Wikipedija mtwiki https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali MediaWiki 1.45.0-wmf.8 first-letter Medja Speċjali Diskussjoni Utent Diskussjoni utent Wikipedija Diskussjoni Wikipedija Stampa Diskussjoni stampa MediaWiki Diskussjoni MediaWiki Mudell Diskussjoni mudell Għajnuna Diskussjoni għajnuna Kategorija Diskussjoni kategorija Portal Diskussjoni portal TimedText TimedText talk Module Module talk Event Event talk Għawdex (stat indipendenti) 0 22248 323864 256272 2025-07-05T18:18:13Z 2001:7E8:C80D:C700:CCB5:3B32:B0F5:3583 323864 wikitext text/x-wiki {| border=1 align=right cellpadding=4 cellspacing=0 width=300 style="margin: 0 0 1em 1em; background: #f9f9f9; border: 1px #aaaaaa solid; border-collapse: collapse; font-size: 95%;" |+<big>'''In-Nazzjon Għawdxi'''<br>'''''La Nazione Gozitana'''''</big> |- | align=center colspan=2 style="background:#f9f9f9;" | <big>'''1798-1801'''</big><br>[[Stampa:Location Gozo Malta.svg|270px]] Mappa ta' Għawdex |- |'''Kapitali''' |[[Rabat (Għawdex)|Rabat]] |- |'''Lingwi''' |[[Lingwa Taljana|Taljan]]<br>[[Lingwa Maltija|Malti]] |- |'''Gvern''' |Proviżjonali<br>'''[[Monarkija ta' Sqallija|Re:]]''' [[Re Ferdinand I taż-Zewġ Sqalliji|Ferdinand III]]<br>'''Gvernatur-Ġenerali:'''<br>[[Saverio Cassar]] |- |'''Munita''' |[[Skud Malti]] |- |'''Preċedut minn''' |[[File:Flag of France.svg|22px]] [[Okkupazzjoni Franċiża ta' Malta]]<br><small>28 ta' Ottubru 1798</small> |- |'''Suċċedut minn''' |[[File:Union flag 1606 (Kings Colors).svg|22px]] [[Protettorat ta' Malta]]<br><small>20 ta' Awissu 1801</small> |- |} Il-gżira ta '''[[Għawdex]]''', kienet stat indipendenti għal kważi tliet snin bejn l-1798 u l-1801, waqt il-Gwerer Rivoluzzjonarji Franċiżi. F'dan iż-żmien, Għawdex kienet magħrufa bħala '''''La Nazione Gozitana''''' bit-Taljan. Sa Ġunju 1798, il-gżejjer Maltin kienu għadhom maħkuma mill-Ordni ta' San Ġwann. Meta Napuljun keċċiehom, il-Franċiżi ħadu kontroll ta' Malta u Għawdex ukoll, speċifikament iċ-Ċittadella u l-Forti Chambray. Fit-2 ta' Settembru 1798, il-Maltin irribellaw kontra l-Franċiżi fl-Imdina, u l-Għawdxin għamlu l-istess fit-3 ta' Settembru. L-arċipriet tal-Katidral tal-Assunta r-Rabat, Saverio Cassar, kien magħżul bħala l-mexxej tal-irvell fit-18 ta' Settembru. Il-kwartieri ġenerali tar-ribelli ġiet stabbilita fil-Banka Ġuratali (illum is-sede tal-Kunsill Lokali tar-Rabat). Cassar organizza d-dejma u ġabar il-flus biex iħallas it-truppi taħt il-kmand tiegħu. Nies li ġew suspettati li kienu favur il-Franċiżi ġew arrestati. Eventwalment, Alexander Ball irnexxielu jinnegozja mal-217 suldat Franċiż li kien hemm ġoċ-Ċittadella, u dawn ċedew mingħajr ġlieda fit-28 ta' Ottubru. Il-Franċiżi ċedew il-gżira u l-fortifikazzjonijiet, 24 kanun, kwantità kbira ta' munizzjon u 3,200 xkejjer