Wikipedija
mtwiki
https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali
MediaWiki 1.46.0-wmf.24
first-letter
Medja
Speċjali
Diskussjoni
Utent
Diskussjoni utent
Wikipedija
Diskussjoni Wikipedija
Stampa
Diskussjoni stampa
MediaWiki
Diskussjoni MediaWiki
Mudell
Diskussjoni mudell
Għajnuna
Diskussjoni għajnuna
Kategorija
Diskussjoni kategorija
Portal
Diskussjoni portal
TimedText
TimedText talk
Module
Module talk
Event
Event talk
Ramses II
0
34363
329436
329434
2026-04-20T14:06:41Z
Trigcly
17859
/* Fil-letteratura u fl-arti */
329436
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija}}
'''Ramses II''' jew '''Ramesses II''' (pronunzja: /ˈræməsiːz, ˈræmsiːz, ˈræmziːz/; bl-Eġizzjan tal-Qedem: ''rꜥ-ms-sw'', ''Rīꜥa-masē-sə'', pronunzja bl-Eġizzjan tal-Qedem: [ɾiːʕamaˈseːsə]; li twieled għall-ħabta tal-1303 [[Ante Christum natum|Q.K]]. – miet fl-1213 Q.K.), magħruf ukoll bħala '''Ramses il-Kbir''', kien it-tielet [[faragħun]] tad-Dsatax-il Dinastija tal-[[Eġittu tal-qedem|Eġittu tal-Qedem]]. Ramses II jitqies bħala l-iżjed faragħun kbir, magħruf u setgħan tar-Renju l-Ġdid, li kien l-iżjed perjodu ta' setgħa tal-Eġittu tal-Qedem. Huwa jitqies ukoll b'mod mifrux bħala wieħed mill-iżjed faragħuni-ġellieda ta' suċċess tal-Eġittu tal-Qedem, u wettaq mhux inqas minn 15-il kampanja militari, li kollha waslu għal rebħiet, għajr il-Battalja ta' Kadesh, li ġeneralment titqies bħala kampanja militari bla rebbieħa. Ir-renju tiegħu ta' 66 sena kien ukoll l-itwal renju rreġistrat ta' kwalunkwe faragħun (u wieħed mill-itwal fl-[[Storja|istorja]]), x'aktarx daqs [[Pepi II]], li għex 1,000 sena qabel u li jingħad li rrenja għal iktar minn 90 sena.
Fis-sorsi [[Greċja|Griegi]] tal-qedem, huwa jissejjaħ '''Ozymandias''', li huwa isem li rriżulta mill-ewwel parti tal-isem irjali tiegħu bl-Eġizzjan tal-Qedem: ''Usermaatre Setepenre''. Ramses kien jissejjaħ ukoll bħala l-"Antenat il-Kbir" mill-faragħuni ta' warajh.
Ramses tela' fuq it-tron ta' 25 sena, u għall-parti bikrija tar-renju tiegħu, huwa ffoka fuq il-kostruzzjoni ta' bliet, tempji u [[Monument|monumenti]]. Wara li stabbilixxa l-belt ta' Pi-Ramses fid-Delta tan-[[Nil]], huwa ddeżinjaha bħala l-[[belt kapitali]] l-ġdida tal-Eġittu tal-qedem u użaha bħala l-belt prinċipali minn fejn vara l-kampanji militari tiegħu fis-[[Sirja]]. Ramses mexxa diversi spedizzjonijiet militari fil-Lvant, fejn reġa' kiseb il-kontroll fuq Kanaan u l-Feniċja; huwa mexxa wkoll għadd ta' spedizzjonijiet fin-Nubja, li kollha ġew imfakkra fil-kitbiet imnaqqxa f'Beit el-Wali u f'Gerf Hussein. Huwa ċċelebra saħansitra tlettax jew erbatax-il festival ta' Sed — iktar minn kwalunkwe faragħun ieħor.
L-istimi tal-età tal-[[mewt]] tiegħu jvarjaw, għalkemm x'aktarx li kellu 90 jew 91 sena. Wara li miet, huwa ndifen f'qabar (KV7) fil-Wied tar-Rejiet; iktar 'il quddiem il-katavru tiegħu tressaq kejn is-Senduq Irjali, fejn ġie skopert mill-arkeologi fl-1881. Il-mumja ta' Ramses issa tinsab għall-wiri fil-[[Mużew]] Nazzjonali taċ-Ċivilizzazzjoni Eġizzjana, li jinsab fil-belt tal-[[Kajr]].
Ramses II kien wieħed mill-ftit faragħuni li kien meqjum bħala divinità matul ħajtu.
L-istudjużi ma jaqblux dwar l-assoċjazzjoni popolari u kontemporanja ta' Ramses II bħala l-faragħun tal-Eżodu, fosthom l-eks Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Suprem tal-Antikitajiet tal-Eġittu [[Mostafa Wazir]] u l-istoriku [[Lhud|Lhudi]] [[Lester L. Grabbe]].
== Ħajja bikrija ==
Ramses II meta twieled ma kienx prinċep. In-nannu tiegħu, [[Ramses I]], kien viżier (''tjaty'') u uffiċjal militari matul ir-renju tal-faragħun [[Horemheb]], li ħatar lil Ramses I bħala s-suċċessur tiegħu; f'dak iż-żmien, Ramses II kellu madwar 11-il sena.
Wara li Ramses I miet, ibnu, [[Seti I]] sar re, u ddeżinja lil ibnu Ramses II bħala prinċep reġġenti meta kellu 14-il sena.
== Tul tar-renju ==
Id-data tat-tlugħ fuq it-tron ta' Ramses hija rreġistrata bħala III Shemu (il-11-il xahar), jum 27, li l-biċċa l-kbira tal-Eġittologi jemmnu li kien il-31 ta' Mejju 1279 Q.K.
L-istoriku Lhudi Josephus, fil-ktieb tiegħu ''Contra Apionem'' li kien jinkludi materjal mill-''Aegyptiaca'' ta' Manetho, assenja lil Ramses II ("Armesses Miamun") renju ta' 66 sena u xahrejn. Dan essenzjalment ġie kkonfermat mill-kalendarju tal-framment L tal-Papir ta' Gurob, fejn is-Sena 67, I Akhet jum 18 ta' Ramses II hija segwita minnufih mis-Sena 1, II Akhet jum 19 ta' Merneptah (iben Ramses II), li jfisser li Ramses II miet madwar xahrejn wara s-67 sena tar-renju tiegħu.
Fl-1994, [[A. J. Peden]] ippropona li Ramses II miet bejn it-tielet u t-13-il jum ta' II Akhet abbażi tal-graffiti 854+855 ta' [[Tebe (Eġittu)|Tebe]], jiġifieri s-Sena 1 II Akhet jum 2 ta' Merneptah. Il-villaġġ tal-ħaddiema ta' Deir el-Medina jippreserva framment ta' ġurnal tan-nekropoli ta' nofs l-20 dinastija (P. Turin prov. nr. 8538 ''recto'' I, 5; mhux ippubblikat) li jirreġistra li d-data II Akhet jum 6 kienet jum frank ta' btala għat-"Tbaħħir ta' UsimaRe-Setepenre" (għal Ramses II). Kif jinnota l-Eġittologu [[Robert J. Demarée]] f'saġġ tal-2016:
: Huwa ċar li l-btala msejħa ẖnw – "Tbaħħir" – kienet osservata b'mod ċar f'Tebe jew f'Deir el-Medina matul il-Perjodu ta' Ramses biex jitfakkru l-imwiet tal-faragħuni rjali divinizzati. It-"Tbaħħir" ta' Ahmose-Nefertari ġie ċċelebrat f'II Shemu 15; it-"Tbaħħir" ta' Seti I f'III Shemu 24; u t-"Tbaħħir" ta' Ramses II f'II Akhet 6.
Id-data rreġistrata tal-mewt ta' Ramses II f'II Akhet (it-tieni xahar) jum 6 taqbel eżatt mal-kronoloġija stmata ta' Peden għall-mewt tar-re fl-intervall bejn II Akhet jum 3 u II Akhet jum 13. Dan ifisser li Ramses II miet fit-13 ta' Awwissu 1213 Q.K. (is-Sena 67, II Akhet jum 6), wara li rrenja għal 66 sena u 74 jum. Dan jaqbel perfettament ukoll mal-kalkoli ta' [[Jürgen von Beckerath]], li kkolloka l-mewt ta' Ramses fl-aħħar ta' Lulju jew fil-bidu ta' Awwissu 1213 Q.K.
== Kampanji militari ==
Kmieni f'ħajtu, Ramses II wettaq bosta kampanji militari biex jerġa' jikseb il-pussess ta' territorji li qabel kienu ntrebħu min-Nubjani u mill-Ittiti u biex jħares il-fruntieri tal-Eġittu tal-Qedem. Huwa kien responsabbli wkoll għat-trażżin ta' xi rewwixti Nubjani u wettaq kampanja militari fil-Libja. Għalkemm il-Battalja ta' Kadesh spiss tiddomina il-viżjoni tal-istudjużi lejn il-ħila u s-setgħa militari ta' Ramses II, huwa kiseb bosta rebħiet ċari kontra l-għedewwa tal-Eġittu. Matul ir-renju tiegħu, huwa stmat li l-armata Eġizzjana kienet tammonta għal xi 100,000 ruħ: qawwa formidabbli li huwa kien juża biex isaħħaħ l-influwenza Eġizzjana.
=== Battalja kontra l-pirati Sherden ===
Fit-tieni sena tiegħu, Ramses II għeleb b'mod deċiżiv il-pirati tal-baħar Sherden li kienu qed jagħmlu ħerba tul il-kosta [[Mediterran|Mediterranja]] tal-Eġittu bl-attakki fuq il-bastimenti tal-merkanzija fi triqithom bil-baħar lejn l-Eġittu. Il-poplu Sherden x'aktarx li ġew mill-kosta tal-Jonja, mil-Lbiċ tal-Anatolja jew mill-gżira ta' [[Sardenja]]. Ramses stazzjona t-truppi u l-bastimenti f'punti strateġiċi tul il-kosta u b'sabar kbir ħajru lill-pirati jattakkaw il-priża maħsuba tiegħu qabel ma ħebbew għalihom f'battalja fuq il-baħar u qabduhom kollha f'azzjoni waħda. Stele minn Tanis issostni li kienu jiġu "fil-bastimenti militari tagħhom f'nofs ta' baħar, u ħadd ma seta' jiflaħ għalihom". X'aktarx li kien hemm battalja navali xi mkien fil-bokka tan-Nil, peress li ftit wara, bosta nies Sherden ġew deskritti fil-kitbiet imnaqqxa tal-Battalja ta' Kadesh bħala li tfaċċaw fost il-gwardjani tal-faragħun u kienu jintgħarfu mill-elmi bil-qrejjen tagħhom b'ballun fin-nofs u bit-tarki tondi tagħhom, u x-xwabel kbar tan-Naue II. F'dik il-battalja navali, flimkien mal-poplu Sherden, il-faragħun għeleb ukoll il-poplu Lukka (L'kkw, li x'aktarx iktar 'il quddiem saru magħrufa bħala il-Liċjani), u l-poplu Šqrsšw (Shekelesh).
=== Kampanji militari Sirjani ===
==== L-ewwel kampanja militari Sirjana ====
<sup>L-anteċedenti immedjati tal-Battalja ta' Kadesh kienu l-kampanji militari bikrin ta' Ramses II f'Kanaan. L-ewwel kampanja militari tiegħu milli jidher seħħet fir-raba' sena tar-renju tiegħu u ġie mfakkar b'dik li saret l-ewwel stele kommemorattiva ta' Nahr el-Kalb qrib dik li issa hija [[Bejrut]]. Il-kitba mnaqqxa kważi ma għadhiex tinqara minħabba li ttieklet bl-elementi.
Fir-raba' sena tar-renju tiegħu, huwa ħataf l-istat vassall tal-Ittiti ta' Amurru matul il-kampanja militari tiegħu fis-Sirja.
==== It-tieni kampanja militari Sirjana ====
Il-Battalja ta' Kadesh fil-ħames senja tar-renju tiegħu kienet il-battalja ewlenija f'kampanja militari li Ramses iġġieled fis-Sirja kontra l-qawwiet Ittiti ribelli ta' [[Muwatalli II]]. Il-faragħun ried jikseb rebħa f'Kadesh kemm biex jespandi l-fruntieri tal-Eġittu fis-Sirja, kif ukoll biex jemula d-dħul trijonfali ta' missieru, Seti I, fil-belt xi deċennju biss qabel.
Huwa bena wkoll belt kapitali ġdida, Pi-Ramses. Hemmhekk huwa bena l-fabbriki għall-manifattura tal-armi, tal-karrijiet u tat-tarki, li x'aktarx ipproduċew xi 1,000 arma fil-ġimgħa, madwar 250 karru kull ġimagħtejn, u 1,000 tarka kull ġimgħa u nofs. Wara dawn it-tħejjijiet, Ramses iddeċieda li jattakka t-territorju fil-Lvant, li kien f'idejn għadu iktar sostanzjali milli qatt kien affaċċja fil-gwerra: l-Imperu tal-Ittiti.
Wara li avvanza minn Kanaan għal xahar eżatt, skont is-sorsi Eġizzjani, Ramses wasal f'Kadesh fl-1 ta' Mejju 1274 Q.K. Hemmhekk, it-truppi ta' Ramses inqabdu f'nassa tal-Ittiti u inizjalment l-għadu kien ferm iktar numeruż, u t-truppi bil-karrijiet għelbu għalkollox it-tieni diviżjoni tal-qawwiet ta' Ramses u attakkaw il-kamp militari tiegħu. Wara li rċevew rinfurzar minn diviżjonijiet Eġizzjani oħra li waslu biex jagħtu daqqa t'id fil-battalja, l-Eġizzjani għamlu kontroattakk fil-konfront tal-Ittiti, u dawk li rnexxielhom jibqgħu ħajjin abbandunaw il-karrijiet tagħhom u għumu għan-naħa l-oħra tax-xmara Orontes biex jaslu għall-kenn tas-swar tal-belt. Għalkemm Ramses loġistikament ma setax isostni assedju fit-tul, irnexxielu jerġa' lura l-Eġittu. Filwaqt li Ramses stqarr li għamel rebħa kbira, u teknikament dan kien minnu f'termini tal-battalja effettiva, ġeneralment jitqies li l-Ittiti kienu r-rebbieħa aħħarin fir-rigward tal-kampanja militari ġenerali, oeress li l-Eġizzjani rtiraw wara l-battalja, u l-qawwiet tal-Ittiti invadew u okkupaw għal żmien qasir it-territorji Eġizzjani fir-reġjun ta' [[Damasku]].
==== It-tielet kampanja militari Sirjana ====
L-isfera ta' influwenza tal-Eġittu b'hekk kienet ristretta għal Kanaan filwaqt li s-Sirja sfat f'idejn l-Ittiti. Il-prinċpijiet ta' Kanaan, x'aktarx imħeġġin mill-inkapaċità tal-Eġizzjani li jimponu r-rieda tagħhom u mqanqlin mill-Ittiti, bdew iwettqu rewwixti kontra l-Eġittu. Ramses II ma kienx lest li jaċċetta li dan jibqa' jsir, u ħejja ruħu biex irażżan l-avvanz tal-Ittiti b'kampanji militari ġodda. Minħabba li dawn huma rreġistrati fuq il-monumenti tiegħu bi ftit indikazzjonijiet b'dati preċiżi jew bis-sena tar-renju, il-kronoloġija preċiża tal-kampanji militari sussegwenti mhijiex ċara. Fl-aħħar tas-seba' sena tar-renju tiegħu (April/Mejju 1272 Q.K.), Ramses II reġa' lura lejn is-Sirja. Din id-darba kellu suċċess kontra l-Ittiti. Matul din il-kampanja militari huwa qasam l-armata tiegħu fi tnejn. Qawwa ġiet immexxija minn ibnu, Amun-her-khepeshef, u attakkat lill-ġellieda tat-tribujiet Šhasu fid-Deżert ta' Negev u saħansitra sal-Baħar il-Mejjet, u ħatfet lil Edom-Seir. Imbagħad din il-qawwa ħatfet ukoll lil Moab. Il-qawwa l-oħra, immexxija minn Ramses innifsu, attakkat lil [[Ġerusalemm]] u [[Ġeriko tal-Qedem|Ġeriko]]. Huwa wkoll imbagħad daħal f'Moab, fejn ingħaqad ma' ibnu. L-armata magħquda mill-ġdid baqgħet sejra lejn Hesbon, Damasku u Kumidi, u finalment reġgħet ħatfet lil Upi (l-art madwar Damasku), u reġgħet ġiet stabbilita l-isfera ta' influwenza preċedenti tal-Eġittu.
