali Nazzjonali ħass li t-tlestija tal-Kappella ta' Kristjanu IV, li huwa kien iqis bħala monument nazzjonali, kienet se ssaħħaħ is-sentiment nazzjonali fil-kunflitt li kien qed jiżviluppa mal-[[Prussja]].<ref name=":1">Cederstrøm, Elisabeth (1988). ''Kong Christian stod ved højen Mast in Danmarks Christian: Chr. IV i eftertiden''. Aarhus Kunstmuseums forlag. ISBN <bdi>978-87-88575-36-1</bdi>. p. 28.</ref>
Marstrand u Hansen ressqu l-proposti tat-tiżjin tagħhom fl-1861, wara li ddeċidew li Marstrand kellu jieħu ħsieb il-[[Pittura|pitturi]], filwaqt li Hansen kellu jieħu ħsieb il-gwarniċi. Dik is-sena t-tnejn ivvjaġġaw lejn Franza biex jistudjaw it-tpittir biż-żejt fuq il-ġibs. Imbagħad, Marstrand qatta' s-sjuf tal-1864-1866 f'Roskilde, u pitter ħajt wieħed kull sena. Meta Marstrand lesta x-xogħol tiegħu, il-ħames oqbra fil-kappella tpoġġew fil-pożizzjoni attwali tagħhom.<ref name=":1" />
==== Kappella ta' Federiku V ====
[[File:RoskildeDomkirke-FrederikVKapelIndgang.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:RoskildeDomkirke-FrederikVKapelIndgang.jpg|lemin|daqsminuri|200x200px|Il-Kappella ta' Federiku V minn ġewwa.]]
Il-kappella tikkonsisti fil-fatt minn żewġ kappelli bi stil Neoklassiku. Il-kostruzzjoni damet 51 sena (1774-1825) u kienet teħtieġ it-tneħħija ta' kappella li kienet teżisti qabilha, il-Kappella tal-Madonna.
Il-kostruzzjoni tal-kappella nbdiet minn C. F. Harsdorff fl-1774, x'aktarx permezz ta' skizzi bikrin li kien wettaq matul il-vjaġġi tiegħu f'Ruma fl-1762-1764, iżda minħabba nuqqas ta' finanzjament ix-xogħol ġie sospiż fl-1779. Ix-xogħol tal-kostruzzjoni tkompla mill-apprendist tiegħu C. F. Hansen fl-1820 u tlesta fl-1825. Il-kappella tikkonsisti minn vestibolu b'żewġ kmamar biswit xulxin fuq in-naħat tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, waħda li normalment issir referenza għaliha bħala l-Kappella ta' Kristjanu VI, u oħra b'kamra b'għamla ta' salib u msaqqfa b'koppla, magħrufa proprju bħala l-Kappella ta' Federiku V. Fuq ġewwa, il-binja għandha ħitan klassiċi miżbugħa bl-[[abjad]], filwaqt li minn barra għandha l-brikks [[Aħmar|ħomor]] karatteristiċi bħall-bqija tal-katidral.
Meta l-kappella ġiet inawgurata f'Settembru 1825, it-twiebet li temporanjament kienu maħżuna fil-Kappella ta' Kristjanu IV tressqu fil-kappella l-ġdida, u magħhom żdiedu oħrajn tal-membri tal-familja rjali li mietu sadanittant. Dan wassal biex il-kappella, li kienet iddisinjata għal ħames sarkofagi tal-irħam, fl-1912 kellha iktar minn 17-il tebut b'kollox. Madankollu, iż-żieda tal-Kappella ta' Kristjanu IX, it-tneħħija ta' wħud mit-twiebet u t-tqiegħed tagħhom fil-kripti, u l-arranġament mill-ġdid tat-twiebet, wasslu għas-sitwazzjoni attwali fejn hemm 12-il tebut jew sarkofagu preżenti.<ref>Horskjær, Erik (1970). ''De Danske kirker. Bind 3. Nordsjælland''. Gads Forlag. p. 49.</ref> Minkejja dan, inħolqot konfużjoni sħiħa, peress li wħud mit-twiebet ma ġewx irranġati f'pari li jikkorrispondu mar-relazzjonijiet li kienu jeżistu matul ħajjithom.<ref>Fang, Arthur (1960). ''Roskilde Domkirke gennem 1000 aar''. Flensborgs boghandel. pp. 49-50.</ref>
Il-kappella turi xejra gradwali ta' tranżizzjoni minn sarkofagi grandjużi tal-irħam għal sarkofagi iktar sempliċi miksija bil-bellus, u fil-każ ta' Federiku VII, saħansitra tebut tal-injam.