ta' dqiq lill-Ingliżi. Jum wara, l-Ingliżi taw kontroll taċ-Ċittadella u l-kumplament tal-gżira lill-Għawdxin. Il-poplu ddikjara lil Ferdinandu III ta' Sqallija bħala re, u twaqqaf gvern proviżorju mmexxi minn Saverio Cassar li kien maħtur bħala Gvernatur Ġenerali. Dan il-gvern kien jinkludi diversi rappreżentanti Maltin u Ingliżi, u l-ewwel azzjoni tagħhom kien li jiddistribwixxu l-provvisti ta' ikel lis-16,000 persuna li kienu jgħixu fil-gżira. Cassar talab ukoll li Għawdex isir djoċesi separata. Id-Djoċesi ta' Għawdex eventwalment inħalqet fit-22 ta' Settembru, 1864, 65 sena wara l-petizzjoni ta' Cassar. Matul iż-żmien li Għawdex kien indipendenti, Cassar organizza l-amministrazzjoni, fetaħ il-qrati u ġew eletti ġurati ġodda, u anke fetaħ dar tad-dwana. Eventwalment, il-Franċiżi fil-Belt [[Valletta]] ċedew f'Settembru 1800, u Malta saret [[Protettorat ta' Malta|protettorat]] tal-Gran Brittanja. Cassar kompla jmexxi l-gżira Għawdxija sal-20 t'Awwissu 1801, meta l-Kummissarju Ċivili ta' Malta, Charles Cameron, neħħieh mill-kariga tiegħu u poġġa lil Emmanuele Vitale minfloku. Cassar miet fis-16 ta' Diċembru 1805, fl-età ta' 58 sena. {{Repubblika ta' Malta}} [[Kategorija:Storja ta' Malta]] [[Kategorija:Għawdex]] [[Kategorija:Pajjiżi stabbiliti fl-1798|Għawdex]] [[Kategorija:Pajjiżi li spiċċaw fl-1801|Għawdex]] [[Kategorija:Pajjiżi mhux rikonoxxuti|Għawdex]] e9tbt0bwdh15i8xpqsbxxjxg8kqamrv Korfù 0 23688 323865 315023 2025-07-05T18:32:57Z 2001:7E8:C80D:C700:CCB5:3B32:B0F5:3583 323865 wikitext text/x-wiki {{Infobox city}} '''Korfù''' (magħrufa wkoll bħala Kerkira, /korˈʧira/; bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κέρκυρα o Κόρκυρα, Kérkyra; bil-[[Lingwa Latina|Latin]]: ''Corcyra''; bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Corfu'') hija gżira [[Greċja|Griega]], fil-[[Baħar Jonju]], quddiem ix-xtajta tal-Epiru, fil-konfini ta' bejn il-Greċja u l-[[Albanija]].<ref>{{Ċita web|url=https://www.independent.co.uk/travel/news-and-advice/complete-guide-corfu-851348.html|titlu=The Complete Guide To: Corfu {{!}} The Independent {{!}} The Independent|data=2021-04-27|sit=web.archive.org|data-aċċess=2022-06-24|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20210427030450/https://www.independent.co.uk/travel/news-and-advice/complete-guide-corfu-851348.html|arkivju-data=2021-04-27|url-status=bot: unknown}}</ref><ref>Trevor Webster (1994). ''Where to Go in Greece: A New Look''. Vol. 1. Settle Press. p. 221. ISBN <bdi>9781872876207</bdi>.</ref> Hija maqtugħa mill-Greċja kontinentali permezz ta' fliegu li jvarja fil-wisa' minn 3 sa 25 kilometru u tinkludi l-gżejriet kollha fil-qrib sew tagħha. Il-gżira hija parti mill-unità reġjonali ta' Korfù, u hija amministrata minn tliet muniċipalitajiet mal-gżejjer ta' Othonoi, Ereikoussa, u Mathraki.