==== Kampanji militari Sirjani suċċessivi ====
Ramses estenda s-suċċessi militari tiegħu fit-tmien u fid-disa' snin tar-renju tiegħu. Huwa qasam ix-xmara Nahr al-Kalb u għafas lejn it-Tramuntana f'Amurru. L-armati tiegħu rnexxielhom jaslu fit-Tramuntana sew, saħansitra sa Dapur, fejn ittellgħet [[statwa]] tiegħu. Il-faragħun Eġizzjan b'hekk sab lilu nnifsu fit-Tramuntana ta' Amurru, ferm lil hinn minn Kadesh, f'Tunip, fejn l-ebda suldat Eġizzjan qatt ma kien fi żmien [[Thutmose III]], kważi 120 sena qabel. Huwa wettaq assedju kontra Dapur qabel ma ħatafha u reġa' lura l-Eġittu. Sa Novembru 1272 Q.K., Ramses reġa' lura l-Eġittu f'[[Heliopolis]]. Ir-rebħa tiegħu fit-Tramuntana ma serviet għal xejn. Wara li aċċerta s-setgħa tiegħu fuq Kanaan, Ramses mexxa l-armata tiegħu lejn it-Tramuntana. Stele li kważi ma tinqarax fix-xmara Nahr al-Kalb qrib Bejrut, il-[[Libanu]], li milli jidher kienet tmur lura għat-tieni sena tar-re, x'aktarx li ġiet stabbilita hemmhekk fl-għaxar sena tar-renju tiegħu (1269 Q.K.). L-istrixxa rqiqa ta' territorju bejn Amurru u Kadesh ma baqgħetx stabbilment f'idejn l-Eġizzjani. Fi żmien sena, għaddiet f'idejn l-Ittiti, u b'hekk Ramses kellhu jissielet kontra Dapur mill-ġdid fl-għaxar sena tar-renju tiegħu. Din id-darba huwa sostna li ġġieled il-battalja saħansitra mingħajr ma qagħad jilbes l-armatura tiegħu, sa sagħtejn wara li beda l-ġlied. Sitta mill-ulied subien ta' Ramses li kienu għadhom żgħar ħafna ħadu sehem f'din il-ħakma. Huwa rnexxielu jieħu f'idejh l-irħula ta' Retjenu, u ta' Tunip f'Naharin, u iktar 'il quddiem dan ġie rreġistrat mal-ħitan tar-[[Ramesseum]]. Dan it-tieni suċċess fil-post ma serva għal xejn bħall-ewwel wieħed, peress li l-ebda setgħa ma rnexxielha tegħleb lill-oħra. Fit-tmintax-il sena tar-renju tiegħu, Ramses tella' stele f'Beth Shean, fid-19 ta' Jannar 1261 Q.K.
=== Trattat ta' Paċi mal-Ittiti ===
Fis-Sena 21 tar-renju ta' Ramses, huwa kkonkluda trattat ta' paċi mal-Ittiti magħruf fost l-istudjużi moderni bħala t-Trattat ta' Kadesh. Għalkemm dan it-trattat solva d-diżgwidi fir-rigward ta' Kanaan, l-impetu immedjat tiegħu milli jidher kien kriżi diplomatika li seħħet wara Ḫattušili III tela' fuq it-tron tal-Imperu tal-Ittiti. Ḫattušili rnexxielu jikseb il-poter billi ħeles min-neputi tiegħu Muršili III fil-Gwerra Ċivili tal-Ittiti li kienet qasira u qalila. Għalkemm ir-re preċedenti inizjalment intbagħat f'eżilju fis-Sirja, sussegwentement reġa' pprova jikseb il-poter u ħarab lejn l-Eġittu ladarba dawn it-tentattivi ġew skoperti.
Meta Ḫattušili talab l-estradizzjoni tiegħu, Ramses II ċaħad kwalunkwe għarfien dwar fejn kien jinsab. Meta Ḫattušili insista li Muršili kien fl-Eġittu, it-tweġiba ta' Ramses issuġġeriet li Ḫattušili kien qed jiġi mqarraq mis-sudditi tiegħu. Din it-talba wasslet għal kriżi, u ż-żewġ imperi ġew qrib li jidħlu fi gwerra kontra xulxin. Eventwalment, fit-tnejn u għoxrin sena tar-renju tiegħu (1259 Q.K.), Ramses ikkonkluda ftehim f'Kadesh biex jintemm il-kunflitt.
It-trattat ta' paċi ġie rreġistrat f'żewġ verżjonijiet, waħda bil-[[ġeroglifiċi Eġizzjani]], u l-oħra bl-Ittit, bl-użu tal-kitba kunejformi; iż-żewġ verżjonijiet għadhom jeżistu. Dan l-użu ta' żewġ [[Lingwa|lingwi]] kien komuni f'bosta trattati sussegwenti. Madankollu, dan it-trattat huwa differenti minn oħrajn, peress li ż-żewġ verżjonijiet lingwistiċi kien fihom għażla ta' [[Kelma|kliem]] differenti. Filwaqt li l-maġġoranza tat-test huwa identiku, il-verżjoni bl-Ittit tgħid li l-Eġizzjani ġew jitolbu għall-paċi u l-verżjoni bl-Ittit tgħid bil-kontra. It-trattat ingħata lill-Eġizzjani fil-forma ta' plakka tal-fidda, u din il-verżjoni portabbli ttieħdet lura l-Eġittu u tnaqqxet fit-[[Tempju ta' Karnak]]. Ir-rendikont Eġizzjan irreġistra li Ramses II rċieva t-tavli tat-trattat ta' paċi mal-Ittiti f'I Peret 21 tas-Sena 21, jiġifieri fl-10 ta' Novembru 1259 Q.K., skont il-"Kronoloġija Baxxa" standard li jużaw l-Eġittologi.
It-trattat ġie konkluż bejn Ramses II u [[Ḫattušili III]] fil-21 sena tar-renju ta' Ramses (għall-ħabta tal-1259 Q.K.). It-18-il artikolu tiegħu jappellaw għall-paċi bejn l-Eġittu u Hatti u mbagħad isostni li d-divinitajiet rispettivi tagħhom jeżiġu l-paċi wkoll. Il-fruntieri mhumiex stabbiliti f'dan it-trattat, iżda wieħed jista' jasal għalihom minn dokumenti oħra. Il-papir ta' Anastasy A jiddeskrivi Kanaan matul l-aħħar parti tar-renju ta' Ramses II u jelenka l-ismijiet tal-irħula kostali [[Feniċi]] taħt il-kontroll Eġizzjan. Ir-raħal portwali ta' Sumur, fit-Tramuntana ta' [[Byblos]], jissemma bħala l-iżjed raħal fit-Tramuntana taħt il-kontroll tal-Eġittu, u jiġi ssuġġerit li kien fih gwarniġjon Eġizzjan.
L-ebda kampanja militari Eġizzjana oħra f'Kanaan ma tissemma wara l-konklużjoni tat-trattat ta' paċi. Il-fruntiera tat-Tramuntana milli jidher kienet sikura u mingħajr inkwiet, għaldaqstant ir-renju tal-faragħun baqa' b'saħħtu sal-mewt ta' Ramses II, u d-deklin sussegwenti tad-dinastija. Meta r-Re ta' Mira pprova jinvolvi lil Ramses f'att ostili kontra l-Ittiti, l-Eġizzjani wieġbu li ż-żminijiet ta' intriċċi b'appoġġ għal Mursili III kienu għaddew. Ḫattušili III kiteb lil Kadashman-Enlil II, ir-re Kassit ta' Karduniaš ([[Babilonja]]) fl-istess spirtu, u fakkru fiż-żmien meta missieru, Kadashman-Turgu, kien offra li jiġġieled kontra Ramses II, ir-re tal-Eġittu. Ir-re tal-Ittiti ħeġġeġ lir-re tal-Babilonja biex jopponi għadu ieħor, li x'aktarx kien ir-re tal-[[Assirja]], peress li l-alleati tiegħu kienu qatlu lill-messaġġier tar-re Eġizzjan. Ḫattušili ħeġġeġ lil Kadashman-Enlil biex joffri l-għajnuna tiegħu u jipprevjeni li l-Assirjani jaqtgħu l-kollegament bejn il-provinċja Kanaanita tal-Eġittu u Mursili III, l-alleat ta' Ramses.
=== Kampanji militari Nubjani ===
Ramses II wettaq kampanja militari fin-Nofsinhar tal-ewwel parti tan-Nil lejn in-Nubja. Meta Ramses kellu madwar 22 sena, tnejn minn uliedu subien stess, inkluż Amun-her-khepeshef, akkumpanjawh f'mill-inqas waħda minn dawk il-kampanji militari. Sa żmien Ramses, in-Nubja kienet kolonja għal 200 sena, iżda l-ħakma tagħha ġiet imfakkra mill-ġdid fit-tiżjin tat-tempji mibnija minn Ramses II f'Beit el-Wali (li kien is-soġġett tax-xogħol epigrafiku mill-Istitut Orjentali matul il-kampanja militari tan-Nubja tas-snin 60 tas-seklu 20), Gerf Hussein u Kalabsha fit-Tramuntana tan-Nubja. Mal-ħajt tan-Nofsinhar tat-tempju ta' Beit el-Wali, Ramses II jintwera dieħel b'ruħu u ġismu għall-battalja kontra t-tribujiet fin-Nofsinhar tal-Eġittu f'karru tal-gwerra, filwaqt li uliedu subien iż-żgħar, Amun-her-khepsef u Khaemwaset, jidhru warajh, f'karrijiet tal-gwerra wkoll. Ħajt partikolari f'wieħed mit-tempji ta' Ramses fih kitba mnaqqxa li tgħid li kellu jiġġieled battalja ma' dawk it-tribujiet mingħajr l-għajnuna tas-suldati tiegħu.
=== Kampanji militari Libjani ===
Matul ir-renju ta' Ramses II, l-Eġizzjani kienu attivi b'mod evidenti tul medda ta' 300 kilometru (190 mil) tal-kosta Mediterranja, mill-inqas sa Zawyet Umm El Rakham, fejn instabu l-fdalijiet ta' fortizza deskritta mit-testi tagħha bħallikieku nbniet fuq l-art tal-Libjani. Għalkemm l-avvenimenti preċiżi b'rabta mal-istabbiliment tal-fortijiet u tal-fortizzi kostali mhumiex ċari, xi livell ta' kontroll [[Politika|politiku]] u militari kien hemm fir-reġjun biex setgħu jinbnew.
Ma hemm l-ebda rakkont dettaljat tat-twettiq ta' azzjonijiet militari kbar min-naħa ta' Ramses II kontra l-Libjani. Hemm biss rekords ġeneralizzati tal-ħakmiet u tar-rebħiet tiegħu kontrihom, li jaf jirreferu biss għal avvenimenti speċifiċi li ma ġewx irreġistrati. Jista' jkun li wħud mir-rekords, bħall-Istele ta' Aswan tat-tieni sena tar-renju tiegħu, jirreferu għall-preżenza ta' Ramses matul il-kampanji militari Libjani ta' missieru. X'aktarx li kien Seti I li kien kiseb dan il-kontroll fir-reġjun, u li ppjana li jistabbilixxi s-sistema difensiva b'mod simili għal kif wettaq ir-rikostruzzjoni tas-sistemi tal-Lvant fil-Mogħdijiet ta' Horus madwar it-Tramuntana tas-Sinaj.
== Festivals ta' Sed ==
Mit-28 sena tar-renju tiegħu, Ramses II ta preferenza lid-divinità Amun fuq kull divinità oħra, kif joħroġ fid-dieher fit-testi ta' żewġ ''ostraca'' (bċejjeċ bil-kitba jew bit-tpittir) separati li ġew skoperti f'Deir el-Medina.
Skont it-tradizzjoni, fit-30 sena tar-renju tiegħu, Ramses iċċelebra ġublew magħruf bħala l-festival ta' Sed. Dan kien isir biex jingħata ġieħ lill-faragħun u tiġġedded il-qawwa tiegħu. Diġà lejn nofs is-66 sena tar-renju tiegħu, Ramses kien qabeż lil kważi l-predeċessuri l-kbar kollha tiegħu bħala kisbiet. Huwa kien ġab il-paċi, żamm u saħħaħ il-fruntieri Eġizzjani, u bena bosta monumenti madwar l-imperu tiegħu. Pajjiżu kien l-iktar prosperuż u setgħan matul ir-renju tiegħu meta mqabbel ma' kważi sekli sħiħ.
Tradizzjonalment il-festivals ta' Sed kienu jsiru kull tliet snin wara t-30 sena tar-renju; Ramses II, li xi kultant kien jorganizzahom wara sentejn, eventwalment iċċelebra saħansitra tlettax jew erbatax-il festival, xi ħaġa bla preċedent.
== Proġetti ta' kostruzzjoni u monumenti ==
Fit-tielet sena tar-renju tiegħu, Ramses beda l-iżjed proġett ambizzjuż ta' kostruzzjoni wara l-[[Piramidi Eġizzjani|piramidi]], li nbnew kważi 1,500 sena qabel. Ramses bena b'mod estensiv mid-Delta san-Nubja, "u kesa l-art b'binjiet b'mod li l-ebda monarka qablu kien għamel".
Uħud mill-attivitajiet imwettqa kienu ffukati fuq l-immudellar mill-ġdid jew l-isfruttament ta' xogħlijiet eżistenti, filwaqt li ntużaw tekniki mtejba tal-kostruzzjoni, u l-arti ntużat bħala propaganda.
* F'[[Tebe (Eġittu)|Tebe]], it-tempji tal-qedem ġew ittrasformati sabiex kull wieħed minnhom ġie jagħti ġieħ lil Ramses bħala simbolu tan-natura u tas-setgħa divini putattivi tiegħu.
* Ir-riljievi eleganti iżda mhux fondi tal-faragħuni preċedenti ġew ittrasformati faċilment, għaldaqstant ix-xbihat u l-kliem li kienu jirreferu għalihom setgħu jitħassru faċilment mis-suċċessuri tagħhom. Ramses insista li t-tinqix tiegħu jitnaqqxu fil-fond fil-ġebel, biex b'hekk mhux biss ma jkunux jistgħu jinbidlu fil-ġejjieni, iżda jkunu iktar prominenti fix-[[xemx]] Eġizzjana, u b'hekk tiġi riflessa r-relazzjoni tiegħu mad-divinità tax-xemx, Ra.
* Ramses uża l-arti bħala mezz ta' propaganda għar-rebħiet tiegħu fuq il-barranin, li ntwerew f'diversi riljievi fit-tempji.
* Il-[[Ġeroglifiċi Eġizzjani|ġeroglifiċi]] tiegħu jintwerew b'mod prominenti saħansitra fil-binjiet li ma nbnewx minnu.
* Huwa stabbilixxa belt kapitali ġdida fid-Delta matul ir-renju tiegħu, imsejħa Pi-Ramses. Fl-imgħoddi kienet tospita l-palazz tas-sajf matul ir-renju ta' Seti I.
* Ramses II kabbar l-operazzjonijiet tal-esplorazzjoni u tat-tħaffir għad-deheb f'Akuyati (illum il-ġurnata Wadi Allaqi).
Ramses wettaq ukoll bosta proġetti ġodda tal-kostruzzjoni. Tnejn mill-ikbar xogħlijiet tiegħu, apparti Pi-Ramses, kienu l-kumpless tat-tempju ta' [[Abu Simbel]] u r-Ramesseum, tempju mortwarju fil-Punent ta' Tebe.