==== Kappella ta' Kristjanu IX ====
Meta l-Kostituzzjoni tad-Danimarka ġiet reveduta fl-1915, il-Folketing iddeċieda jagħti ġieħ lill-familja rjali, billi qata' x-xewqa tar-Re Kristjanu X, u bena kappella ġdida fil-katidral, iddedikata lill-familja ta' Glücksburg li kellha t-tron f'idejha minn meta Kristjanu IX sar re fl-1863. Il-kappella ġiet iddisinjata mill-arkitett tal-katidral ta' dak iż-żmien, [[Andreas Clemmensen]].<ref>Fang, Arthur (1960). ''Roskilde Domkirke gennem 1000 aar''. Flensborgs boghandel. p. 145.</ref>
Il-kostruzzjoni tal-kappella, issorveljata mill-arkitett Schledermann, bdiet fl-1919 u tlestiet fl-1924. Il-kappella nbniet bi stil Neo-[[Biżantini|Biżantin]], ta' ispirazzjoni [[Imperu Ruman|Rumana]]. Il-kappella nbniet bħala estensjoni tal-binja tal-armi tal-Majjistral, li mbagħad ma baqgħetx teżisti iktar bħala binja indipendenti. L-għamla tal-kappella hi ta' salib b'ħitan griżi u saqaf b'koppla. Malli tlestiet, il-kappella qanqlet dibattitu jaħraq fil-gazzetti Daniżi, u wħud bdew jemmnu li l-kappella kienet differenti għalkollox mill-istil prevalenti tal-katidral.
Fin-naħa tat-Tramuntana hemm is-sarkofagu doppju ta' Kristjanu IX u tar-Reġina Luiża. Iddisinjat minn Hack Kampmann, is-sarkofagu oriġinarjament kien fin-naħa tal-Lvant tal-Kappella ta' Federiku V. Madwar is-sarkofagu hemm tliet statwi ta' figuri femminili, iddisinjati minn [[Edvard Eriksen]]. L-istatwi jissejħu "Niket", "Memorja", u "Mħabba" u ġew skolpiti mill-irħam abjad minn Carrara fl-Italja. L-istatwa tan-"Niket" tixbaħ ħafna lill-istatwa tas-Sirenetta ż-Żgħira li hemm f'Copenhagen, li mhix kumbinazzjoni. Edvard Eriksen kien ħoloq l-istatwa tas-Sirenetta ż-Żgħira fl-1911, sentejn qabel ħoloq l-istatwi fil-kappella, u l-mara tiegħu [[Eline Eriksen]] kienet il-mudella għat-tnejn li huma. Fin-naħa tal-Punent hemm is-sarkofagu doppju ta' Federiku VIII u tar-Reġina Luiża tiegħu, iddisinjat minn Utzon-Frank. Fin-naħa tal-Lvant hemm it-twiebet sempliċi tal-irħam ta' Kristjanu X u tar-Reġina Alessandrina tiegħu. It-twiebet ġew iddisinjati minn Kaare u Naur Klint, ġew magħmula mill-irħam Norveġiż, u għandhom Dannebrog stilizzat fuq l-għatu u fuq in-naħat tiegħu.
Wara l-mewt ta' Maria Feodorovna fl-1928, u wara ċerimonja qasira fil-Knisja ta' Alexander Nevsky f'Copenhagen u ċerimonja [[Knisja Ortodossa Russa|Ortodossa Russa]] f'Roskilde, it-tebut tal-imperatriċi armla tqiegħed fil-kappella qrib il-qabar tal-ġenituri tagħha u ta' ħuħa u ta' oħtha tar-rispett. Fl-1957, it-tebut tqiegħed fil-kripta ta' taħt il-kappella sa Settembru 2006, meta mbagħad ġie rritornat lir-[[Russja]]. Kienet ix-xewqa tal-imperatriċi armla li tindifen jekk jista' jkun maġenb ir-raġel tagħha Alessandru III fil-Katidral ta' San Pietru u ta' [[Pawlu l-Appostlu|San Pawl]]. Din ix-xewqa twettqet wara negozjati estensivi bejn ir-Reġina Margrethe II u l-President [[Vladimir Putin|Putin]].