<ref>{{Ċita web|url=https://corfutvnews.gr/diaspasi-deite-tin-tropologia/|titlu=Διάσπαση: Δείτε την Τροπολογία.|data=2019-02-25|lingwa=el|data-aċċess=2022-06-24}}</ref> F'Korfù hemm ukoll l-Università tal-Jonju. Il-gżira għandha erja ta' 613.6 kilometru kwadru, jiġifieri kważi d-doppju tal-erja ta' [[Malta]]. Il-belt ewlenija għandha l-istess isem tal-gżira, jiġifieri Korfù u n-nies tal-post isejħulha Kerkira. Il-gżira għandha rabta sfiqa mal-istorja tal-Greċja mill-bidu tal-[[mitoloġija Griega]], b'bosta battalji u konkwisti. Il-belt antika ta' Korkyra ħadet sehem fil-Battalja ta' Sibota li kienet katalizzatur għall-Gwerra tal-Peloponneżu u skont Tuċidide, kienet l-ikbar battalja navali bejn il-bliet-stat Griegi sa dak iż-żmien. Tuċidide jirrapporta wkoll li Korkyra kienet waħda minn tliet qawwiet kbar tal-Greċja tas-seklu 5 [[Ante Christum natum|Q.K.]], flimkien ma' [[Ateni]] u Korintu.<ref>Thucydides, ''History of the Peloponnesian War'' 1.36.3</ref> Il-fdalijiet ta' tempji Griegi antiki u siti [[Arkeoloġija|arkeoloġiċi]] oħra tal-belt antika ta' Korkyra nstabu f'Palaiopolis. Il-kastelli [[Medjuevu|Medjevali]] fil-pożizzjonijiet strateġiċi madwar il-gżira huma wirt tat-taqbid fil-Medju Evu minħabba l-invażjonijiet tal-pirati u tal-[[Imperu Ottoman|Ottomani]]. Tnejn minn dawn il-kastelli jiddefendu l-[[belt kapitali]] tal-gżira, li hija l-unika belt fil-Greċja b'difiża bħal dik. B'hekk, il-belt kapitali ta' Korfù ġiet uffiċjalment iddikjarata bħala ''Kastropolis'' ("belt tal-kastelli") mill-gvern Grieg.<ref name=":0">{{Ċita web|url=http://www.corfu.gr/en/history.htm|titlu=History of Corfu Island|data=2008-01-06|sit=web.archive.org|data-aċċess=2022-06-24|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20080106230616/http://www.corfu.gr/en/history.htm|arkivju-data=2008-01-06|url-status=bot: unknown}}</ref> Minn żmien il-Medju Evu u sas-[[Seklu XVII|seklu 17]], il-gżira rnexxielha terreżisti lill-Ottomani matul diversi assedji, ġiet rikonoxxuta bħala post strateġiku tal-Istati Ewropej kontra l-Imperu Ottoman u saret wieħed mill-iżjed postijiet iffortifikati fl-[[Ewropa]].<ref>Johann Georg Keyssler (1760). ''Travels Through Germany, Bohemia, Hungary, Switzerland, Italy, and Lorrain: Giving a True and Just Description of the Present State of Those Countries …''. G. Keith. p. 54.</ref> Il-fortifikazzjonijiet tal-gżira ntużaw mill-[[Venezja|Venezjani]] bħala difiża kontra l-wasla tal-Ottomani fil-[[Baħar Adrijatiku]]. Eventwalment Korfù spiċċat taħt idejn il-[[Renju Unit|Brittaniċi]] wara l-Gwerer Napoleoniċi, u mbagħad ġiet ċeduta lill-Greċja mill-gvern Brittaniku flimkien mal-kumplament tal-gżejjer tal-Istati Uniti tal-Gżejjer tal-Jonju. L-unifikazzjoni mal-Greċja moderna ntemmet fl-1864 taħt it-Trattat