=== Pi-Ramses ===
Ramses II ttrasferixxa l-belt kapitali tar-renju tiegħu minn Tebe fil-wied tan-Nil lejn sit ġdid fil-Lvant tad-Delta. Mhuwiex ċert għalfejn għamel dan, għalkemm x'aktarx li xtaq ikun eqreb għat-territorji tiegħu f'Kanaan u fis-Sirja. Il-belt il-ġdida ta' Pi-Ramses (jew bl-isem sħiħ, ''Pi-Ramses Aa-nakhtu'', li tfisser "Dominju ta' Ramses, Kbir fir-Rebħ") kienet dominata minn tempji enormi u mill-palazz residenzjali enormi tiegħu, li kellu saħansitra żu privat. Fis-seklu 10 W.K., l-eżeġeta tal-[[Bibbja]] r-Rabbi Saadia Gaon kien jemmen li s-sit Bibbliku ta' Ramses kellu jiġi identifikat f'Ain Shams. Għal xi żmien, fil-bidu tas-seklu 20, is-sit ġie identifikat bi żball bħala dak ta' Tanis, minħabba l-ammont ta' statwi u materjal ieħor minn Pi-Ramses li nstab hemmhekk, iżda issa huwa rikonoxxut li l-fdalijiet ta' Ramses f'Tanis twasslu hemmhekk minn xi mkien ieħor, u l-Pi-Ramses reali tinsab madwar 30 kilometru (18.6-il mil) fin-Nofsinhar, qrib Qantir. Is-saqajn kolossali tal-istatwa ta' Ramses huma kważi l-uniċi fdalijiet li mhumiex mirdumin taħt l-art; il-kumplament għadhom mirdumin.
=== Ramesseum ===
Il-kumpless tat-tempju li nbena minn Ramses II bejn Qurna u d-deżert ilu magħruf bħala r-Ramesseum jew ir-Ramessew mis-seklu 19. L-istoriku Grieg Diodorus Siculus issaħħar quddiem it-tempju ġgantesk li issa jinsab f'qagħda ta' fdalijiet.
It-tempju orjentat mill-Majjistra għal-Lbiċ kien preċedut minn żewġ spazji kkonfinati fil-beraħ. Pilastru enormi kien jinsab wieqaf quddiem l-ewwel spazju, bil-palazz irjali fuq ix-xellug u l-istatwa ġganteska tar-re fuq wara. Frammenti tal-bażi u tas-sider biss għadhom jeżistu mill-istatwa tas-sijenit tal-faragħun, għoli 17-il metru (56 pied) u b'piż ta' iktar minn 1,000 tunnellata. Mal-pilastru hemm xeni tal-faragħun u tal-armata tiegħu jittrijonfaw kontra l-qawwiet tal-Ittiti li ħarbu qabel Kadesh. Il-fdalijiet tat-tieni spazju jinkludu parti mill-faċċata interna tal-pilastru u parti mill-portiku ta' Osiride fuq il-lemin. Mal-ħitan jittennew xeni ta' gwerra u l-irtirar allegat tal-Ittiti f'Kadesh. Man-naħat ta' fuq hemm xeni ta' festini u ġieħ lid-divinità fallika Min, l-alla tal-fertilità.
Fuq in-naħa opposta tal-ispazju msemmi hawn fuq, il-ftit pilastri ta' Osiride u kolonni li għad hemm jaf jagħtu ħjiel tal-kobor oriġinali. Hemm ukoll il-fdalijiet sparpaljati taż-żewġ statwi tar-re bilqiegħda, waħda tal-granit roża u l-oħra tal-granit iswed, li xi darba kienu biswit id-daħla tat-tempju. 39 mill-40 kolonna fis-sala l-kbira tal-kolonni (41 metru b'31 metru) għadhom weqfin fir-ringieli ċentrali. Dawn huma mżejnin bix-xeni tas-soltu tar-re u b'diversi divinitajiet. Parti mis-saqaf, imżejjen bi [[Stilla|kwiekeb]] tad-deheb fuq sfond [[Ikħal|blu]], ġie ppreservat ukoll. It-tfal ta' Ramses jidhru f'purċissjoni mal-ftit ħitan tax-xellug. Is-santwarju kien magħmul minn tliet kmamar konsekuttivi, bi tmien kolonni u sala b'erba' kolonni. Parti mill-ewwel kamra, bis-saqaf imżejjen b'xeni astrali, u ftit fdalijiet tat-tieni kamra kollha jinsabu fuq ix-xellug. Imħażen enormi mibnija bil-brikks tat-tajn kienu jinsabu madwar it-tempju. Qalb il-fdalijiet instabu wkoll traċċi ta' skola għall-iskribi.
Fl-imgħoddi, lejn il-lemin tas-sala tal-kolonni kien hemm tempju ta' Seti I, li ma għad fadal xejn minnu ħlief il-pedamenti.
=== Abu Simbel ===
Fl-1255 Q.K., Ramses u r-reġina tiegħu Nefertari kienu vvjaġġaw lejn in-Nubja biex jinawguraw tempju ġdid, Abu Simbel. Jingħad li jirrappreżenta l-ego tal-faragħun imnaqqax fil-ġebel; ir-raġel li bnieh mhux biss kellu l-ħsieb li jsir l-ikbar faragħun tal-Eġittu tal-qedem, iżda anke waħda mid-divinitajiet tiegħu.
It-tempju ta' Abu Simbel ġie skopert fl-1813 mill-Orjentalist u l-vjaġġatur [[Żvizzera|Żvizzeru]] [[Johann Ludwig Burckhardt]]. Munzell enormi ta' ramel kważi għatta għalkollox il-faċċata u l-istatwi kolossali tat-tempju, u imblokka d-daħla għal 4 snin oħra. L-esploratur minn [[Padova]], l-[[Italja]], [[Giovanni Battista Belzoni]], wasal fuq ġewwa tat-tempju fl-4 ta' Awwissu 1817.
=== Monumenti Nubjani oħra ===
Apparti t-tempju ta' Abu Simbel, Ramses ħalla warajh monumenti oħra ddedikati lilu stess fin-Nubju. Il-kampanji militari bikrin tiegħu jintwerew mal-ħitan tat-Tempju ta' Beit el-Wali (issa rilokat lejn Kalabsha l-Ġdida). Tempji oħra ddedikati lil Ramses huma Derr u Gerf Hussein (li ġew rilokati wkoll lejn Kalabsha l-Ġdida). Għat-tempju ta' Amun f'[[Gebel Barkal]], il-pedamenti tat-tempju x'aktarx li jmorru lura għal żmien ir-renju ta' [[Thutmose III]], filwaqt li t-tempju ssawwar matul ir-renju tiegħu u dak ta' Ramses II.
=== Skoperti arkeoloġiċi oħra ===
L-istatwa kolossali ta' Ramses II tmur lura 3,200 sena, u oriġinarjament ġiet skoperta f'sitt biċċiet f'tempju qrib Memphis, l-Eġittu. L-istatwa tiżen xi 83 tunnellata u ġiet ittrasportata, rikostruwita u mwaqqfa fil-Pjazza ta' Ramses fil-Kajr fl-1955. F'Awwissu 2006, il-kuntratturi rrilokawha biex isalvawha mid-dħaħen tal-egżost li kienu qed iwasslu biex titmermer. Is-sit il-ġdid jinsab qrib il-[[Mużew Eġizzjan il-Kbir]].
Fl-2018, grupp ta' arkeologi fil-kwartier ta' Matariya fil-Kajr skopra biċċiet ta' kabina b'siġġu, li abbażi tal-istruttura u tal-età tagħhom, jaf intużaw minn Ramses. "Il-kompartiment irjali jikkonsisti minn erba' tarġiet li jwasslu għal pjattaforma kubika, li x'aktarx li kienet il-bażi tas-siġġu tar-re matul iċ-ċelebrazzjonijiet jew l-okkażjonijiet pubbliċi", bħall-inawgurazzjoni ta' Ramses u l-festivals ta' Sed. Jaf intuża wkoll minn oħrajn fi żmien ir-renju ta' Ramses, skont il-kap tal-missjoni. Il-missjoni tal-iskavi sabet ukoll "kollezzjoni ta' skarabej, amuleti, reċipjenti tat-tafal u blokok imnaqqxin bil-ġeroglifiċi".
F'Diċembru 2019, bust irjali tal-granit aħmar ta' Ramses II nstab minn missjoni arkeoloġika Eġizzjana fil-villaġġ ta' Mit Rahina f'Giza. Il-bust kien ta' Ramses II liebes parrokka b'simbolu ta' "Ka" fuq rasu. Id-dimensjonijiet tiegħu kienu wisa' ta' 55 cm (21.65 pulzier), ħxuna ta' 45 cm (17.71 pulzier) u tul ta' 105 cm (41.33 pulzier). Flimkien mal-bust, instabu blokok tal-[[ġebla tal-ġir]] b'xeni ta' Ramses II matul ir-ritwal [[Reliġjon|reliġjuż]] ta' Heb-Sed. "Din l-iskoperta titqies bħala waħda mill-iżjed skoperti arkeoloġiċi rari. Din hija l-ewwel statwa tal-granit ta' Ka li qatt ġiet skoperta. L-unika statwa ta' Ka li kienet instabet qabel hija tal-injam u kienet ta' wieħed mir-rejiet tat-13-il dinastija tal-Eġittu tal-qedem. Din tinsab għall-wiri fil-Mużew Eġizzjan fil-Pjazza ta' Tahrir", sostna l-arkeologu [[Mostafa Waziri]].
F'Mejju 2023, arkeologu Franċiż mill-Università ta' Sorbonne f'Pariġi identifika parti mis-sarkofagu tal-granit oriġinali ta' Ramses II. Il-framment tas-sarkofagu tal-granit reġa' ntuża minn patri mlaħħaq tal-21 dinastija msejjaħ Menkheperre għall-ħabta tal-1000 Q.K. iżda s-sid oriġinali tiegħu ma kienx magħruf qabel l-analiżi bir-reqqa ta' [[Frédéric Payraudeau]] wasslet għall-iskoperta tal-ġeroglifiċi ta' isem Ramses II fuqu. Is-sarkofagu jmur lura għall-ħabta tal-1279-1213 Q.K., u b'hekk huwa allinjat mar-renju ta' Ramses II. "Id-disinn u l-kitbiet imnaqqxa elaborati tiegħu jenfasizzaw id-drawwiet artistiċi u reliġjużi ta' dan iż-żmien". Payraudeau jistqarr fl-istudju tiegħu ppubblikat f'''Revue d'Égyptologie'':
: "Il-kwalità tal-artiġjanat u r-referenzi speċifiċi għal divinitajiet bħal Ra u Osiris jindikaw bis-saħħa li dan is-sarkofagu inizjalment kien maħsub għal Ramses II".
F'Settembru 2024, ġie ppubblikat li matul skavi arkeoloġiċi ta' forti ta' 3,200 sena ilu tul in-Nil, ir-riċerkaturi sabu xabla tad-deheb b'isem Ramses II fuqha.
== Mewt u dfin ==
L-istudjuż Eġizzjan Manetho (is-seklu 3 Q.K.) attribwixxa lil Ramses renju ta' 66 sena u xahrejn.
Saż-żmien ta' mewtu, meta kellu madwar 90 sena, Ramses kien ibati minn problemi serji tas-snien, mill-artrite, mit-twebbis tal-arterji u minn mard tal-[[qalb]]. Huwa wassal biex l-Eġittu jistagħna mill-provvisti u mit-teżori kollha li kiseb minn imperi oħra, u għex iktar minn bosta min-nisa u t-tfal tiegħu u ħalla warajh imfakar kbar mal-Eġittu kollu. Disa' faragħuni oħra ħadu isem Ramses biex jagħtuh ġieħ.
=== Mumja ===
Oriġinarjament Ramses II ndifen fil-qabar KV7 fil-Wied tar-Rejiet, iżda minħabba s-serq fil-wied, il-patrijiet iktar 'il quddiem ittrasferew il-katavru lejn post ieħor, reġgħu kebbuh, u poġġewh fi ħdan il-qabar tar-reġina [[Ahmose Inhapy]]. 72 siegħa wara reġa' ġie ttrasferit lejn il-qabar tal-patri mlaħħaq [[Pinedjem II]]. Dan kollu ġie rreġistrat fil-ġeroglifiċi fuq l-għażel li kien imkebbeb fih il-katavru. Il-mumja tiegħu eventwalment ġiet skoperta fl-1881 fil-qabar TT320 fi ħdan tebut ordinarju tal-injam użat mill-ġdid u issa jinsab fil-Mużew Nazzjonali taċ-Ċivilizzazzjoni Eġizzjana fil-Kajr (sat-3 ta' April 2021 kienet tinsab fil-Mużew Eġizzjan).
Il-mumja tal-faragħun tiżvela li kellu mnieħer mgħawweġ u xedaq b'saħħtu. Il-mumja fiha madwar 1.7 metru (5 piedi 7 pulzieri). [[Gaston Maspero]], li kien l-ewwel wieħed li neħħa t-tkebbib tal-għażel mill-mumja ta' Ramses II, jikteb li "fuq xbinu hemm ftit xagħriet ħfief, iżda ma' rasu x-xagħar huwa pjuttost oħxon, u jifforma troffiet dritti u lixxi twal madwar 5 ċentimetri. Filwaqt li fil-mument ta' mewtu, u x'aktarx peress li xagħru kien kannella fl-aħmar matul ħajtu, xagħru ngħata ż-żebgħa ta' lewn aħmar ċar bil-ħwawar (henna) li jintużaw fil-preservazzjoni tal-katavru ... il-mustaċċi u d-daqna huma rqaq. ... Ix-xagħriet huma bojod, bħal dawk ta' rasu u ta' ħaġbejh ... il-ġilda hija ta' lewn kannella qisha ħamrija fl-iswed ... wiċċ il-mumja jagħti idea tajba ta' wiċċ ir-re meta kien ħaj".
Skont l-Eġittologu [[Frank J. Yurco]], il-mumja kellha fattizzi karatteristiċi tat-Tramuntana tal-Eġittu bħal Ramses II li oriġinaw mill-kostitwenza tal-Grigal imbiegħed tal-Eġittu, minflok ma oriġinaw mir-reġjuni tan-Nofsinhar bħal fil-każ tat-12-il dinastija, tas-17-il dinastija u tat-18-il dinastija. Fil-fehma tiegħu, dan irrifletta firxa usa' ta' varjazzjoni fiżika u taħlit fost id-dinastiji rjali Eġizzjani.
Fl-1975, [[Maurice Bucaille]], [[tabib]] Franċiż, eżamina l-mumja fil-Mużew tal-Kajr u sab li kienet f'kundizzjoni batuta. Il-President Franċiż [[Valéry Giscard d'Estaing]] irnexxielu jikkonvinċi l-awtoritajiet Eġizzjani jibagħtu l-mumja lejn Franza biex isirilha trattament. F'Settembru 1976, intlaqgħet fl-Ajruport ta' Pariġi–Le Bourget bl-unuri militari kollha li normalment isiru għall-wasla ta' re, imbagħad ittieħdet f'laboratorju fil-Musée de l'Homme. L-għajdut persistenti li l-mumja nħarġilha passaport għall-vjaġġ mhumiex korretti, iżda jaf huma bbażati fuq il-kelma Franċiża ''passeport'' li jaf intużat biex tiġi deskritta d-dokumentazzjoni estensiva meħtieġa.