Wara l-mewt ta' Federiku IX fl-1972, it-tebut tiegħu tqiegħed fil-kappella, miksi bl-istemma rjali tiegħu, mgħasses bit-tliet [[Iljun|iljuni]] tal-fidda mis-simbolu tal-Kuruna Daniża. Maġenb it-tebut tiegħu tpoġġew par kandilabri bl-għamla ta' ankri. Wara li t-tebut tar-re ndifen fl-1985, fil-kappella għad fadal biss il-kandelabri.
==== Kappella ta' San Indrija u Kappella ta' Santa Briġitta ====
Dan iż-żewġ kappelli, fuq in-naħa tat-Tramuntana, huma l-unika fdalijiet tal-bosta kappelli [[Medjuevu|Medjevali]] li kienu mehmuża mal-katidral oriġinali. Il-Kappella ta' San Indrija nbniet fl-1396 u l-Kappella ta' Santa Briġitta nbniet fl-1485.
Il-Kappella ta' San Indrija ġiet imżejna mill-ġdid fl-2010 mill-artist [[Peter Brandes]], li pprovda artal ġdid kif ukoll lavur tal-ħadid ferrobattut li kien jissepara l-kappella min-navata. Il-kunsill tal-knisja parrokkjali beħsiebu li l-kappella fil-futur tipprovdi ambjent iktar intimu għal uħud mill-funzjonijiet tal-knisja fil-katidral, fosthom iż-żwieġ jew il-magħmudija. Il-kappella għandha l-orgni żgħir tagħha għal dawn is-servizzi.
Mir-Riformazzjoni, il-Kappela ta' Santa Briġitta ntużat l-iktar biex jinħażnu fiha diversi oġġetti tal-inventarju tal-knisja miż-żminijiet Kattoliċi, u li ma kinux meħtieġa iktar fl-era Luterana. Dawn jinkludu s-sedja taċ-ċelebrant, is-sedja tal-kor tal-knisja, u l-kaxxa tal-ittri tal-kanoniċi. Barra minn hekk, il-kappella għandha l-eqdem lapida fil-katidral, li tmur lura għall-ħabta tal-1250. Ir-Reġina Margrethe II għażlet il-Kappella ta' Santa Briġitta bħala l-post tad-dfin tagħha fil-futur, b'sarkofagu maħluq mill-artist [[Bjørn Nørgaard]]. Is-sarkofagu tlesta u ġie installat, iżda huwa mgħotti sa meta tmut ir-reġina.<ref>Kruse, Anette (2003). ''Roskilde Domkirke''. Roskilde Domkirkes Salgsfond. ISBN <bdi>978-87-90043-10-0</bdi>. pp. 17, 210.</ref>
=== Post tad-dfin ta' Federiku IX ===
[[File:Roskilde_mauzoleum.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Roskilde_mauzoleum.jpg|lemin|daqsminuri|200x200px|Il-post tad-dfin ta' Federiku IX.]]
Dan il-post infetaħ fit-23 ta' Settembru 1985<ref>{{Ċita web|url=http://www.e-pages.dk/politiken/16294/6/|titlu=Nyt kongeligt gravsted (bid-Daniż)|sit=www.e-pages.dk|data-aċċess=2023-02-07}}</ref> u huwa l-ewwel post tad-dfin li jinsab barra mill-katidral innifsu. Inbena għal żewġ raġunijiet: kienet ix-xewqa ta' Federiku IX li jindifen barra mill-katidral, b'veduta tal-Fjord ta' Roskilde (ir-re kien iħobb ibaħħar u kien marbut mill-qrib mal-flotta navali), u apparti minn hekk ma kienx għad fadal spazju fil-Kappella ta' Kristjanu IX. F'Jannar 1972, mal-mewt tar-re, faqqa' d-dibattitu dwar kif setgħet titwettaq ix-xewqa tiegħu. Saret laqgħa f'Mejju tal-istess sena, li involviet il-muniċipalità, il-kunsill tal-knisja parrokkjali, il-Mużew Nazzjonali tad-Danimarka, u fondazzjoni għall-[[kultura]] tal-bini u tal-ħolqien tal-pajsaġġi.<ref>{{Ċita web|url=http://www.e-pages.dk/politiken/3656/3/|titlu=Bisættes i Roskilde Domkirke (bid-Daniż)|sit=www.e-pages.dk|data-aċċess=2023-02-07}}</ref> Fl-1974 ġie ppreżentat dokument ta' diskussjoni, li kien jispjega kif l-inħawi kellhom jiġu ppreservati u kif kien se jiġi stabbilit il-post tad-dfin il-ġdid.<ref>{{Ċita web|url=http://www.e-pages.dk/politiken/24267/8/|titlu=Voksende modstand mod det nye gravkammer (bid-Daniż)|sit=www.e-pages.dk|data-aċċess=2023-02-07}}</ref> Kien hemm ftit oppożizzjoni mill-membri tal-kunsill parrokkjali, li insistew li t-tradizzjoni tad-dfin tal-monarki fil-katidral kellha tinżamm. Il-pjan tal-istabbiliment ta' żoni għall-inħawi tlesta fl-1982 u b'hekk ix-xogħol tal-kostruzzjoni tal-post tad-dfin seta' jinbeda.<ref>Fang, Lotte (2001). ''By og bibliotek''. Roskilde Library. p. 47.</ref>