ta' [[Londra]]. F'Korfù oriġinat l-Akkademja tal-Jonju, l-ewwel università tal-istat tal-Greċja moderna, u ġie stabbilit in-''Nobile Teatro di San Giacomo di Corfù'', l-ewwel teatru Grieg u teatru tal-opri tal-Greċja moderna. L-ewwel gvernatur tal-Greċja indipendenti wara r-rivoluzzjoni tal-1821, il-fundatur tal-istat tal-Greċja moderna, u diplomatiku Ewropew ewlieni [[Ioannis Kapodistrias]] twieled f'Korfù. Fl-2007, iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù tniżżel fil-lista tas-[[Sit ta' Wirt Dinji|Siti ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]], fuq rakkomandazzjoni tal-ICOMOS.<ref>{{Ċita aħbar|data=2007-06-28|titlu=Unesco names World Heritage sites|url=http://news.bbc.co.uk/1/hi/world/asia-pacific/6248244.stm|lingwa=en-GB|data-aċċess=2022-06-24}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/archive/advisory_body_evaluation/978.pdf|titlu=UNESCO Advisory Body ICOMOS report on Corfu History}}</ref><ref name=":1">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/978/|titlu=Old Town of Corfu|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-06-24}}</ref> Is-samit tal-1994 tal-[[Unjoni Ewropea]] sar f'Korfù.<ref>{{Ċita web|url=https://www.independent.co.uk/news/world/europe/european-union-summit-corfu-summiteers-ready-to-fudge-key-eu-decision-national-status-on-parade-as-leaders-of-the-twelve-consider-two-candidates-to-succeed-jacques-delors-as-commission-president-1424715.html|titlu=European Union Summit: Corfu summiteers ready to fudge key EU|data=1994-06-23|sit=The Independent|lingwa=en|data-aċċess=2022-06-24}}</ref> Il-gżira hija destinazzjoni turistika popolari.<ref>Duncan Garwood, ''Mediterranean Europe'', 2009.</ref><ref>Russell King, John Connell, ''Small worlds, global lives: islands and migration'', 1999.</ref> == Isem == L-isem bil-Grieg, ''Kerkyra'' jew ''Korkyra'', huwa marbut ma' żewġ divinitajiet setgħana tal-ilma: [[Posejdone]], l-alla tal-baħar, u [[Asopos]], xmara Griega importanti tal-Greċja kontinentali.<ref>{{Ċita web|url=https://www.theoi.com/Nymphe/NympheKorkyra.html|titlu=CORCYRA (Korkyra) - Corcyran Naiad Nymph of Greek Mythology|sit=www.theoi.com|data-aċċess=2022-06-24}}</ref> Skont il-mitoloġija, Posejdone sar iħobb lin-ninfea sabiħa Korkyra, bint Asopos u n-ninfea tax-xmara Metope, u ħatafha. Posejdone ħa lil Korkyra fuq il-gżira ta' Korfu li dak iż-żmien kien għad ma għandhiex isem, u semmiha għaliha: ''Korkyra'', li gradwalment evolviet għal ''Kerkyra'' (Doriku).<ref name=":0" /> Kellhom wild imsejjaħ ''Phaiax'', u l-abitanti tal-gżira ssemmew għalih ''Phaiakes'', bil-Latin ''Phaeaciani''. Fil-fatt Korfu ġiet imlaqqma bħala l-''gżira tal-Phaeaciani''. L-isem ta' Korfù, verżjoni bit-[[Lingwa Taljana|Taljan]] tal-[[Biżantini|Biżantin]] Κορυφώ (Koryphō), li tfisser "il-belt tal-qċaċet", oriġina mill-Grieg Biżantin Κορυφαί (Koryphai), li tfisser qċaċet), b'referenza għaż-żewġ qċaċet ta' ''Palaio Frourio''.