Il-mumja ġiet ittestjata b'mod forensiku fl-1976 minn [[Pierre-Fernand Ceccaldi]], il-kap xjenzat forensiku fil-Laboratorju tal-Identifikazzjoni Kriminali ta' Pariġi. Ceccaldi osserva li l-mumja kellha xagħar ħamrani kemxejn innuklat. Minn dan il-fattizz flimkien mal-karatteristiċi tal-kranju, huwa kkonkluda li Ramses II kellu fattizzi "tipiċi ta' Berberu", għaldaqstant – skont l-analiżi ta' Ceccaldi – ta' ġilda ċara. Wara spezzjoni mikroskopika sussegwenti tal-għeruq ta' xagħar Ramses II ntwera li x-xagħar tar-re oriġinarjament kien aħmar. Għad-differenza ta' Maspero, li kien issopona li x-xagħar kien ingħata ż-żebgħa matul il-proċess ta' mummifikazzjoni, Bucaille kkonferma li x-xagħar aħmar kien naturali, u dan jissuġġerixxi li kien ġej minn familja li kellhom xagħarhom aħmar. Dan il-fatt għandu importanza akbar milli waħda kożmetika biss: fl-Eġittu tal-qedem in-nies li kellhom xagħar aħmar kienu assoċjati mad-divinità Set, il-qattiel ta' Osiris, u b'hekk l-għadu ta' Horus (iben Osiris). Barra minn hekk, ġie nnotat li Ramses kellu rabtiet tal-familja ma' Set; isem missier Ramses II, Seti I, ifisser "segwaċi ta' Set", u missier Seti, [[Ramses I]], kien qeda r-rwol ta' patri mlaħħaq ta' Set skont Amenhotep III. [[Cheikh Anta Diop]] maqdar ir-riżultati tal-istudju, u sostna li l-istruttura tal-morfoloġija tax-xagħar ma tistax tiddetermina l-etniċità ta' mumja u li studju komparattiv missu qies in-Nubjani fl-Eġittu ta' Fuq qabel ma ntlaħaq ġudizzju konklużiv.
Fl-2006, il-pulizija Franċiża arrestat raġel li pprova jbigħ diversi trofof ta' xagħar Ramses fuq l-internet. [[Jean-Michel Diebolt]] qal li kien kisibhom mingħand missieru, li kien parti mit-tim tal-analiżi fis-snin 70 tas-seklu 20. Dawn ġew irritornati lill-Eġittu s-sena ta' wara. Huwa maħsub li l-artrite ta' Ramses II wasslet biex jimxi b'dahar imħatteb għall-aħħar deċennji ta' ħajtu. Studju tal-2004 eskluda l-''ankylosing spondylitis'' (artrite inflammatorja kronika) bħala kawża possibbli u ppropona l-iperostożi skeletali idjopatika diffuża bħala alternattiva possibbli, u dan ġie kkonfermat minn xogħol iktar reċenti. Ġiet individwata toqba sinifikanti fil-mandibola tal-faragħun. Ir-riċerkaturi osservaw "infjammazzjoni bil-materja qrib snienu li kienet serja biżżejjed biex setgħet ikkawżat il-mewt b'infezzjoni, għalkemm dan ma jistax jiġi ddeterminat b'ċertezza".
Wara li ġiet irradjata f'tentattiv li jiġu eliminati l-fungi u l-insetti, il-mumja ġiet irritornata minn Pariġi lejn l-Eġittu f'Mejju 1977.
F'April 2021, il-mumja ta' Ramses II ġiet ittrasferita mill-Mużew Eġizzjan l-antik lejn il-Mużew Nazzjonali l-ġdid taċ-Ċivilizzazzjoni Eġizzjana flimkien ma' dawk ta' 17-il re ieħor u erba' rġejjen f'avveniment imlaqqam bħala l-"Parata tad-Deheb tal-Faragħuni".
=== Dfin tan-nisa u tal-qrabat ===
==== Qabar ta' Nefertari ====
Il-qabar tal-iżjed konsorti importanti ta' Ramses ġie skopert minn [[Ernesto Schiaparelli]] fl-1904. Għalkemm insterqu xi rikkezzi minn fi żmien il-qedem, il-qabar ta' Nefertari huwa estremament importanti, peress li t-tiżjin bit-tpittir mal-ħitan tiegħu jitqies bħala waħda mill-ikbar kisbiet tal-arti tal-Eġittu tal-qedem. Sett ta' taraġ imħaffer fil-blat jagħti aċċess lill-antikamra tal-qabar, li hija mżejna bi tpittir ibbażat fuq il-Kapitlu 17 tal-Ktieb tal-Mejtin. Is-saqaf [[Astronomija|astronomiku]] jirrappreżenta s-smewwiet u huwa mpitter bi blu skur, b'bosta stilel b'ħames ponot lewn id-deheb. Il-ħajt tal-Lvant tal-antikamra huwa interrott minn fetħa kbira u maġenbha hemm rappreżentazzjoni ta' Osiris fuq ix-xellug u oħra ta' Anubis fuq il-lemin; din tagħti għal kompartiment laterali, imżejjen b'xeni ta' offerti, preċedut minn vestibolu bi tpittir ta' Nefertari ppreżentata lid-divinitajiet, li jilqgħuha. Mal-ħajt tat-Tramuntana tal-antikamra tal-qabar hemm taraġ li jinżel 'l isfel sal-kompartiment tad-dfin, kamra kwadrangolari enormi b'erja ta' madwar 90 metru kwadru (970 pied kwadru), b'saqaf astronomiku mirfud minn erba' pilastri, imżejna għalkollox. Oriġinarjament, is-sarkofagu tal-granit aħmar tar-reġina kien jinsab f'nofs dan il-kompartiment. Skont id-duttrini reliġjużi ta' dak iż-żmien, kien f'dan il-kompartiment, li l-Eġizzjani tal-qedem kienu jsejħulu bħala s-Sala tad-Deheb, li kienet isseħħ ir-riġenerazzjoni tal-mejjet. Din il-pittogramma dekorattiva tal-ħitan fil-kompartiment tad-dfin ġiet ispirata mill-Kapitli 144 u 146 tal-Ktieb tal-Mejtin: fin-nofs tax-xellug tal-kompartiment hemm siltiet mill-Kapitlu 144 rigward id-daħliet u l-bibien tar-renju ta' Osiris, il-gwardjani tagħhom, u l-formuli maġiċi li kellhom jingħadu mill-mejjet sabiex jgħaddi minn dawk il-bibien.
==== Qabar KV5 ====
Fl-1995, il-Professur [[Kent Weeks]], il-kap tal-Proġett tal-Immappjar ta' Tebe, reġa' skopra l-qabar KV5. Intwera bil-provi li kien l-ikbar qabar fil-Wied tar-Rejiet, u oriġinarjament kien fih il-fdalijiet immummifikati ta' wħud mit-52 iben li huwa stmat li kellu r-re. Bejn wieħed u ieħor, sal-2006 nstabu 150 kuritur u kompartiment f'dan il-qabar u jaf fih saħansitra 200 kuritur u kompartiment. Huwa maħsub li mill-inqas erba' wlied subien ta' Ramses, inkluż Meryatum, Sety, Amun-her-khepeshef (l-ewwel iben ta' Ramses) u "l-Iben Prinċipali tar-Re, il-Ġeneralissimo Ramses, iġġustifikat" (jiġifieri l-mejjet) indifnu hemmhekk skont il-kitbiet imnaqqxa jew impittra, ''ostraca'' jew buqari kanopiċi skoperti fil-qabar. [[Joyce Tyldesley]] kitbet li sa issa:<blockquote>ma ġiet skoperta l-ebda difna intatta u ma tantx kien hemm detriti funebri sostanzjali: eluf ta' bċejjeċ tal-fuħħar, figuri ''ushabti'' tal-fajjenza, żibeġ, amuleti, frammenti ta' buqari kanopiċi, ta' twiebet tal-injam ... iżda l-ebda sarkofagu intatt, mumja jew kontenituri bil-mumji, li jissuġġerixxi li l-biċċa l-kbira tal-qabar jaf ma kienx intuża. Dawk id-difniet li saru fil-qabar KV5 u r-rikkezzi tagħhom insterqu fi żmien il-qedem, u b'hekk ma nstabux wisq fdalijiet.</blockquote>
== Fil-letteratura u fl-arti ==
Ramses huwa l-bażi għall-[[poeżija]] ta' [[Percy Bysshe Shelley]] "Ozymandias". Diodorus Siculus iżid kitba mnaqqxa fil-bażi ta' waħda mill-iskulturi tiegħu li tgħid: "Jien ir-Re tar-Rejiet, Osymandias. Li kieku xi ħadd ikun jaf kemm jien kbir u fejn ninsab, ħalluh jaqbeż wieħed mix-xogħlijiet tiegħi". Din hija parafrażi fil-poeżija ta' Shelley.
Il-ħajja ta' Ramses II ispirat bosta rappreżentazzjonijiet fittizji, inkluż ir-rumanzi storiċi tal-kittieb Franċiż [[Christian Jacq]], is-sensiela ta' ''Ramsès''; ir-rumanz grafiku ''Watchmen'', fejn il-karattru ta' Adrian Veidt juża lil Ramses II biex jifforma parti mill-ispirazzjoni tal-alterego tiegħu, Ozymandias; ir-rumanz ta' [[Norman Mailer]] ''Ancient Evenings'', li fil-biċċa l-kbira għandu x'jaqsam mal-ħajja ta' Ramses II, iżda mill-perspettiva tal-Eġizzjani li għexu matul ir-renju ta' [[Ramses IX]]; u l-ktieb ta' [[Anne Rice]] ''The Mummy jew Ramses the Damned'' (1989), fejn Ramses kien il-karattru prinċipali. F'''The Kane Chronicles'' Ramses huwa antenat tal-karattri prinċipali Sadie u Carter Kane. Ramses II huwa wieħed mill-karattri fil-logħba elettronika ''Civilization V'', u huwa wkoll preżenti bħala kontenut addizzjonali li jista' jitniżżel għal-logħba ta' wara, ''Civilization VI''.
Il-grupp tal-East Village underground rock The Fugs irrilaxxa l-kanzunetta tiegħu "Ramses II Is Dead, My Love" fl-album tiegħu tal-1968 ''It Crawled into My Hand, Honest''.
Ramses II huwa l-karattru prinċipali fil-ktieb tal-fizzjoni ''The Heretic Queen'' ta' [[Michelle Moran]] li ġie ppubblikat fl-2008. Huwa rumanz dwar il-ġrajja ta' mħabba u l-ewwel snin taż-żwieġ tal-faragħun Ramses u r-reġina Nefertari, fiż-żmien meta Ramses ikun qed jipprova jiddeċiedi min se jkun ir-reġina bejn iż-żewġ nisa tiegħu, Nefertari u Iset. Nefertari hija orfni u bint ir-reġina Mutnodjmet u l-Ġeneral Nakhtmin, in-neputija tar-reġina Nefertiti u l-faragħun Ankhenaten. Il-ktieb jiġi rrakkontat mill-perspettiva ta' Nefertari u huwa fizzjoni, iżda jittratta dwar bosta avvenimenti storiċi matul il-bidu tar-renju ta' Ramses u jsemmi bosta nies storiċi. B'hekk il-qarrejja jingħataw ħjiel ta' kif setgħet kienet il-ħajja ta' dawn in-nies storiċi.
=== Bħala l-faragħun tal-Eżodu ===
Though scholars generally do not recognize the biblical portrayal of the Exodus as an actual historical event, various historical pharaohs have been proposed as the corresponding ruler at the time the story takes place.
Though Ramses II is often portrayed in films and popular media as the Pharaoh of the Exodus, this is in dispute by historical evidence to the contrary from Egyptologists. Numerous biblical passages, including the singular verse highlighted by proponents (Exodus 1:11), reveal that neither Ramses II or any of the Ramesside Dynasty pharaohs could have been the pharaoh during The Exodus. In 2023, Mostafa Waziry, who was then secretary-general of Egypt's Supreme Council of Antiquities, said that there is no archaeological or historical evidence in Egyptian antiquities that indicates Ramses II is the Pharaoh of the Exodus, or any other Egyptian king, and added the Hyksos were the ruling power at the time. In addition, academic research points to a lack of archeological evidence of Israelite labor, and no references of foreign slave labor in state projects in Egyptian records of the time in the construction of Pi-Ramsses, or any other cities.
Jewish historian Lester L. Grabbe wrote in ''The Dawn of Israel: A History of Canaan in the Second Millennium BCE'', that the association of Ramses II with the Exodus and its associated stories in the Bible are because of his historical prominence. "Strangely, though, it is often proposed that the exodus and/or conquest of Canaan by the Israelites took place under his reign – apparently overlooking that he was one of the strongest of the pharaohs who had a firm hold of the whole region well into Syria and reigned for so much of the thirteenth century – and did not drown in the Red Sea. One cannot imagine an Egypt devastated by plagues, with a huge population leaving the country and an army destroyed in the wilderness near the Red Sea, as compatible with everything we know about this ruler." he wrote.
He is cast in this role in the 1944 novella ''The Tables of the Law'' by Thomas Mann. Although not a major character, Ramses appears in Joan Grant's ''So Moses Was Born'', a first-person account from Nebunefer, the brother of Ramose, which paints a picture of the life of Ramose from the death of Seti, replete with the power play, intrigue, and assassination plots of the historical record, and depicting the relationships with Bintanath, Tuya, Nefertari, and Moses.
In the film, Ramses is played by Yul Brynner in Cecil B. DeMille's classic ''The Ten Commandments'' (1956). Here Ramses is portrayed as a vengeful tyrant as well as the main antagonist of the film, ever scornful of his father's preference for Moses over "the son of [his] body". The animated film ''The Prince of Egypt'' (1998) also features a depiction of Ramses (voiced by Ralph Fiennes, for both the speaking and the singing), portrayed as Moses' adoptive brother, and ultimately as the film's villain with essentially the same motivations as in the earlier 1956 film. Joel Edgerton played Ramses in the 2014 film ''Exodus: Gods and Kings''. Sérgio Marone plays Ramses in the 2015–2016 Brazilian telenovela series ''Os Dez Mandamentos'' (English: 'The Ten Commandments').
In the 2013 miniseries ''The Bible'', he is portrayed by Stewart Scudamore.
Ali Gomaa announced in 2020 that when there were tests run on the body of Ramses, the reason of death was found to be suffocation. Egyptian archaeologist Zahi Hawass however states that it's not possible to know whether he died of drowning or not, as the lungs are not present in the mummy.
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
[[Kategorija:Faragħuni]]
[[Kategorija:Eġittu l-Antik]]
3vyo9yd6vgwdbr93b2crwu77pa3um1z
329446
329436
2026-04-20T14:33:46Z
Trigcly
17859
/* Bħala l-faragħun tal-Eżodu */