Il-post tad-dfin ġie ddisinjat mill-arkitett [[Vilhelm Wohlert]] b'kooperazzjoni ma' [[Inger Exner|Inger]] u [[Johannes Exner]], u jikkonsisti minn ottagonu tal-brikks sempliċi u mhux imsaqqaf, b'xatba tal-bronż iddisinjata minn [[Sven Havsteen-Mikkelsen]]. Il-lapida nqatgħet mill-granit ta' Greenland mill-iskultur [[Erik Heide]], għalkemm il-qabar ma ġiex issiġillat b'mod permanenti sad-dfin tar-Reġina Ingrid fis-sena 2000.<ref>{{Ċita web|url=http://www.roskildedomkirke.dk/historie/kirkernes-historie/roskilde-domkirke|titlu=Roskilde Domkirkes historie - Roskilde Domkirke|data=2011-09-27|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-02-07|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110927024535/http://www.roskildedomkirke.dk/historie/kirkernes-historie/roskilde-domkirke|arkivju-data=2011-09-27|url-status=dead}}</ref> Skont ix-xewqa tar-Reġina Ingrid, il-post tad-dfin ġie miksi minn vinji selvaġġi u minn pjanti minn madwar ir-renju.
== Difniet irjali ==
=== Kor ===
* Margrethe I (mietet fl-1412): eżatt wara l-artal maġġuri
=== Pilastri maġenb l-apsida ===
* [[Harald Bluetooth]] (miet fl-985-986): x'aktarx li ndifen fil-pilastru tal-Majjistral, iżda ma nstabu l-ebda qabar jew fdalijiet
* Sweyn II Estridsen (miet fl-1076): indifen fil-pilastru tax-Xlokk
Estrid Svendsdatter (li mietet bejn l-1057 u l-1073) kien jingħad b'mod mifrux li ndifnet fil-pilastru tal-Grigal, iżda permezz ta' test tad-DNA li sar fl-2003 ħareġ ċar li dan ma kienx minnu u li l-fdalijiet fil-post kienu ta' mara li mietet żgħira wisq biex tkun tassew Estrid Svendsdatter. Skont teorija ġdida, huwa maħsub li s-sinjal fuq il-pilastru jirreferi għal Margareta Hasbjörnsdatter, li kienet magħrufa wkoll bħala Estrid u li żżewġet lil Harald III Hen, iben Sweyn Estridsen. Fil-pilastru tal-Lbiċ hemm il-fdalijiet ta' żewġ isqfijiet, Asser u William.
[[File:ChristianV-Sarkofag.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:ChristianV-Sarkofag.jpg|lemin|daqsminuri|225x225px|Sarkofagu ta' Kristjanu V (1646-1699).]]
=== Apsida ===
* Kristofru III tal-Bavarja (miet fl-1448)
* Kristjanu V (miet fl-1699) u r-Reġina Charlotte ta' Hesse-Kassel (mietet fl-1714)
* Federiku IV (miet fl-1730) u r-Reġina Luiża ta' Mecklenburg-Güstrow (mietet fl-1721)
=== Kappella tal-Maġi (Kappella ta' Kristjanu) ===
* Kristjanu I (miet fl-1481) u r-Reġina Dorothy ta' Brandenburg (mietet fl-1495)
* Kristjanu III (miet fl-1559) u r-Reġina Dorothy ta' Sachsen-Lauenburg (mietet fl-1571)
* Federiku II (miet fl-1588) u r-Reġina Sofija ta' Mecklenburg-Schwerin (mietet fl-1631)
=== Kappella ta' Federiku V ===
* Kristjanu VI (miet fl-1746) u r-Reġina Sofija Magdalena ta' Brandenburg-Kulmbach (mietet fl-1770)
* Frederick V (miet fl-1766) u l-Irġejjen Luiża tal-Gran Brittanja (mietet fl-1751) u Juliana Maria ta' Brunswick-Wolfenbüttel (mietet fl-1796)
* Kristjanu VII (miet fl-1808)
* Federiku VI (miet fl-1839) u r-Reġina Marie ta' Hesse-Kassel (mietet fl-1852)
* Kristjanu VIII (miet fl-1848) u r-Reġina Caroline Amalie ta' Schleswig-Holstein (mietet fl-1881)
* Federiku VII (miet fl-1863)
[[File:FrederikIX-Gravsten.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:FrederikIX-Gravsten.jpg|lemin|daqsminuri|225x225px|Lapida ta' Federiku IX u tar-Reġina Ingrid.]]
