Fraizer Campbell
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
| Fraizer Campbell | |
| Isem Sħiħ | Fraizer Campbell |
| Data tat-Twelid | 13 ta' Settembru, 1987 |
| Post tat-Twelid | |
| Pożizzjoni | Attakkant |
| Klabb Kurrenti | |
| Numru | 39 |
| Klabbs Oħra | Manchester United (2006- ) → Royal Antwerp (2006-2007) |
Fraizer Campbell (twieled it-3 ta' Settembru 1987) huwa plejer tal-futbol Ingliż. Huwa hu attakkant, u ngħaqad mat-tim taż-żgħar ta' Manchester United fl-1 ta' Lulju 2004.
Matul l-2006, Campbell beda jilgħab mat-tim tar-riservi ta' Manchester United, u għen biex it-tim jikseb doppjetta fit-trofej, kif ukoll għen biex jirbħu fil-finali kontra t-tim ta' Tottenham Hotspur fil-kampjonat tar-riservi. Huwa għamel id-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar fid-9 ta' Mejju 2006 bħala sostitut fil-partita f'ġieħ is-servizz ta' Roy Keane.
Qabel l-istaġun 2006/07, Campbell skorja l-ewwel gowl għall-ewwel tim wara li daħal bħala sostitut fil-post ta' Wayne Rooney kontra Macclesfield Town. Fil-bidu ta' l-istaġun 2006/07, huwa kien intbagħat mat-tim ta' Royal Antwerp FC biex jiggwadanja esperjenza, fejn ir-rekords ta' gowls irriżulta biex diversi fans bdewh isemmewh "Super Campbell". Fit-8 ta' Awwissu 2007, Campbell skorja gowl sabiħ kontra Glentoran għal Manchester United f'logħba ta' ħbiberija ta' qabel l-istaġun.
Fid-derby ta' Manchester fid-19 ta' Awwissu 2007, Campbell kien fost il-plejers magħżulin għal din il-partita. Huwa daħal bħala sostitut minflok Michael Carrick fit-73 minuta, partita li Manchester United tilfu 1-0 kontra Manchester City.[1]
[editja] Referenzi
- ↑ Manchester City 1-0 Manchester United. Bevan, Chris (19-08-2007).
[editja] Ħoloq Oħra
- Il-Profil ta' Campbell fuq Soccerbase
| L-Iskwadra Preżenti ta' Manchester United |
|---|
|
15 Vidić | 16 Carrick | 17 Nani | 18 Scholes | 19 Piqué | Dong | 22 O'Shea | 23 Evans | 24 Fletcher | 25 Simpson | 26 Bardsley | 27 Silvestre | 29 Kuszczak | 30 Martin | 32 Tévez | 33 Eagles | 39 Campbell Kowċ: Sir Alex Ferguson |