Għalkemm l-istudjużi ġeneralment ma jagħrfux id-deskrizzjoni Bibblika tal-Eżodu bħala avveniment storiku li seħħ effettivament, diversi faragħuni storiċi ġew proposti bħala l-mexxej korrispondenti ta' żmien dik il-ġrajja.
Għalkemm Ramses II spiss jintwera fil-films u fil-midja popolari bħala l-faragħun tal-Eżodu, ma hemmx qbil minħabba l-evidenza storika kontrarja ppreżentata mill-Eġittologi. Bosta siltiet mill-Bibbja, inkluż il-vers singolari li jiġi kkwotat minn bosta (Eżodu 1:11), jiżvelaw li la Ramses II u lanqas xi ħadd mill-faragħuni tad-dinastija Ramses ma seta' jkun il-faragħun ta' żmien l-Eżodu. Fl-2023, Mostafa Waziry, li dak iż-żmien kien is-segretarju ġenerali tal-Kunsill Suprem tal-Antikitajiet tal-Eġittu sostna li ma hemm l-ebda evidenza arkeoloġika jew storika fl-antikitajiet Eġizzjani li tindika lil Ramses II bħala l-faragħun tal-Eżodu, jew xi re Eġizzjan ieħor, u żied li l-Hyksos kienu fit-tmun dak iż-żmien. Barra minn hekk, ir-riċerka akkademika tindika li hemm nuqqas ta' evidenza arkeoloġika rigward il-forza tax-xogħol Iżraelita, u l-ebda referenza għal [[Skjavitù|skjavi]] barranin fil-proġetti statali fir-rekords Eġizzjani ta' żmien il-kostruzzjoni ta' Pi-Ramses jew ta' kwalunkwe belt oħra.
L-istoriku Lhudi Lester L. Grabbe kiteb f'''The Dawn of Israel: A History of Canaan in the Second Millennium BCE'', li l-assoċjazzjoni ta' Ramses II mal-Eżodu u l-ġrajjiet assoċjati fil-Bibbja huma dovuti għall-prominenza storika tiegħu. Huwa kiteb: "Madankollu, għal xi raġuni stramba jiġi propost li l-Eżodu u/jew il-ħakma ta' Kanaan mill-Iżraeliti seħħew matul ir-renju tiegħu – u donnhom jinjoraw li huwa kien wieħed mill-iżjed faragħuni b'saħħithom u li kellu f'idejh sew ir-reġjun kollu sas-Sirja, u li rrenja saħansitra tas-seklu 13 – u ma għeriqx fil-[[Baħar l-Aħmar]]. Wieħed ma jistax jimmaġina Eġittu mifni mill-kastigi, b'popolazzjoni enormi tabbanduna l-pajjiż u armata meqruda fil-beraħ qrib il-Baħar l-Aħmar, bħala kompatibbli ma' kulma nafu dwar dan il-mexxej".
Huwa ngħata dan ir-rwol fir-rumanz tal-1944 ''The Tables of the Law'' ta' [[Thomas Mann]]. Għalkemm mhux karattru ewlieni, Ramses jidher f'''So Moses Was Born'', ir-rakkont fl-ewwel persuna ta' [[Joan Grant]] minn Nebunefer, ħu Ramose, li jagħti stampa dwar il-ħajja ta' Ramose mill-mewt ta' Seti, il-ġrajja bit-taqbida għall-poter, bl-intriċċi u bit-tentattivi storiċi ta' assassinju, u jiddeskrivi r-relazzjonijiet ma' Bintanath, Tuya, Nefertari u Mosè.
Fil-film, Ramses jiġi interpretat minn [[Yul Brynner]] fil-film klassiku ta' [[Cecil B. DeMille]] ''The Ten Commandments'' (1956). Hemmhekk Ramses jintwera bħala tirann lest biex ipattiha kif ukoll bħala l-antagonist prinċipali tal-film, li spiss jinkorla għall-preferenza ta' missieru favur Mosè minflok "ibnu stess". Il-film animat ''The Prince of Egypt'' (1998) juri wkoll lil Ramses (bil-vuċi ta' [[Ralph Fiennes]], kemm għat-taħdit kif ukoll għall-kant), li jintwera bħala ħu Mosè adottat, u fl-aħħar mill-aħħar bħala l-kattiv tal-film b'essenzjalment l-istess motivazzjonijiet bħall-film ta' qablu tal-1956. [[Joel Edgerton]] ħadimha ta' Ramses fil-film tal-2014 ''Exodus: Gods and Kings''. [[Sérgio Marone]] ħadimha ta' Ramses fit-telesensiela [[Brażil|Brażiljana]] tal-2015–2016 ''Os Dez Mandamentos'' (bil-[[Lingwa Maltija|Malti]]: L-Għaxar Kmandamenti).
In the 2013 miniseries ''The Bible'', he is portrayed by Stewart Scudamore.
Ali Gomaa announced in 2020 that when there were tests run on the body of Ramses, the reason of death was found to be suffocation. Egyptian archaeologist Zahi Hawass however states that it's not possible to know whether he died of drowning or not, as the lungs are not present in the mummy.
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
[[Kategorija:Faragħuni]]
[[Kategorija:Eġittu l-Antik]]
m57sy0758ypl3noc9eop21s8g3jwsvi
329448
329446
2026-04-21T09:58:37Z