=== Kappella ta' Kristjanu IV ===
* Kristjanu, il-Prinċep ErediPrince Elect (d. 1647)
* Christian IV (d. 1648) and Queen Anne Catherine of Brandenburg (d. 1612)
* Frederick III (d. 1670) and Queen Sophie Amalie of Brunswick-Calenberg (d. 1685)
=== Kappella ta' Kristjanu IX ===
* Kristjanu IX (1906) u r-Reġina Luiża ta' Hesse-Kassel (1898)
* Federiku VIII (1912) u r-Reġina Luiża tal-Iżvezja u tan-Norveġja (1926)
* Kristjanu X (1947) u r-Reġina Alessandrina ta' Mecklenburg-Schwerin (1952)
=== Qabar ta' Federiku IX ===
* Federiku IX (miet fl-1972) u r-Reġina Ingrid tal-Iżvezja (mietet fis-sena 2000)
=== Qabar ta' Maria Feodorovna ===
* [[Maria Feodorovna]] (mietet fl-1928), prinċipessa Daniża u Imperatriċi tar-[[Russja]] li kienet miżżewġa lill-Ksar [[Alessandru III]] indifnet hawnhekk minn mewtha fl-1928 sad-dfin tagħha fir-Russja permezz ta' għadd ta' ċerimonji, bejn it-23 u t-28 ta' Settembru 2006. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-fdalijiet tagħha jinsabu maġenb dawk tar-raġel tagħha.<ref>{{Ċita web|url=http://www.kongper.dk/dagmar.htm|titlu=Kejserinde Dagmars genbegravelse|sit=www.kongper.dk|data-aċċess=2023-02-06}}</ref>
[[File:Roskilde_Cathedrals_Boys_Choir.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Roskilde_Cathedrals_Boys_Choir.jpg|lemin|daqsminuri|200x200px|Il-Kor tas-Subien.]]
== Kor tas-subien ==
Mill-1987, il-katidral ilu jospita wieħed mill-korijiet ewlenin tas-subien fid-Danimarka, il-Kor tas-Subien tal-Katidral ta' Roskilde. Il-kor huwa riżorsa ewlenija fix-xogħol taż-żgħażagħ tal-parroċċa. Il-koristi kollha jmorru l-iskola normali iżda jiltaqgħu darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa biex jipprattikaw. Kull sentejn, il-kor isiefer barra mill-pajjiż lejn destinazzjonijiet differenti, fosthom [[New Zealand]], l-Iskandinavja, l-[[Renju Unit|Ingilterra]], [[Greenland]], [[Franza]] u l-[[Kanada]].
== Orgni ==
Fl-1554 nbena orgni ġdid minn [[Herman Raphaelis]] (magħruf ukoll bħala [[Hermann Rodensteen]]). Dan ingħata b'donazzjoni lill-katidral għas-servizzi tiegħu. Ġie mmodernizzat u mkabbar fl-1611, fl-1654, fis-snin 90 tas-[[seklu 17]], fl-1833, fl-1926 u fis-snin 50 tas-seklu 20. Matul is-snin 80 tas-seklu 20, spikkaw problemi tekniċi u ta' intonazzjoni. Wara investigazzjoni bir-reqqa — u minħabba l-preżenza fl-istrument ta' kwantità konsiderevoli ta' pajpijiet tas-sekli 16 u 17— ittieħdet id-deċiżjoni li jinħoloq mill-ġdid orgni Daniż klassiku tas-seklu 17. Dan ix-xogħol twettaq minn Marcussen & Søn u tlesta fl-1991.