<ref name=":0" /> == Ġeografija == [[Stampa:Corfu topographic map-en.svg|xellug|daqsminuri|Mappa ta' Korfù. Il-gżejriet tal-madwar tagħha ta' Ereikoussa, Othoni u Mathraki, u Paxos u Antipaxos fix-Xlokk.]] It-tarf tal-Grigal ta' Korfù tinsab ftit lil hinn mill-kosta ta' [[Sarandë]], l-Albanija, isseparata minn stretti ta' bejn 3 u 23 km (2-14-il mil). In-naħa tax-Xlokk tal-gżira tinsab lil hinn mill-kosta ta' Thesprotia, il-Greċja. L-għamla tal-gżira hija simili għal minġell (''drepanē, δρεπάνι''), u ġiet deskritt b'dan il-mod fil-qedem: in-naħa konkava, bil-belt u l-port ta' Korfù fin-nofs, tinsab lejn in-naħa tal-kosta Albaniża. L-erja tal-gżira hija madwar 592.9 kilometru kwadru, b'tul ta' 64 kilometru (40 mil), u bl-ikbar wisa' ta' madwar 32 kilometru (20 mil).<ref>{{Ċita web|url=http://dlib.statistics.gr/Book/GRESYE_02_0101_00098%20.pdf|titlu=Population & housing census 2001 (incl. area and average elevation)|kunjom=National Statistical Service of Greece|data-aċċess=2022-06-24|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20150921212047/http://dlib.statistics.gr/Book/GRESYE_02_0101_00098%20.pdf|arkivju-data=2015-09-21|url-status=bot: unknown}}</ref> Żewġ ktajjen muntanjużi għoljin u ddefiniti sew jaqsmu l-gżira fi tliet distretti; dak tat-Tramuntana huwa muntanjuż, dak ċentrali huwa mmewweġ<ref name=":2">{{Ċita enċiklopedija|titlu=Corfu|url=https://en.wikisource.org/wiki/1911_Encyclop%C3%A6dia_Britannica/Corfu|data-aċċess=2022-06-24|volum=7}}</ref>, u dak tan-Nofsinhar huwa baxx. L-iżjed importanti miż-żewġ ktajjen muntanjużi, Pantokrator (Παντοκράτωρ – is-Setgħan) testendi mil-Lvant għall-Punent mill-Kap ta' Falacro sal-Kap ta' Psaromita, u l-ikbar elevazzjoni tagħha hija l-quċċata bl-istess isem. [[Stampa:Aghios Georgios Bay in Corfu.JPG|xellug|daqsminuri|241x241px|Il-Bajja ta' Agios Georgios fil-Majjistral ta' Korfù]] It-tieni katina muntanjuża tilħaq il-qofol tagħha fil-muntanja ta' Santi Jeca, jew Santa Decca, kif tissejjaħ minħabba interpretazzjoni ħażina tad-deżinjazzjoni Griega ''Άγιοι Δέκα'' (Hagioi Deka), jiġifieri l-Għaxar Qaddisin. Il-gżira kollha, magħmula minn diversi formazzjonijiet tal-[[ġebla tal-ġir]], fiha diversità kbira ta' wċuħ [[Ġeoloġija|ġeoloġiċi]]. Il-bajjiet jinsabu f'Agios Gordis, il-Laguna ta' Korission, Agios Georgios, Marathia, Kassiopi, Sidari, Palaiokastritsa u bosta oħrajn. Korfù tinsab qrib il-formazzjoni ġeoloġika tal-qasma ta' Kefalonia; fil-fatt seħħew għadd ta' terremoti.