Fil-minisensiela tal-2013 ''The Bible'', [[Stewart Scudamore]] jaħdimha ta' Ramses II.
Ali Gomaa ħabbar fl-2020 li meta kien hemm testijiet fuq il-katavru ta' Ramses, instab li l-kawża tal-mewt kienet soffokazzjoni. Madankollu l-arkeologu Eġizzjan [[Zahi Hawass]] jistqarr li mhux possibbli li nkunu nafu jekk mietx b'għarqa jew le, peress li l-[[Pulmun|pulmuni]] mhumiex preżenti fil-mumja.
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
[[Kategorija:Faragħuni]]
[[Kategorija:Eġittu l-Antik]]
9j5xief7t4o9oemg8foxwmzt3rxwf7p
329449
329448
2026-04-21T10:02:55Z
Trigcly
17859
/* Tul tar-renju */

[[Stampa:Ramesses II as child.jpg|daqsminuri|Ramses II bħala tifel imħaddan minn Hauron (il-Mużew Eġizzjan, il-Kajr).]]

oqrzqp8ncpvf1w6zh9wlcxp232yxtyv
329450
329449
2026-04-21T10:35:58Z
Trigcly
17859
/* Tul tar-renju */ żieda stampi

Id-data tat-tlugħ fuq it-tron ta' Ramses hija rreġistrata bħala III Shemu (il-11-il xahar), jum 27, li l-biċċa l-kbira tal-Eġittologi jemmnu li kien il-31 ta' Mejju 1279 Q.K.[[Stampa:Ramesses II as child.jpg|daqsminuri|Ramses II bħala tifel imħaddan minn Hauron (il-Mużew Eġizzjan, il-Kajr).|244x244px]]L-istoriku Lhudi Josephus, fil-ktieb tiegħu ''Contra Apionem'' li kien jinkludi materjal mill-''Aegyptiaca'' ta' Manetho, assenja lil Ramses II ("Armesses Miamun") renju ta' 66 sena u xahrejn. Dan essenzjalment ġie kkonfermat mill-kalendarju tal-framment L tal-Papir ta' Gurob, fejn is-Sena 67, I Akhet jum 18 ta' Ramses II hija segwita minnufih mis-Sena 1, II Akhet jum 19 ta' Merneptah (iben Ramses II), li jfisser li Ramses II miet madwar xahrejn wara s-67 sena tar-renju tiegħu.