== Sit ta' Wirt Dinji ==
Il-Katidral ta' Roskilde ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.<ref name=":0" />
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (ii)''' "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-'''kriterju (iv)''' "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-[[bniedem]]".<ref name=":0" />
== Referenzi ==
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]]
[[Kategorija:Katidrali]]
[[Kategorija:Danimarka]]
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fid-Danimarka]]
7tjfc0bmvvznmgrecnihtbsinitza41
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta
0
31435
323859
323850
2025-07-04T13:23:38Z
ToniSant
4257
it-tnejn aħjar
323859
wikitext
text/x-wiki
L-i'''[[Speaker (politika)|Speaker]] tal-Kamra tar-Rappreżentanti''' (magħruf ukoll bħala l-i'''Speaker tal-Kamra''' '''tad-Deputati''') huwa l-[[President|uffiċjal li jippresiedi]] l-[[Kamra tad-Deputati ta' Malta|Kamra tad-Deputati ta ' Malta]]. L-Ispeaker huwa responsabbli biex jikkontrolla l-andament tax-xogħol tal-Kamra u jaġixxi bħala "referee" waqt id-dibattiti. Huwa d-dmir tal-Ispeaker li jiżgura li r-regoli tal-Kamra għat-tmexxija tax-xogħol tagħha jiġu segwiti u li l-Membri kollha tal-Kamra jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fid-dibattiti.<ref>{{Ċita web|url=https://parlament.mt/13th-leg/political-groups/speaker-farrugia-anglu/|titlu=Speaker of the House of Representatives|data=2017-06-26|sit=Parliament of Malta|lingwa=en|data-aċċess=2021-11-01}}</ref> L-ibbilanċjar tad-dritt tal-maġġoranza li tmexxi n-negozju mad-dritt tal-minoranza li tinstema’ huwa wieħed mill-aktar kompiti diffiċli tal-Ispeaker. Għax hu essenzjali li l-Ispeaker jidher li huwa 'l fuq mill-politika tal-partit, hu/hi ma jiħux sehem fid-dibattitu jew fil-votazzjoni, sakemm ma jkunx hemm vot indaqs bejn iż-żewġ naħat. Meta jkun hemm parità, il-vot deċiżiv jintuża konvenzjonalment b'mod li jippromwovi aktar diskussjoni fil-kamra aktar milli biex itemm id-dibattitu.
Ir-rimarki kollha li jsiru fil-Kamra għandhom ikunu indirizzati lill-Ispeaker, u l-ebda Membru ma jista’ joqgħod bilqegħda meta l-Ispeaker ikun bilwieqfa.
== Kwalifikazzjoni ==
L-Ispeaker jista’ jew jinħatar minn fost il-Membri tal-Kamra jew minn barra l-Kamra. Kelliema li mhumiex membri tal-Kamra għandhom ikunu kwalifikati biex iservu bħala membru tal-[[Kamra tad-Deputati ta' Malta]]. Il-kelliema maħtura minn wieħed mill-membri tal-Kamra jitilfu d-dritt li jivvutaw fi ħdan il-Kamra.
== Ara ukoll ==
* [[Lista ta' Presidenti tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta]]
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
[[Kategorija:Presidenti tal-Kamra tad-Deputati - Speakers (Malta)|*]]
[[Kategorija:Gvern ta' Malta]]
h4nberho279hap45sw9mj9q1o76rihw
Soupy Sales
0
33706
323863
2025-07-05T10:40:24Z
71.35.4.111
Paġna ġdida: [[Stampa:6.8.08SoupySalesByLuigiNovi.jpg|thumb|Sales, 8 ta' Ġunju, 2008]] '''Milton Supman''' (North Carolina, [[Stati Uniti tal-Amerika]], 8 ta' Jannar, 1926) kien attur, ''stand-up comedian'', produttur tal-films, u xeneġġjatur Amerikan. ==Tfulija== ==Studju== [[Kategorija:Atturi Amerikani]]
323863
wikitext
text/x-wiki
[[Stampa:6.8.08SoupySalesByLuigiNovi.jpg|thumb|Sales, 8 ta' Ġunju, 2008]]
'''Milton Supman''' (North Carolina, [[Stati Uniti tal-Amerika]], 8 ta' Jannar, 1926) kien attur, ''stand-up comedian'', produttur tal-films, u xeneġġjatur Amerikan.
==Tfulija==
==Studju==
[[Kategorija:Atturi Amerikani]]
bitnue9xtbtqzlcob68knsnvdegz1xy