Kamra tad-Deputati
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Skond il-Kostituzzjoni ta' Malta il-Kamra tad-Deputati, flimkien mal-President tar-Repubblika, tikkostitwixxi il-Parlament, l-organu leġislattiv ta' l-iStat Malti.
[editja] Funzjonijiet
Skond Sezzjoni 65(1) tal-Kostituzzjoni il-Kamra, flimkien mal-President tar-Repubblika, tista' tagħmel "liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta b'mod konformi mar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali u reġjonali ta' Malta partikolarment assunti bit-trattat ta' adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea iffirmat f'Ateni fis-16 t'April, 2003".
[editja] Kompożizzjoni
Il-Kamra trid tkun komposta minn numru farradi ta' Deputati magħrufa bħala "Membri Parlamentari" elett minn numru ta' Distretti fejn kull Distrett jeleġġi l-istess numru ta' Deputati. Minbarra dawn, meta l-iSpeaker jiġi appuntat minn barra l-Kamra dan ukoll jitqies bħala membru tal-Kamra. Fl-X Leġislatura li bdiet fl-2003 in-numru ta' Deputati kien ta' 65 eletti minn 13-il Distrett li naqsu b'wieħed meta l-iSpeaker, Anton Tabone, ġie appuntat mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Din kienet l-ewwel darba mill-Indipendenza 'l hawn li l-iSpeaker ġie maħtur minn fost il-membri tal-Kamra.
[editja] Lista ta' Speakers mill-Indipendenza
| Leġislatura | Speaker | Minn | Sa |
| I (1964-1966) | Paolo Pace | 1964 | 1966 |
| II (1966-1971) | Alfred Bonnici | 1966 | 1971 |
| III (1971-1976) | Emmanuel Attard Bezzina | 1971 | 1976 |
| IV (1976-1981) | Nestu Laiviera | 1976 | 1978 |
| Kalċidon Agius | 1978 | 1981 | |
| V (1981-1987) | Kalċidon Agius | 1981 | 1982 |
| Daniel Micallef | 1982 | 1986 | |
| Pawlu Xuereb | 1986 | 1987 | |
| Joseph M. Baldacchino | 1987 | 1987 | |
| VI (1987-1992) | Jimmy Farrugia | 1987 | 1988 |
| Lawrence Gonzi | 1988 | 1992 | |
| VII (1992-1996) | Lawrence Gonzi | 1992 | 1996 |
| VIII (1996-1998) | Myriam Spiteri Debono | 1996 | 1998 |
| IX (1998-2003) | Anton Tabone | 1998 | 2003 |
| X (2003-) | Anton Tabone | 2003 |