<sup><big>L-anteċedenti immedjati tal-Battalja ta' Kadesh kienu l-kampanji militari bikrin ta' Ramses II f'Kanaan. L-ewwel kampanja militari tiegħu milli jidher seħħet fir-raba' sena tar-renju tiegħu u ġie mfakkar b'dik li saret l-ewwel stele kommemorattiva ta' Nahr el-Kalb qrib dik li issa hija [[Bejrut]]. Il-kitba mnaqqxa kważi ma għadhiex tinqara minħabba li ttieklet bl-elementi.</big>
Fir-raba' sena tar-renju tiegħu, huwa ħataf l-istat vassall tal-Ittiti ta' Amurru matul il-kampanja militari tiegħu fis-Sirja.
==== It-tieni kampanja militari Sirjana ====
[[Stampa:Ramses-ii-relief-from-memphis2.png|daqsminuri|Riljiev ta' Ramses II minn Memphis fejn jidher jaħtaf l-għedewwa tiegħu: Nubjan, Libjan u Sirjan, għall-ħabta tal-1250 Q.K. Il-Mużew tal-Kajr.]]

[[Stampa:Ramses II besieging the Cheta people in Dapur.jpg|xellug|daqsminuri|Replika bil-kulur tar-riljiev b'Ramses II jattakka l-fortizza ta' Dapur tal-Ittiti.]]

[[Stampa:Treaty of Kadesh.jpg|daqsminuri|It-Trattat ta' Kadesh.]]

[[Stampa:Gerf Hussein.jpg|daqsminuri|Parti mit-tempju ta' Gerf Hussein, li oriġinarjament kien fin-Nubja.]]

[[Stampa:Wall Painting of Temple of Beit El-Wali (Plaster Cast), which Ramses II Constructed in Nubia - British Museum.jpg|nofs|daqsminuri|650x650px|Affresk tat-Tempju ta' Beit El-Wali, li Ramses II bena fin-Nubja fil-Mużew Brittaniku.]]
Ma hemm l-ebda rakkont dettaljat tat-twettiq ta' azzjonijiet militari kbar min-naħa ta' Ramses II kontra l-Libjani. Hemm biss rekords ġeneralizzati tal-ħakmiet u tar-rebħiet tiegħu kontrihom, li jaf jirreferu biss għal avvenimenti speċifiċi li ma ġewx irreġistrati. Jista' jkun li wħud mir-rekords, bħall-Istele ta' Aswan tat-tieni sena tar-renju tiegħu, jirreferu għall-preżenza ta' Ramses matul il-kampanji militari Libjani ta' missieru. X'aktarx li kien Seti I li kien kiseb dan il-kontroll fir-reġjun, u li ppjana li jistabbilixxi s-sistema difensiva b'mod simili għal kif wettaq ir-rikostruzzjoni tas-sistemi tal-Lvant fil-Mogħdijiet ta' Horus madwar it-Tramuntana tas-Sinaj.
== Festivals ta' Sed ==
[[Stampa:SethAndHorusAdoringRamsses crop.jpg|daqsminuri|Id-divinitajiet Set (xellug) u Horus (lemin) ibierku lil Ramses II fit-Tempju ż-Żgħir ta' Abu Simbel.]]

[[Stampa:Tanis 004.JPG|daqsminuri|Materjal tal-bini użat mill-ġdid li nstab f'Tanis li huwa maħsub li oriġinarjament kien parti minn rappreżentazzjoni tal-Festival ta' Sed għal Ramses II.]]
Fit-tielet sena tar-renju tiegħu, Ramses beda l-iżjed proġett ambizzjuż ta' kostruzzjoni wara l-[[Piramidi Eġizzjani|piramidi]], li nbnew kważi 1,500 sena qabel. Ramses bena b'mod estensiv mid-Delta san-Nubja, "u kesa l-art b'binjiet b'mod li l-ebda monarka qablu kien għamel".
[[Stampa:Luxor Temple - panoramio (10).jpg|daqsminuri|Statwa kolossali ta' Ramses II fit-Tempju ta' Luxor.]]

[[Stampa:SFEC AEH -ThebesNecropolis-2010-RamsesII-021.jpg|daqsminuri|Ir-Ramesseum.]]

[[Stampa:Temple d'Abu Simbel - panoramio - youssef alam (2).jpg|daqsminuri|Il-faċċata tat-Tempju l-Kbir ta' Abu Simbel.]]

[[Stampa:رمسيس الثاني 01.jpg|daqsminuri|Statwa ta' Ramses II fil-Mużew Eġizzjan il-Kbir f'Giza.]]

[[Stampa:Coffin of Ramesses II 01.jpg|xellug|daqsminuri|Tebut ta' Ramses II.]]
L-istudjuż Eġizzjan Manetho (is-seklu 3 Q.K.) attribwixxa lil Ramses renju ta' 66 sena u xahrejn.
Saż-żmien ta' mewtu, meta kellu madwar 90 sena, Ramses kien ibati minn problemi serji tas-snien, mill-artrite, mit-twebbis tal-arterji u minn mard tal-[[qalb]]. Huwa wassal biex l-Eġittu jistagħna mill-provvisti u mit-teżori kollha li kiseb minn imperi oħra, u għex iktar minn bosta min-nisa u t-tfal tiegħu u ħalla warajh imfakar kbar mal-Eġittu kollu. Disa' faragħuni oħra ħadu isem Ramses biex jagħtuh ġieħ.
=== Mumja ===
[[Stampa:Mummy of Ramesses II - 02.JPG|daqsminuri|Il-mumja ta' Ramses II.]]

[[Stampa:Ramses2 (2).jpg|daqsminuri|Il-mumja ta' Ramses II fl-2015.]]

[[Stampa:Yul Brynner in The Ten Commandments film trailer.jpg|daqsminuri|Yul Brynner f'The Ten Commandments.]]

erzlojzrjike8gp9bmmpny2zmrpnmlt
329451
329450
2026-04-21T10:41:09Z
Trigcly
17859
żieda referenzi
329451
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija}}
'''Ramses II''' jew '''Ramesses II''' (pronunzja: /ˈræməsiːz, ˈræmsiːz, ˈræmziːz/; bl-Eġizzjan tal-Qedem: ''rꜥ-ms-sw'', ''Rīꜥa-masē-sə'', pronunzja bl-Eġizzjan tal-Qedem: [ɾiːʕamaˈseːsə]; li twieled għall-ħabta tal-1303 [[Ante Christum natum|Q.K]]. – miet fl-1213 Q.K.),<ref>{{Ċita web|url=https://www.yourdictionary.com/ramses|titlu=Ramses Definition & Meaning {{!}} YourDictionary|sit=www.yourdictionary.com|lingwa=en|data-aċċess=2026-04-21}}</ref> magħruf ukoll bħala '''Ramses il-Kbir''', kien it-tielet [[faragħun]] tad-Dsatax-il Dinastija tal-[[Eġittu tal-qedem|Eġittu tal-Qedem]]. Ramses II jitqies bħala l-iżjed faragħun kbir, magħruf u setgħan tar-Renju l-Ġdid, li kien l-iżjed perjodu ta' setgħa tal-Eġittu tal-Qedem. Huwa jitqies ukoll b'mod mifrux bħala wieħed mill-iżjed faragħuni-ġellieda ta' suċċess tal-Eġittu tal-Qedem, u wettaq mhux inqas minn 15-il kampanja militari, li kollha waslu għal rebħiet, għajr il-Battalja ta' Kadesh, li ġeneralment titqies bħala kampanja militari bla rebbieħa. Ir-renju tiegħu ta' 66 sena kien ukoll l-itwal renju rreġistrat ta' kwalunkwe faragħun (u wieħed mill-itwal fl-[[Storja|istorja]]), x'aktarx daqs [[Pepi II]], li għex 1,000 sena qabel u li jingħad li rrenja għal iktar minn 90 sena.<ref>Ji, Ziqing; Kulkarni, Pranav; Neskovic, Marko; Nolan, Kevin; Xu, Yan (2023). "Exploring Semantic Perturbations on Grover".</ref>
Fis-sorsi [[Greċja|Griegi]] tal-qedem, huwa jissejjaħ '''Ozymandias''', li huwa isem li rriżulta mill-ewwel parti tal-isem irjali tiegħu bl-Eġizzjan tal-Qedem: ''Usermaatre Setepenre''.<ref>{{Ċita web|url=https://www.pbs.org/wgbh/nova/interactive/explore-ancient-egypt/|titlu=Explore Ancient Egypt|data=2000-11-01|sit=www.pbs.org|lingwa=en-US|data-aċċess=2026-04-21}}</ref> Ramses kien jissejjaħ ukoll bħala l-"Antenat il-Kbir" mill-faragħuni ta' warajh.
Ramses tela' fuq it-tron ta' 25 sena, u għall-parti bikrija tar-renju tiegħu, huwa ffoka fuq il-kostruzzjoni ta' bliet, tempji u [[Monument|monumenti]]. Wara li stabbilixxa l-belt ta' Pi-Ramses fid-Delta tan-[[Nil]], huwa ddeżinjaha bħala l-[[belt kapitali]] l-ġdida tal-Eġittu tal-qedem u użaha bħala l-belt prinċipali minn fejn vara l-kampanji militari tiegħu fis-[[Sirja]]. Ramses mexxa diversi spedizzjonijiet militari fil-Lvant, fejn reġa' kiseb il-kontroll fuq Kanaan u l-Feniċja; huwa mexxa wkoll għadd ta' spedizzjonijiet fin-Nubja, li kollha ġew imfakkra fil-kitbiet imnaqqxa f'Beit el-Wali u f'Gerf Hussein. Huwa ċċelebra saħansitra tlettax jew erbatax-il festival ta' Sed — iktar minn kwalunkwe faragħun ieħor.<ref>O'Connor, David; Cline, Eric, eds. (1998). ''Amenhotep III: Perspectives on his reign''. University of Michigan Press. ISBN <bdi>9780472088331</bdi>. p. 16.</ref>
L-istimi tal-età tal-[[mewt]] tiegħu jvarjaw, għalkemm x'aktarx li kellu 90 jew 91 sena. Wara li miet, huwa ndifen f'qabar (KV7) fil-Wied tar-Rejiet; iktar 'il quddiem il-katavru tiegħu tressaq kejn is-Senduq Irjali, fejn ġie skopert mill-arkeologi fl-1881. Il-mumja ta' Ramses issa tinsab għall-wiri fil-[[Mużew]] Nazzjonali taċ-Ċivilizzazzjoni Eġizzjana, li jinsab fil-belt tal-[[Kajr]].<ref>{{Ċita web|url=https://www.sciencealert.com/22-ancient-pharaohs-have-been-carried-across-cairo-in-an-epic-golden-parade|titlu=22 Ancient Pharaohs Have Been Carried Across Cairo in an Epic 'Golden Parade'|kunjom=Staff|isem=ScienceAlert|data=2021-04-05|lingwa=en-US|data-aċċess=2026-04-21}}</ref>
Ramses II kien wieħed mill-ftit faragħuni li kien meqjum bħala divinità matul ħajtu.
L-istudjużi ma jaqblux dwar l-assoċjazzjoni popolari u kontemporanja ta' Ramses II bħala l-faragħun tal-Eżodu, fosthom l-eks Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Suprem tal-Antikitajiet tal-Eġittu [[Mostafa Wazir]] u l-istoriku [[Lhud|Lhudi]] [[Lester L. Grabbe]].<ref>{{Ċita aħbar|titlu=Egypt archaeologists refute Ramses II-Exodus connection|url=https://www.al-monitor.com/originals/2023/04/egypt-archaeologists-refute-ramses-ii-exodus-connection|lingwa=en|data-aċċess=2026-04-21}}</ref><ref>Grabbe, Lester (15 December 2022). ''The Dawn of Israel: A History of Canaan in the Second Millennium BCE''. T&T Clark. p. 107. ISBN <bdi>978-0567663214</bdi>.</ref>