<ref name=":2" /> Il-kosta ta' Korfù testendi għal 217-il kilometru (135 mil) u tinkludi l-kapi; l-ogħla punt hija l-muntanja Pantokrator (911-il metru (2,989 pied)); u t-tieni l-ogħla punt hija l-muntanja Stravoskiadi (849 metru (2,785 pied)). Fost il-kapi u l-promontorji hemm Agia Aikaterini, Drastis lejn it-Tramuntana, Lefkimmi u Asprokavos lejn ix-Xlokk, u Megachoro lejn in-Nofsinhar. Hemm ukoll żewġ gżejjer lejn il-punt ċentrali ta' Gouvia u l-Bajja ta' Korfù, li testendi tul il-biċċa l-kbira tax-xatt tal-Lvant tal-gżira; dawn huma magħrufa bħala l-Gżira ta' Lazzarett u Ptychia (jew Vido). === Gżejjer ta' Dijapontija === Il-Gżejjer ta' Dijapontija (bil-Grieg: Διαπόντια νησιά) jinsabu fil-Majjistral ta' Korfù, xi sitt kilometri 'l bogħod u madwar 40 kilometru mill-kosta tal-[[Italja]]. Il-gżejjer prinċipali huma Othonoi, Ereikoussa u Mathraki. === Gżira ta' Lazzarett === Il-Gżira ta' Lazzarett, li qabel kienet magħrufa bħala l-gżira ta' San Dimitri, tinsab 1.1 kilometru mill-kosta tax-Xlokk ta' Korfù; il-gżira għandha erja ta' 7.1 ettari u taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-Organizzazzjoni Turistika Nazzjonali Griega. Matul it-tmexxija Venezjana fil-bidu tas-seklu 16, inbena monasteru fuq il-gżejra kif ukoll ''leprosarju'' jew lazzarett li ġie stabbilit iktar 'il quddiem, u li wassal għall-isem attwali. Fl-1798, matul l-okkupazzjoni [[Franza|Franċiża]], il-gżejra ġiet okkupata mill-flotta [[Russja|Russa]]-[[Turkija|Torka]], li użawha bħala sptar militari. Matul il-perjodu tat-tmexxija Brittanika, fl-1814, il-lazzarett reġa' nfetaħ wara li sarulu xi rinnovazzjonijiet, u wara Enosis fl-1864 il-lazzarett reġa' beda jintuża okkażjonalment. Matul [[it-Tieni Gwerra Dinjija]], l-Okkupazzjoni tal-Assi tal-Greċja stabbiliet kamp ta' konċentrament Nażista fuq il-gżejra għall-priġunieri tal-Moviment tar-Reżistenza Grieg, u llum il-ġurnata għad fadal il-binja ta' żewġ sulari li kienet tintuża bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-armata Taljana, knisja żgħira, u l-ħajt li miegħu kienu jinqatlu b'tir dawk li kienu jiġu kkundannati għall-[[mewt]].<ref>{{Ċita web|url=http://www.travel-to-corfu.com/page.php?id=46&back=corfu.php|titlu=LAZARETTO ISLET - CORFU CORFU GREECE|sit=www.travel-to-corfu.com|data-aċċess=2022-06-24}}</ref> == Klima == Korfu għandha klima [[Mediterran|Mediterranja]] bi sjuf sħan (''Csa'' fil-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). {| class="wikitable mw-collapsible" ! colspan="14" |''Data'' klimatika ta' Korfu |- !Xahar !Jan !Fra !Mar !Apr !Mej !