l2hfwvxkxazd22ii0944vos4dpv6ise
Iskandar Muda
0
34366
329440
329431
2026-04-20T14:16:04Z
ToniSant
4257
+infobox
329440
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija}}
'''Iskandar Muda''' (1583?<ref>[http://www.aolsvc.worldbook.aol.com/wb/Article?id=ar724698 World Book article]{{dead link|date=November 2017|bot=InternetArchiveBot|fix-attempted=yes}}, accessed 4 January 2007</ref> – 27 ta' Diċembru 1636<ref name="Yusra">Yusra Habib Abdul Gani, [http://www.asnlf.net/asnlf_int/acheh/history/rulersofacheh/iskandarmuda/sultan_iskandar_muda.htm Sultan Iskandar Muda] {{webarchive|url=https://web.archive.org/web/20070929214406/http://www.asnlf.net/asnlf_int/acheh/history/rulersofacheh/iskandarmuda/sultan_iskandar_muda.htm|date=29 September 2007}}, accessed on 4 January 2007</ref>) kien it-tnax-il Sultan ta' Acèh Darussalam, taħt il-gvern tiegħu s-sultanat kisbet l-akbar estensjoni territorjali tagħha, u kienet l-iktar qawwija u l-iktar stat sinjur fl-arkipelagu [[Indoneżja|Indoneżjan]] tal-punent u fl-Istrett ta' Malacca.
"Iskandar Muda" tfisser b'mod letterali "Aleksandru żagħżugħ", u l-konkwisti tiegħu spiss kienu mqabbla ma' dawk ta' Aleksandru l-Kbir.<ref name="Yusra2">Yusra Habib Abdul Gani, [http://www.asnlf.net/asnlf_int/acheh/history/rulersofacheh/iskandarmuda/sultan_iskandar_muda.htm Sultan Iskandar Muda] {{webarchive|url=https://web.archive.org/web/20070929214406/http://www.asnlf.net/asnlf_int/acheh/history/rulersofacheh/iskandarmuda/sultan_iskandar_muda.htm|date=29 September 2007}}, accessed on 4 January 2007</ref> Minbarra l-konkisti notevoli tiegħu, matul ir-renju tiegħu, Aceh saret magħrufa bħala ċentru internazzjonali ta' tagħlim Iżlamiku u kummerċ. Huwa kien l-aħħar Sultan ta' Aceh li kien diskendent maskili dirett ta' Ali Mughayat Syah, il-fundatur tas-Sultanat ta' Aceh. Il-mewt ta' Iskandar Muda kienet tfisser li d-dinastija fundatriċi tas-Sultanat ta' Aceh, id-Dar ta' Meukuta Alam, intemmet u għalhekk ġiet sostitwita b'dinastija oħra.
== Referenzi ==
hpq9iv4ce3jyq215rody2ix82pc7ans
329441
329440
2026-04-20T14:17:29Z
ToniSant
4257
added [[Category:Indoneżja]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]]

[[Kategorija:Indoneżja]]
7nvln17aiikcfng53uh1wa6lupnu2ld
329442
329441
2026-04-20T14:17:44Z
ToniSant
4257
added [[Category:Monarki]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]]

[[Kategorija:Monarki]]
q52lim1dhk7jatv2zcqmdrnfawa9n1u
329443
329442
2026-04-20T14:18:30Z
ToniSant
4257
+awtorità

<references />
{{Awtorità}}
j01fe3ndmfq7frlbuz9oc896u8237h5
329444
329443
2026-04-20T14:18:45Z
ToniSant
4257
added [[Category:Twieldu fl-1607]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]]

[[Kategorija:Twieldu fl-1607]]
<references />
{{Awtorità}}
licwe19006dwt1u9cjxmf3d4pdqre1t
329445
329444
2026-04-20T14:18:57Z
ToniSant
4257
added [[Category:Mietu fl-1636]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]]

[[Kategorija:Mietu fl-1636]]
<references />
{{Awtorità}}
11s0t8dn499jm0wjb77dy3h363owz4v
329447
329445
2026-04-21T07:16:18Z
Trigcly
17859
Ftit ħoloq u qari tal-provi
329447
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija}}
'''Iskandar Muda''' (1583?<ref>[http://www.aolsvc.worldbook.aol.com/wb/Article?id=ar724698 World Book article]{{dead link|date=November 2017|bot=InternetArchiveBot|fix-attempted=yes}}, accessed 4 January 2007</ref> – 27 ta' Diċembru 1636<ref name="Yusra">Yusra Habib Abdul Gani, [http://www.asnlf.net/asnlf_int/acheh/history/rulersofacheh/iskandarmuda/sultan_iskandar_muda.htm Sultan Iskandar Muda] {{webarchive|url=https://web.archive.org/web/20070929214406/http://www.asnlf.net/asnlf_int/acheh/history/rulersofacheh/iskandarmuda/sultan_iskandar_muda.htm|date=29 September 2007}}, accessed on 4 January 2007</ref>) kien it-tnax-il Sultan ta' Acèh Darussalam, taħt il-gvern tiegħu s-sultanat kiseb l-akbar estensjoni territorjali tiegħu, u kien l-iktar stat qawwi u sinjur fl-[[arċipelagu]] [[Indoneżja|Indoneżjan]] tal-Punent u fl-Istrett ta' Malacca.
"Iskandar Muda" tfisser b'mod litterali "Alessandru żagħżugħ", u l-konkwisti tiegħu spiss kienu mqabbla ma' dawk ta' [[Alessandru Manju|Alessandru l-Kbir]].<ref name="Yusra2">Yusra Habib Abdul Gani, [http://www.asnlf.net/asnlf_int/acheh/history/rulersofacheh/iskandarmuda/sultan_iskandar_muda.htm Sultan Iskandar Muda] {{webarchive|url=https://web.archive.org/web/20070929214406/http://www.asnlf.net/asnlf_int/acheh/history/rulersofacheh/iskandarmuda/sultan_iskandar_muda.htm|date=29 September 2007}}, accessed on 4 January 2007</ref> Minbarra l-konkwisti notevoli tiegħu, matul ir-renju tiegħu, is-sultanat ta' Aceh sar magħruf bħala ċentru internazzjonali tat-tagħlim [[Iżlam|Iżlamiku]] u tal-kummerċ. Huwa kien l-aħħar Sultan ta' Aceh li kien dixxendent maskili dirett ta' Ali Mughayat Syah, il-fundatur tas-Sultanat ta' Aceh. Il-[[mewt]] ta' Iskandar Muda kienet tfisser li d-dinastija fundatriċi tas-Sultanat ta' Aceh, il-familja ta' Meukuta Alam, intemmet u għalhekk ġiet sostitwita b'dinastija oħra.
== Referenzi ==
[[Kategorija:Indoneżja]]
[[Kategorija:Monarki]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1607]]
[[Kategorija:Mietu fl-1636]]
<references />
{{Awtorità}}
oq3as9e3k3rejr5nrxa3ykvbqlgf4ol
Università Teknoloġika ta' Nanyang
0
34367
329437
329435
2026-04-20T14:14:09Z
ToniSant
4257
added [[Category:Universitajiet]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]]
329437
wikitext
text/x-wiki
'''L-Università Teknoloġika ta' Nanyang''' ( '''NTU''' ) hija università pubblika nazzjonali ta' riċerka [[Singapore|f'Singapor]] . Imwaqqfa fl-1981, hija wkoll it-tieni l-eqdem università awtonoma fil-pajjiż.
Bi tweġiba għar-ristrutturar ekonomiku ta' Singapor fis-snin sebgħin fost nuqqas ta' inġiniera, il-gvern stabbilixxa l-Istitut Teknoloġiku ta' Nanyang (NTI) fl-1981 fil-kampus preċedenti tal-Università ta' Nanyang, bi programmi ffukati fuq l-inġinerija u x-xjenza applikata li enfasizzaw it-taħriġ fil-laboratorju u l-annessi industrijali. L-NTI ġie elevat għall-istatus sħiħ ta' università u ġie inawgurat uffiċjalment bħala NTU fl-1 ta' Lulju 1991 permezz ta' leġiżlazzjoni parlamentari, li tinkorpora l-Istitut Nazzjonali tal-Edukazzjoni biex jappoġġja l-għanijiet nazzjonali ta' titjib industrijali u edukazzjoni għolja intensiva fir-riċerka fix-xjenza u t-teknoloġija.
[[Kategorija:Artikoli b'koordinati minn Wikidata]]
[[Kategorija:Universitajiet]]
kpqrv9h84wibbcnx5l9imttugr86i6b
329438
329437
2026-04-20T14:14:16Z
ToniSant
4257
added [[Category:Singapor]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]]
329438
wikitext
text/x-wiki
'''L-Università Teknoloġika ta' Nanyang''' ( '''NTU''' ) hija università pubblika nazzjonali ta' riċerka [[Singapore|f'Singapor]] . Imwaqqfa fl-1981, hija wkoll it-tieni l-eqdem università awtonoma fil-pajjiż.
Bi tweġiba għar-ristrutturar ekonomiku ta' Singapor fis-snin sebgħin fost nuqqas ta' inġiniera, il-gvern stabbilixxa l-Istitut Teknoloġiku ta' Nanyang (NTI) fl-1981 fil-kampus preċedenti tal-Università ta' Nanyang, bi programmi ffukati fuq l-inġinerija u x-xjenza applikata li enfasizzaw it-taħriġ fil-laboratorju u l-annessi industrijali. L-NTI ġie elevat għall-istatus sħiħ ta' università u ġie inawgurat uffiċjalment bħala NTU fl-1 ta' Lulju 1991 permezz ta' leġiżlazzjoni parlamentari, li tinkorpora l-Istitut Nazzjonali tal-Edukazzjoni biex jappoġġja l-għanijiet nazzjonali ta' titjib industrijali u edukazzjoni għolja intensiva fir-riċerka fix-xjenza u t-teknoloġija.
[[Kategorija:Artikoli b'koordinati minn Wikidata]]
[[Kategorija:Universitajiet]]
[[Kategorija:Singapor]]
pwzu2p78gnhrtr4yyoceyfl8l6slnmc
329439
329438
2026-04-20T14:14:41Z
ToniSant
4257
+nebbieta
329439
wikitext
text/x-wiki
{{Stub|edukazzjoni}}
'''L-Università Teknoloġika ta' Nanyang''' ( '''NTU''' ) hija università pubblika nazzjonali ta' riċerka [[Singapore|f'Singapor]]. Imwaqqfa fl-1981, hija wkoll it-tieni l-eqdem università awtonoma fil-pajjiż.
Bi tweġiba għar-ristrutturar ekonomiku ta' Singapor fis-snin sebgħin fost nuqqas ta' inġiniera, il-gvern stabbilixxa l-Istitut Teknoloġiku ta' Nanyang (NTI) fl-1981 fil-kampus preċedenti tal-Università ta' Nanyang, bi programmi ffukati fuq l-inġinerija u x-xjenza applikata li enfasizzaw it-taħriġ fil-laboratorju u l-annessi industrijali. L-NTI ġie elevat għall-istatus sħiħ ta' università u ġie inawgurat uffiċjalment bħala NTU fl-1 ta' Lulju 1991 permezz ta' leġiżlazzjoni parlamentari, li tinkorpora l-Istitut Nazzjonali tal-Edukazzjoni biex jappoġġja l-għanijiet nazzjonali ta' titjib industrijali u edukazzjoni għolja intensiva fir-riċerka fix-xjenza u t-teknoloġija.
[[Kategorija:Artikoli b'koordinati minn Wikidata]]
[[Kategorija:Universitajiet]]
[[Kategorija:Singapor]]
t4xokpg9ht7bhwdlb8tzrju8cbuocus