Ġun !Lul !Aww !Set !Ott !Nov !Diċ !Sena |- !Temp. għolja rekord °C (°F) |20.5 (68.9) |22.4 (72.3) |26.0 (78.8) |28.0 (82.4) |33.8 (92.8) |38.0 (100.4) |43.0 (109.4) |40.0 (104.0) |37.4 (99.3) |31.0 (87.8) |25.0 (77.0) |22.0 (71.6) |43.0 (109.4) |- !Temp. għolja medja °C (°F) |13.9 (57.0) |14.2 (57.6) |16.0 (60.8) |19.0 (66.2) |23.8 (74.8) |28.0 (82.4) |30.9 (87.6) |31.3 (88.3) |27.6 (81.7) |23.2 (73.8) |18.7 (65.7) |15.3 (59.5) |21.8 (71.2) |- !Temp. medja ta' kuljum °C (°F) |9.7 (49.5) |10.3 (50.5) |12.0 (53.6) |14.9 (58.8) |19.6 (67.3) |23.9 (75.0) |26.4 (79.5) |26.3 (79.3) |22.7 (72.9) |18.4 (65.1) |14.3 (57.7) |11.1 (52.0) |17.5 (63.5) |- !Temp. baxxa medja °C (°F) |5.1 (41.2) |5.7 (42.3) |6.8 (44.2) |9.2 (48.6) |12.9 (55.2) |16.4 (61.5) |18.4 (65.1) |18.8 (65.8) |16.5 (61.7) |13.4 (56.1) |9.9 (49.8) |6.8 (44.2) |11.7 (53.1) |- !Temp. baxxa rekord °C (°F) |−4.5 (23.9) |−4.2 (24.4) |−4.4 (24.1) |0.0 (32.0) |4.6 (40.3) |8.7 (47.7) |10.0 (50.0) |11.3 (52.3) |7.2 (45.0) |2.8 (37.0) |−2.2 (28.0) |−2.0 (28.4) |−4.5 (23.9) |- !Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) |136.6 (5.38) |124.6 (4.91) |98.1 (3.86) |66.7 (2.63) |37.0 (1.46) |14.1 (0.56) |9.2 (0.36) |19.0 (0.75) |81.3 (3.20) |137.7 (5.42) |187.4 (7.38) |185.6 (7.31) |1,097.3 (43.20) |- !Medja ta' jiem bix-xita |16.1 |14.6 |14.5 |12.9 |8.0 |4.9 |2.3 |3.4 |7.0 |11.8 |15.7 |17.5 |128.7 |- !Umdità relattiva medja (%) |75.4 |74.3 |73.4 |72.8 |69.5 |63.4 |60.0 |62.2 |70.4 |74.6 |77.5 |77.2 |70.7 |- !Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar |117.7 |116.8 |116.0 |206.5 |276.8 |324.2 |364.5 |332.8 |257.1 |188.9 |133.5 |110.9 |2,545.7 |- | colspan="14" |Sors 1: Is-Servizz Meteoroloġiku Nazzjonali Elleniku<ref>{{Ċita web|url=http://www.hnms.gr/hnms/english/climatology/climatology_region_diagrams_html?dr_city=Kerkyra|titlu=HNMS|data=2015-01-24|sit=web.archive.org|data-aċċess=2022-06-24|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20150124011440/http://www.hnms.gr/hnms/english/climatology/climatology_region_diagrams_html?dr_city=Kerkyra|arkivju-data=2015-01-24|url-status=dead}}</ref> |- | colspan="14" |Sors 2: NOAA (temperaturi estremi u sigħat ta' xemx fl-1961-1990)<ref>{{Ċita web|url=https://geodata.lib.ncsu.edu//fedgov/noaa/clino/TABLES/REG_VI/GR/16641.TXT|titlu=Kekira Climate Normals 1961–1990}}</ref> |} == Sit ta' Wirt Dinji == [[Stampa:Corfu Town R02.jpg|nofs|daqsminuri|566x566px|Veduta panoramika ta' partijiet miċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù mill-Fortizza l-Antika. Fuq ix-xellug hemm il-Bajja ta' Garitsa u l-port ta' Korfù jidher fuq nett lejn il-lemin. Fin-nofs lejn quddiem tidher il-[[Pjazza]] ta' Spianada.]] Iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.<ref name=":1" /> Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju tal-għażla wieħed tal-UNESCO: il-'''kriterju (iv)''' "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".<ref name=":1" /> == Referenzi == [[Kategorija:Gżejjer Jonji]] [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]] [[Kategorija:Gżejjer Mediterranji]] [[Kategorija:Greċja]] [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fil-Greċja]] 79vvlrdq298kw0l1zu1qmgklbbufk4m